1 / 36

KIF GĦANDHA TKUN IL-QIMA TAGĦNA 10 Ħadd Matul is-sena A

KIF GĦANDHA TKUN IL-QIMA TAGĦNA 10 Ħadd Matul is-sena A. ofm.org.mt. L-1 QARI Qari mill-Ktieb tal-Profeta Ħosegħa Ħos 6, 3-6. Nagħarfu l-Mulej , u nfittxu nagħarfuh iżjed; daqs kemm hu żgur is-sebħ, hekk il-ħruġ tiegħu;. hu jiġi, bħalma tiġi x-xita fuqna, bħax-xita nwaħħra illi ssaqqi l-art.

babu
Télécharger la présentation

KIF GĦANDHA TKUN IL-QIMA TAGĦNA 10 Ħadd Matul is-sena A

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. KIF GĦANDHA TKUN IL-QIMA TAGĦNA10 Ħadd Matul is-sena A ofm.org.mt

  2. L-1 QARIQari mill-Ktieb tal-Profeta ĦosegħaĦos 6, 3-6

  3. Nagħarfu l-Mulej, u nfittxu nagħarfuh iżjed;daqs kemm hu żgur is-sebħ, hekk il-ħruġ tiegħu;

  4. hu jiġi, bħalma tiġi x-xita fuqna,bħax-xita nwaħħra illi ssaqqi l-art.

  5. U x’nista’ nagħmel jien għalik, Efrajm?Għalik x’se nagħmel, Ġuda?

  6. It-tjieba tagħkom qisha s-sħab tal-għodwa,tixbah lin-nida li tinxtorob kmieni.

  7. Għalhekk onġorthom jiena bil-profeti,u bi kliem fommi qtilthom,għax il-ħaqq tiegħi joħroġ qisu dawl.

  8. Għaliex jien tjieba rrid, mhux sagrifiċċju;li tagħarfu ’l Alla rrid,u mhux vittmi maħruqa.

  9. Il-Kelmatal-MulejInrodduħajrlilAlla

  10. SALM RESPONSORJALISalm 49Min jimxi sewwa jara s-salvazzjoni ta’ Alla.

  11. Tkellem il-Mulej, Alla fuq l-allat, u sejjaħ l-art.Għas-sagrifiċċji tiegħek ma nċanfrikx,il-vittmi tiegħek maħruqa huma dejjem quddiemi.

  12. R/.Min jimxisewwajara s-salvazzjoni ta’ Alla.

  13. Li kont bil-ġuħ, mhux se ngħid lilek,għax tiegħi l-art u kull ma fiha.Huwa jien se niekol laħam il-gniedes,jew nixrob id-demm tal-gidien?

  14. R/.Min jimxisewwajara s-salvazzjoni ta’ Alla.

  15. Agħti ’l Alla sagrifiċċju ta’ radd il-ħajr,u rodd lill-Għoli l-wegħdiet tiegħek.Imbagħad sejjaħli f’jum id-dwejjaq:jien neħilsek, u int tweġġahni.

  16. R/.Min jimxisewwajara s-salvazzjoni ta’ Alla.

  17. IT-2 QARIQari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lir-RumaniRum 4, 18-25

  18. Ħuti: Meta ma seta’ jara ebda tama, Abraham ittama u emmen;

  19. u hekk sar missier ta’ kotra kbira ta’ ġnus, skond ma kien intqal lilu, “Hekk għad ikun kotran in-nisel tiegħek.”

  20. U ma naqasx fil-fidi tiegħu, anqas meta ġieb quddiem għajnejh li ġismu kien sarlu bla saħħa,

  21. għax kien għoddu laħaq il-mitt sena, u li ġuf Sara kien mejjet.

  22. Quddiem il-wegħda ta’ Alla ma qagħadx itella’ u jniżżel jekk jemminx jew le, imma ssaħħaħ fil-fidi,

  23. u filwaqt li sebbaħ lil Alla, żamm bis-sħiħ li min kien għamillu l-wegħda kien qawwi biżżejjed biex iżomm kelmtu. U kien għalhekk li dan ġie lilu meqjus b’ġustifikazzjoni.

  24. Iżda l-kelmiet “ġie lilu meqjus” ma nkitbux għalih biss, imma se jiġi meqjus ukoll lilna li emminna f’dak li qajjem mill-imwiet lil Ġesù Sidna,

  25. li kien mogħti għal dnubietna u mqajjem għall-ġustifikazzjoni tagħna.

  26. Il-Kelmatal-MulejInrodduħajrlilAlla

  27. Hallelujah. Halleluljah.Fidil il-Mulej f’kull kelma tiegħu,twajjeb fl-għemil tiegħu kollu.Hallelujah.

  28. L-EVANĠELJUQari mill-Evanġelju ta’ San MattewMt 9, 9-13

  29. F’Dak iż-żmien: Huwa u għaddej Ġesù ra wieħed bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi; kien jismu Mattew.

  30. “Ejja warajja,” qallu. Dak qam u mar warajh.U ġara li, kif qagħad għandu għall-mejda,

  31. ġew bosta publikani u midinbin u qagħdu madwar il-mejda ma’ Ġesù u d-dixxipli tiegħu.

  32. Rawh il-Fariżej, u qalu lid-dixxipli tiegħu: “Għaliex jiekol mal-publikani u l-midinbin l-Imgħallem tagħkom?”

  33. Hu semagħhom u qal: “It-tabib ma jeħtiġuhx dawk li huma f’saħħithom, iżda l-morda.

  34. Mela morru tgħallmu x’jiġifieri “Ħniena nistenna, u mhux sagrifiċċju”; għax mhux lill-ġusti ġejt insejjaħ, iżda lill-midinbin.”

  35. Il-Kelmatal-Mulej It-TifħirLilekKristu.

  36. KIF GĦANDHA TKUN IL-QIMA TAGĦNA10 Ħadd Matul is-sena A ofm.org.mt

More Related