1 / 36

L-Ewwel Ħadd tar-Randan Sena B

L-Ewwel Ħadd tar-Randan Sena B. Sena B L-Ewwel Ħadd tar-Randan. Qari I Alla jeħles lil Noè mid-dulluvju u jagħmel patt miegħu. Ġen 9, 8-15 Qari mill-Ktieb tal-Ġenesi. Sena B L-Ewwel Ħadd tar-Randan. Dan jgħid il-Mulej: « La tiftakrux iżjed fi ġrajjiet l-imgħoddi ;

alaura
Télécharger la présentation

L-Ewwel Ħadd tar-Randan Sena B

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. L-Ewwel Ħadd tar-Randan Sena B

  2. Sena B L-Ewwel Ħadd tar-Randan Qari I Alla jeħles lil Noè mid-dulluvju u jagħmel patt miegħu. Ġen 9, 8-15 Qari mill-Ktieb tal-Ġenesi.

  3. Sena B L-Ewwel Ħadd tar-Randan Dan jgħid il-Mulej: «La tiftakrux iżjed fi ġrajjiet l-imgħoddi; la taħsbux fuq dak li ġara qabel. AllakellemlilNoè u liluliedumiegħu u qalilhom:

  4. Sena B L-Ewwel Ħadd tar-Randan «Arawni, hawn jien se nagħmel il-patt tiegħi magħkom u ma’ nisilkom warajkom;

  5. Sena B L-Ewwel Ħadd tar-Randan ma’ kull ħliqa ħajja li hemm magħkom, mat-tjur u mal-bhejjem, ma’ kull bhima selvaġġa li hemm magħkom, u mal-bhejjem kollha li ħarġu magħkom mill-arka.

  6. Sena B L-Ewwel Ħadd tar-Randan «Jien nagħmel il-patt tiegħi magħkom, li qatt iżjed ma jinqered, ebda laħam ħaj, bl-ilmijiet tad-dilluvju; u qatt iżjed ma jkun hemm dilluvju biex iħarbat l-art.»

  7. Sena B L-Ewwel Ħadd tar-Randan U żied jgħid Alla: «Dan ikun is-sinjal tal-patt li jien Qiegħed nagħmel bejni u bejnkom,

  8. Sena B L-Ewwel Ħadd tar-Randan «u bejn kull ħliqa ħajja li hemm magħkom, għall-ġenerazzjonijiet kollha għal dejjem.

  9. Sena B L-Ewwel Ħadd tar-Randan «Inqiegħed il-qaws tiegħi fis-sħab, u jkun sinjal tal-patt bejni u bejn l-art.

  10. Sena B L-Ewwel Ħadd tar-Randan «Meta niġma’ s-sħab fuq l-art u tfeġġ il-qawsalla fis-sħab, jien niftakar fil-patt bejni u bejnkom u bejn kull ruħ ħajja f’kull laħam;

  11. Sena B L-Ewwel Ħadd tar-Randan «u ma jkunx hemm iżjed l-ilma tad-dilluvju biex jeqred kull laħam ħaj.»

  12. Sena B L-Ewwel Ħadd tar-Randan Il-Kelmatal-Mulej. ℟. Irroddu ħajr lil Alla.

  13. Sena B L-Ewwel Ħadd tar-Randan SalmResponsorjali Salm 24 (25), 4-5ab.6-7bċ.8-9 ℟.Il-mogħdijiet tal-Mulej kollhom tjieba u fedeltà.

  14. Sena B L-Ewwel Ħadd tar-Randan Triqatek, Mulej, għarrafni, il-mogħdijiet tiegħek għallimni. Mexxini fis-sewwa tiegħek u għallimni, għax int Alla tas-salvazzjoni tiegħi.

  15. Sena B L-Ewwel Ħadd tar-Randan ℟. Il-mogħdijiet tal-Mulej kollhom tjieba u fedeltà.

  16. Sena B L-Ewwel Ħadd tar-Randan Ftakar fil-ħniena u t-tjieba tiegħek, għax huma minn dejjem, Mulej. Inti tajjeb, Mulej; ftakar fija skont it-tjieba tiegħek.

