1 / 9

ĠEJJA X-XITA ta’ Mary Meilak

ĠEJJA X-XITA ta’ Mary Meilak. Poetessa Maltija li twieldet ir-Rabat Għawdex fl-1905. Ħadmet bħala għalliema fi skejjel primarji u sekondarji f’Għawdex.

bailey
Télécharger la présentation

ĠEJJA X-XITA ta’ Mary Meilak

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. ĠEJJA X-XITA ta’ Mary Meilak Poetessa Maltija li twieldet ir-Rabat Għawdex fl-1905.Ħadmet bħala għalliema fi skejjel primarji u sekondarji f’Għawdex. Kitbet diversi poeżiji, esejs, rakkonti u rumanzi. Fil-poeżiji tagħha jispikka ħafna l-element folklorisitku Għawdxi u jidhru ħafna l-annimali, il-ħxejjex, il-ħolqien, l-istaġuni u t-temp. Hija mietet fl-1975.

  2. ĠEJJA X-XITA ta’ Mary Meilak SIMILITUDNI PERSONIFIKAZZJONI Il-ħuttaf ħafif daqs vleġġa, Ħalla s-sema u ġie jbus l-art, Ġewwa l-qliel in-naħal trekken, Ħalla l-ġonna, reħa l-ward.

  3. ĠEJJA X-XITA ta’ Mary Meilak Il-qattusa ħiemda f’rokna, Togħrok, togħrok lil widnejha U t-tiġieġa tgerfex, tgerfex Sħab ta’ trab qajmet b’dufrejha.

  4. ĠEJJA X-XITA ta’ Mary Meilak Il-bebbux sejjer jistaħba Ġewwa t-toqba qalb il-blat U l-kelb tħaxken maġenb sidu, Qalbu sewda, nofs skantat.

  5. ĠEJJA X-XITA ta’ Mary Meilak Ġej il-gawwi, riesaq liebet Għal ġo rdoss lejn ix-xtajtiet U t-tfief hemm minn ġol-għelieqi Qed itellaq “in-nanniet”. PERSONIFIKAZZJONI

  6. ĠEJJA X-XITA ta’ Mary Meilak Il-balluta lil xuxitha Nokkli nokkli qed tagħmilha, F’dar in-nemel ma nafx x’ġara, Fixla u għawġ donnu daħlilha.

  7. ĠEJJA X-XITA ta’ Mary Meilak Il-qażquż fit-trab jitmiegħek, Iċ-ċawl jagħti sħiħ bis-sieq U kultant żrinġ kbir, imżattat, Tħajjar jaqsam waħdu t-triq.

  8. ĠEJJA X-XITA ta’ Mary Meilak In-nagħaġ qamu jirgħaw kmieni, Il-mogħoż tgezzu ġol-widien, Is-serduq jidden flgħaxija, Kollu mgħaxxex id-dubbien.

  9. ĠEJJA X-XITA ta’ Mary Meilak L-isponsun: Witt! witt! witt! witt! Waqq! waqq! waqq! il-wiżż ġol-għar … Nies ta’ Malta, xita għandna! Naddfu l-bjut u iftħu l-bjar.

More Related