1 / 32

Il-Ben ċ mark ta’ Tmiem l-Edukazzjoni Primarja 201 2

Il-Ben ċ mark ta’ Tmiem l-Edukazzjoni Primarja 201 2. Kummenti u suġġerimenti fuq il-karta tal-Malti. It-Tqassim tal-Marki. Il-Fehim mis-Smigħ – 20% (nofs siegħa) Il-Fehim mill-Qari – 30% (50 minuta) Il-Kitba – 30% (siegħa) It-Taħdit – 20% (10 minuti). Il-Fehim mis-Smigħ.

brooklyn
Télécharger la présentation

Il-Ben ċ mark ta’ Tmiem l-Edukazzjoni Primarja 201 2

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Il-Benċmark ta’ Tmiem l-Edukazzjoni Primarja2012 Kummenti u suġġerimenti fuq il-karta tal-Malti

  2. It-Tqassim tal-Marki • Il-Fehim mis-Smigħ – 20% (nofs siegħa) • Il-Fehim mill-Qari – 30% (50 minuta) • Il-Kitba – 30% (siegħa) • It-Taħdit – 20% (10 minuti)

  3. Il-Fehim mis-Smigħ Deskrizzjoni tat-Taħriġ • Smigħ ta’ żewġ siltiet u żewġ taħriġiet qosra fuq kull silta. L-ewwel silta – istruzzjonijiet • Taħriġ A – Għażil tat-tweġiba t-tajba minn tlieta • Taħriġ B – Mili ta’ vojt bi kliem ipprovdut It-tieni silta – intervista • Taħriġ A – Veru/Falz/Ma ssemmietx • Taħriġ B – Tqabbil ta’ sentenzi

  4. Il-Fehim mis-Smigħ Kummenti • Nuqqas ta’ attenzjoni għad-dettalji tas-silta. • Għoti ta’ tweġibiet mhux skont is-silta imma skont l-għarfien tagħhom tas-suġġett. • Xi tfal tħawdu għax fi ftit mistoqsijiet ma ntużax il-kliem tas-silta imma kliem bl-istess tifsira, eż. igerger/jilmenta, jgħix/joqgħod.

  5. Il-Fehim mis-Smigħ Kummenti • Ikkopjar ta’ kliem ħażin. Ma tnaqqsux marki għal dawn l-iżbalji. • Xi tfal għadhom jitħawdu fl-eżerċizzju -Veru/Falz/Ma ssemmietx. • Fl-eżerċizzju tat-tqabbil kien hemm tfal li ma qabblux is-sentenzi skont is-sens imma skont il-qbil sintattiku.

  6. Il-Fehim mis-Smigħ Suġġerimenti • Nisħqu mat-tfal li jwieġbu skont dak li jisimgħu fis-silta mhux skont x’jafu huma fuq is-suġġett. • Qabel jibdew iwieġbu, l-istudenti jridu joqogħdu attenti li jifhmu l-istruzzjonijiet u l-mistoqsijiet sew. • Indarruhom jikkopjaw il-kliem li jingħata sew. • Inħarrġuhom jużaw il-ħin sew billi fl-eżami l-ħin ikun limitat.

  7. Il-Fehim mis-Smigħ Suġġerimenti • Inħeġġuhom jaqtgħu l-iżbalji bil-lapes jew bil-pinna mhux bit-Tipp-Ex. • Indarruhom jiċċekkjaw xogħolhom, ngħidu aħna, li jwieġbu kull mistoqsija, u l-bqija. • Nisħqu li fl-eżerċizzji fejn jintalbu jinnumeraw sentenzi jew jgħaqqduhom, jiktbu n-numri wara xulxin u ma jaqbżux/jirrepetu xi numru.

  8. Il-Fehim mill-Qari Deskrizzjoni tat-Taħriġ • Qari ta’ riklam u tliet taħriġiet qosra fuqu. • Qari ta’ silta fattwali maqsuma f’biċċtejn u tliet taħriġiet fuqha, fosthom mistoqsijiet: a) li jittestjaw il-fehim b) grammatikali ċ) lessikali d) miftuħa

  9. Il-Fehim mill-Qari L-Ewwel Taqsima – Eżerċizzju A, ir-Riklam Kummenti • Minflok isem it-triq, xi tfal kitbu l-indirizz sħiħ. • Xi wħud ma tawx il-jiem tal-ftuħ imniżżlin fir-riklam. Kitbu ‘mit-Tnejn sal-Ġimgħa’, ‘ġimgħa’, ‘mit-Tnejn sal-Ħdud’, u tweġibiet oħra ħżiena.

  10. Il-Fehim mill-Qari L-Ewwel Taqsima – Taħriġiet B u Ċ, ir-Riklam Kummenti • Fl-eżerċizzju B, l-aktar li żbaljaw l-aħħar kelma – ‘operazzjonijiet’; taw is-singular, ‘operazzjoni’ jew kitbu ‘servizzi’ flokha. • Kien hemm ftit studenti li ma qatgħux linja taħt il-kelma t-tajba fl-eżerċizzju Ċ. Dan juri li xi tfal ma joqogħdux attenti xi jkunu qed jaqraw u għalhekk ma jifhmux sew.

