1 / 48

L-EPIFANIJA TAL-MULEJ

L-EPIFANIJA TAL-MULEJ. www.ofm.org.mt. L-EWWEL QARI Qari mill- Ktieb tal-Profeta Isaija Is 60, 1-6. Qum! Ħa jiddi wiċċek, Ġerusalem. Id-dawl tiegħek wasal! Jiddi fuqek sebħ il-Mulej!.

aloha
Télécharger la présentation

L-EPIFANIJA TAL-MULEJ

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. L-EPIFANIJA TAL-MULEJ www.ofm.org.mt

  2. L-EWWEL QARIQari mill-Ktiebtal-ProfetaIsaijaIs 60, 1-6

  3. Qum! Ħa jiddi wiċċek, Ġerusalem. Id-dawl tiegħek wasal! Jiddi fuqek sebħ il-Mulej!

  4. Ara, id-dlamijiet jiksu l-art, u sħab iswed lill-popli: iżda fuqek jiddi l-Mulej, u s-sebħ tiegħu jfeġġ fuqek.

  5. Il-ġnus għad jimxu fid-dawl tiegħek, u s-slaten fid-dija ta’ sbieħek.

  6. Erfa’ u dawwar għajnejk madwarek u ara: lkoll miġbura ġejjin għandek.

  7. Uliedek ġejja mill-bogħod, u bnietek iġorruhom fuq id-dirgħajn.

  8. Imbagħad tħares u wiċċek jiddi, u tħabbat u timtela qalbek, għax fuqek taqa’ l-kotra tal-ġid ta’ l-ibħra,

  9. u l-għana tal-ġnus jiġi għandek. Imrieħel ta’ iġmla għad jgħattuk, l-iġmla żgħar ta’ Midjan u Għefa;

  10. lkoll minn Saba jiġu, mgħobbija bid-deheb u l-inċens, u jxandru t-tifħir tal-Mulej.

  11. Il-Kelmatal-MulejInrodduħajrlilAlla.

  12. SALM RESPONSORJALISalm 71Il-ġnus kollha ta’ l-art jagħtuk qima, Mulej

  13. Is-sultan jiġġudika l-popli tiegħek bis-sewwau l-imsejknin tiegħek bil-ħaqq.

  14. R/. Il-ġnuskollhata’ l-art jagħtukqima, Mulej

  15. Tħaddar f’jiemu l-ġustizzja, u s-sliem kotran għal dejjem ta’ dejjem.Ħa jsaltan minn baħar sa baħar, U mix-xmara sa truf l-art.

  16. R/. Il-ġnuskollhata’ l-art jagħtukqima, Mulej

  17. Is-slaten ta’ Tarsis u tal-gżejjer iġibu ir-rigali, Is-slaten ta’ Xeba u ta’ Saba jħallsu t-tribut.U jqimuh is-slaten kollha, il-ġnus kollha jaqduh.

  18. R/. Il-ġnuskollhata’ l-art jagħtukqima, Mulej

  19. Għax hu jeħles lill-fqir li jsejjaħlu, u lill-imsejken bla għajnuna ta’ ħadd.Iħoss għall-magħkus u għall-fqir;u l-ħajja tal-fqar isalva.

  20. R/. Il-ġnuskollhata’ l-art jagħtukqima, Mulej

  21. IT-TIENI QARIQari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-EfesinEf 3,2-6

  22. Ħuti: Jekk kif tassew ġara, intom smajtu bil-pjan tal-grazzja ta’ Alla mogħtija lili għall-ġid tagħkom,

  23. jiġifieri, li permezz ta’ rivelazzjoni, kien mgħarraf lili l-Misteru, bħalma ġa ktibtilkom fil-qosor,

  24. minn dak li qrajtu tistgħu tifhmu sewwa kemm jiena dħalt fil-qalba tal-Misteru ta’ Kristu,

  25. dak il-Misteru li, fil-ġenerazzjonijiet l-imgħoddija, ma kienx mgħarraf lill-bnedmin,

  26. bħalma issa ġie rrivelat lil l-appostli qaddisa tiegħu u lill-profeti fl-Ispirtu, jiġifieri,

  27. li l-pagani huma msejħa biex ikollhom l-istess wirt, ikunu membri ta’ l-istess Ġisem,

  28. u ikollhomsehem mill-istesswegħda, fiKristuĠesù, permezzta’ l-Evanġelju.

  29. Il-Kelmatal-MulejInrodduħajrlilAlla.

  30. Hallelujah HallelujahRajnail-kewkbatiegħufil-Lvant, u ġejnanqimu l-MulejHallelujah

  31. L-EVANĠELJUQari mill-Evanġelju ta’ San MattewMt 2, 1-12

  32. Meta twieled Ġesu’ f’Betlehem tal-Lhudija, fi żmien is-sultan Erodi,

  33. xi maġi mill-Lvant ġew Ġerusalem jistaqsu:

  34. “Fejn hu s-sultan tal-Lhud li twieled? Għax rajna l-kewkba tiegħu fil-Lvant, u ġejna nqimuh.’’

  35. Is-sultan Erodi sema’ bihom, u tħawwad hu u Ġerusalem kollha miegħu.

  36. U, wara li ġabar flimkien il-qassisin il-kbar u l-kittieba kollha tal-poplu, ried jaf minn għandhom fejn kellu jitwieled il-Messija.

  37. U huma qalulu: “F’Betlehem tal-Lhudija, għax hekk inkiteb mill-profeta:

  38. ‘U int, Betlehem, art ta’ Ġuda, xejn ma int l-iżgħar fost il-bliet il-kbar ta’ Ġuda, għax minnek joħroġ mexxej li jirgħa l-poplu tiegħi Israel.’”

  39. Imbagħad Erodi sejjaħ l-maġi, u bir-reqqa kollha tkixxef minn għandhom iż-żmien li fih dehritilhom il-kewkba;

  40. bagħathom f’Betlehem u qalilhom: “Morru, staqsu bir-reqqa għat-tifel, u meta ssibuh, ejjew għiduli, biex jien ukoll niġi nqimu.”

  41. Dawk, wara li semgħu s-sultan, telqu; u ara, il-kewkba li kienu raw fil-lvant bdiet miexja

  42. quddiemhom sakemm waslet u waqfet fuq fejn kien it-tifel.

  43. Kif raw il-kewkba, mtlew f’ferħ kbir tassew.

  44. U meta daħlu d-dar, raw it-tarbija ma’ ommu Marija, u xteħtu jqimuh;

  45. imbagħad fetħu t-teżori tagħhom, u offrewlu rigali: deheb, inċens u mirra.

  46. U wara li kienu mwissijin f’ħolma biex ma jerġgħux imorru għand Erodi, reġgħu lura lejn arthom minn triq oħra.

  47. Il-Kelma tal-MulejIt-Tifħir lilek Kristu

  48. L-EPIFANIJA TAL-MULEJ www.ofm.org.mt

More Related