  17. Sena B L-Ewwel Ħadd tar-Randan ℟. Il-mogħdijiet tal-Mulej kollhom tjieba u fedeltà.

  18. Sena B L-Ewwel Ħadd tar-Randan Tajjeb u sewwa l-Mulej; għalhekk juri triqtu lill-ħatja. Imexxi l-imsejkna fis-sewwa, jgħallem lill-fqajrin it-triq tiegħu.

  19. Sena B L-Ewwel Ħadd tar-Randan ℟. Il-mogħdijiet tal-Mulej kollhom tjieba u fedeltà.

  20. Sena B L-Ewwel Ħadd tar-Randan Qari II L-ilma tal-magħmudija Jsalva lilkom ukoll. 1 Piet 3, 18-22 Qari mill-Ewwel Ittra ta’ San Pietru Appostlu

  21. Sena B L-Ewwel Ħadd tar-Randan Għeżież, Kristu wkoll miet darba għal dejjem minħabba d-dnubiet;

  22. Sena B L-Ewwel Ħadd tar-Randan hu li kien ġust, miet għall-inġusti biex iressaqkom lejn Alla;

  23. Sena B L-Ewwel Ħadd tar-Randan Kien mogħti l-mewt fil-ġisem, imma ħa l-ħajja fl-ispirtu, li bih mar ixandar is-salvazzjoni lill-erwieħ li kienu magħluqa fil-ħabs.

  24. Sena B L-Ewwel Ħadd tar-Randan Dawn kienu l-erwieħ ta’ dawk li darba ma ridux jisimgħu, meta Alla qagħad jistenna bis-sabar fiż-żmien li Noè kien jibni l-arka.

  25. Sena B L-Ewwel Ħadd tar-Randan Ftit, jiġifieri tmienja biss, salvaw bis-saħħa tal-ilma.

  26. Sena B L-Ewwel Ħadd tar-Randan Dan l-ilma huwa tixbiha tal-magħmudija, li issa ssalva lilkom ukoll.

  27. Sena B L-Ewwel Ħadd tar-Randan Mhux għax tnaddaf il-ħmieġ tal-ġisem, imma għax hi talba lil Alla ħierġa minn kuxjenza safja bis-saħħa tal-qawmien ta’ Ġesù Kristu,

  28. Sena B L-Ewwel Ħadd tar-Randan li tela’ s-sema u qiegħed fuq il-lemin ta’ Alla u għandu taħtu s-Setgħat u l-Qawwiet tal-anġli.

  29. Sena B L-Ewwel Ħadd tar-Randan Il-Kelmatal-Mulej. ℟. Irroddu ħajr lil Alla. Bilwieqfa

  30. Sena B L-Ewwel Ħadd tar-Randan Glorja u tifħirlilekKristu. ℟.Glorja u tifħirlilekKristu. Mt 4, 4b Il-bniedem mhux bil-ħobżbiss jgħix, iżda b’kull kelma li toħroġ minn fomm Alla. ℟. Glorja u tifħirlilekKristu.

  31. Sena B L-Ewwel Ħadd tar-Randan • Evanġelju • Kien imġarrab mix-xitan, • u l-anġli kienu jaqduh. • Mk 1, 12-15 • Qari mill-Evanġelju • skont San Mark.

  32. Sena B L-Ewwel Ħadd tar-Randan F’dak iż-żmien, l-Ispirtu ħareġ lil Ġesù fid-deżert.

  33. Sena B L-Ewwel Ħadd tar-Randan U baqa’ fid-deżert erbgħin jum, jiġġarrab mix-Xitan. Kien jgħix mal-bhejjem selvaġġi, U kienu jaqduh l-anġli.

  34. Sena B L-Ewwel Ħadd tar-Randan Wara li arrestaw lil Ġwanni, Ġesù mar il-Galilija jxandar l-Evanġelju ta’ Alla u jgħid:

  35. Sena B L-Ewwel Ħadd tar-Randan «Iż-żmien huwa mitmum, u s-Saltna ta’ Alla waslet; indmu u emmnu fl-Evanġelju.»

  36. Sena B L-Ewwel Ħadd tar-Randan Il-Kelmatal-Mulej. ℟.Tifħir lilek Kristu. Bilqiegħda

More Related