  11. Il-Fehim mill-Qari It-Tieni Taqsima – Taħriġiet A, B u Ċ, is-Silta Kummenti fuq it-tweġibiet • Xi studenti taw tweġibiet twal iżżejjed. Ikkopjaw kelma b’kelma mis-silta. • Xi studenti minbarra t-tagħrif mitlub mill-mistoqsijiet taw tagħrif ieħor bla ħtieġa. • Kien hemm min wera li ma jafx jinseġ sentenza sempliċi.

  12. Il-Fehim mill-Qari It-Tieni Taqsima – Taħriġiet A, B u Ċ, is-Silta Kummenti fuq it-tweġibiet • Xi tweġibiet ma kinux jagħmlu sens. • Fl-aħħar mistoqsija għadd żgħir ta’ tfal minflok taw ir-raġuni għala l-Griegi kienu jqisu l-għasel bħala l-ikel tal-allat, taw biss il-fehma tagħhom. Oħrajn żeffnu fin-nofs ir-reliġjon u wieġbu li aħna għandna biss Alla wieħed.

  13. Il-Fehim mill-Qari It-Tieni Taqsima – Taħriġiet A u B, is-Silta Kummenti fuq il-mistoqsijiet lessikali u grammatikali • Għadd ta’ studenti tħawdu għal xiex kienu qed jirreferu l-Pronomi Mehmużin mogħtija. • Bosta tfixklu fil-mistoqsijiet grammatikali, eż. a) iħalltu kif isir l-Plural Sħiħ u l-Miksur, b) ma jafux il-funzjoni tal-Aġġettivi, ċ) jitfixklu kif isibu l-Mamma u l-Għerq, d) ma jafux inisslu n-nomi mill-verbi, e) jitfixklu meta jgħaqqdu l-prepożiżżjonijiet mal-artiklu.

  14. Il-Fehim mill-Qari Suġġerimenti – Taħriġ il-fehim • Nisħqu mat-tfal li jridu mhux biss jaqraw il-mistoqsijiet imma jifhmuhom. • Indarruhom jaħsbu qabel jagħtu tweġiba. • Inħarrġuhom jagħtu tweġibiet ċari, preċiżi u b’Malti tajjeb. Nagħfsu fuq il-binja tas-sentenza. • Inħeġġuhom ma jikkopjawx sentenzi sħaħ kelma b’kelma mis-silta imma jagħtu t-tweġibiet fi kliemhom.

  15. Il-Fehim mill-Qari Suġġerimenti – Taħriġ il-fehim • Fit-tweġibiet jagħtu BISS it-tagħrif li jintalbu. • It-tweġibiet iridu jkunu: a) skont xi tgħid is-silta b) jagħmlu sens ċ) miktubin b’Malti tajjeb. • Ifittxu t-tweġiba fil-post it-tajjeb, kif indikat ħdejn il-mistoqsija mhux jaqraw is-silta mill-bidu għal kull mistoqsija.

  16. Il-Fehim mill-Qari Suġġerimenti – il-Lessiku u l-Grammatika • Nagħfsu fuq il-qari ta’ ħafna kotba fuq varjetà wiesgħa ta’ suġġetti. Araw l-lista tal-qari supplimentari fis-sit elettroniku tal-Malti. • Infiehmu l-kunċetti grammatikali billi nagħtu eżempji minn kuntesti differenti tal-ħajja ta’ kuljum, ngħidu aħna, il-Pronomi Mehmużin, l-għamliet ta’ Plurali, il-funzjoni tal-Aġġettivi. • Ninqdew b’bosta metodi ta’ tagħlim u taħlita ta’ riżorsi ggradati biex nilħqu lit-tfal kollha.

  17. Il-Kitba Deskrizzjoni tat-Taħriġiet • Messaġġ ta’ 50-60 kelma fuq wieħed minn żewġ temi marbuta mal-indafa u l-ambjent. • Komponiment narrattiv ta’ 140-200 kelma ‘Waħdi fuq gżira diżabitata’ jew ‘Kif qomt, sibt ruħi mibdul/a f’żiemel’ Il-Pjan tal-komponiment

  18. Il-Kitba Kummenti – il-Messaġġ • Xi studenti ma indirizzawx il-messaġġ lin-nies tal-belt jew ir-raħal tagħhom imma kitbu lis-Sindku, lill-Gvern jew lill-poplu Malti. • Minflok messaġġ kien hemm min kiteb ittra. • Kien hemm min ma kitibx fuq is-suġġett mitlub.

  19. Il-Kitba Kummenti – il-Messaġġ • Xi wħud ma daħħlu l-ebda sinjal tal-punteġġjatura, lanqas punt jew virgola. • Oħrajn ma tawx kas l-għajnuniet u għalhekk ma żammewx mas-suġġett jew ma sabux xi jgħidu fuqu. • Xi studenti ma jafux jibnu s-sentenzi sew.

  20. Il-Kitba Kummenti – il-Komponiment Il-Pjan • L-istudenti li kkopjaw l-għajnuniet mogħtija kelma b’kelma jew l-istampa ma ngħatawx marki. • Min wera li b’xi mod ippjana xogħlu bit-tpinġija jew bil-kitba ngħata marka/i.

  21. Il-Kitba Kummenti – il-Komponiment • Ħafna studenti li mxew mal-pjan li fasslu kitbu stejjer tajbin u interessanti. • Xi tfal ma jafux isenslu ġrajja wara oħra f’sekwenza jew kronoloġija. • Kien hemm għadd ta’ żbalji ortografiċi elementari, ngħidu aħna, il-ġ/ċ/ż bla tikka u l-ħ u l-għ b’rashom mhix maqtugħa.

  22. Il-Kitba Kummenti – il-Komponiment • L-aktar komponiment popolari kien ‘Waħdi fuq gzira diżabitata’. • Kien hemm min ma tax kas tat-titlu u fil-kitba tiegħu daħħal lil ħutu, il-ġenituri jew xi ħbieb. • Oħrajn aktar kitbu fuq kif spiċċaw fuq il-gżira milli x’avventuri ġarrbu ladarba kienu hemm. • Kien hemm xi tfal li rrakkontaw biss x’raw f’xi film li jġib l-istess isem minflok ħolqu storja.

  23. Il-Kitba Kummenti – il-Komponiment • Għad hawn tfal li ma jaqsmux il-komponiment f’paragrafi u f’daħla, qalba u għeluq. • Xi tfal kitbu ħafna inqas minn 140 kelma u oħrajn, tgħoddhom fuq subgħajk, kitbu żżejjed. • Xi wħud ħawdu t-tempijiet tal-verb. Bdew fl-imperfett u qalbu għall-perfett jew bil-maqlub. • Użu ta’ kliem Ingliż minflok kliem Malti, eż. baby flok tarbija, boys/girls flok subien/bniet, boat flok dgħajsa.

  24. Il-Kitba Suġġerimenti – Il-Pjan • Enfasi fuq il-bżonn li kull kitba tkun ippjanata sew minn qabel. • Fil-pjan m’għandux jinkiteb il-komponiment sħiħ imma tifsila/abbozz tiegħu. • Attenzjoni għall-ortografija anke fil-pjan. • L-istampi mpinġija jgħinu lil xi wħud sakemm ikunu marbuta mas-suġġett. • Il-pjan jiswa erba’ marki u għalhekk min iħallih barra jitlifhom għalxejn.

  25. Il-Kitba Suġġerimenti – il-Komponimenti • Inħarrġu aktar lill-istudenti kif jibnu s-sentenzi, ngħidu aħna, fil-qbil fl-għadd u l-ġens bejn in-nomi, il-verbi u l-aġġettivi. • Nagħtu aktar kitbiet narrattivi u deskrittivi kemm għad-dar kif ukoll fil-klassi. • Indarru lit-tfal minn kmieni jaqsmu xogħolhom f’paragrafi u l-kitbiet f’daħla, qalba u għeluq, mhux blokka waħda, bla tqassim ta’ xejn.

  26. Il-Kitba Suġġerimenti • Nieħdu ħsieb li t-tempijiet tal-verbi jintużaw sew fil-kitbiet mhux addoċċ u bla distinzjoni. • Nisħqu fuq il-qari għax mill-qari jixorbu l-ideat u jistimulaw lil moħħhom jimraħ, joħlom u joħloq. Inħeġġuhom jaqraw tal-inqas ktieb bil-Malti kull ħmistax u ġeneri varji miktuba b’Malti idjomatiku. • Indarru lill-istudenti, wara li jlestu xogħolhom, iduruh għall-iżbalji ortografiċi, grammatikali, sintattiċi u tal-punteġġjatura.

  27. Il-Kitba Suġġerimenti • Nagħfsu fuq id-dehra tax-xogħol u l-kaligrafija għax l-ewwel li tiġbed l-għajn. • Indarru lill-istudenti jqassmu ħsibijiethom f’sekwenza jew f’ordni, pereżempju, kronoloġika. • Inħarrġu lill-istudenti jiktbu ġeneri differenti ta’ kitba, ngħidu aħna, avviżi, riklami, messaġġi, ittri informali, djalogi, intervisti, istuzzjonijiet, u bqija.

  28. Il-Kitba Suġġerimenti • Nisħqu mal-istudenti biex jaqraw it-titlu sew u jżommuh f’rashom tul il-kitba kollha. • Indarruhom iqisu l-għadd ta’ kliem li jintalbu jiktbu biex la jiktbu inqas u lanqas iżżejjed. • Nesiġu li jdaħħlu s-sinjali tal-punteġġjatura. • Niċċelebraw kitbiet li jkunu miktubin b’Malti sabiħ u idjomatiku, żuru s-sitehttp://malti.skola.edu.mt/

  29. It-Taħdit Deskrizzjoni tat-Taħriġ – Erba’ taqsimiet 1) Mistoqsijiet ta’ tħejjija, minuta, mhux assessjati 2) Intervista ta’ tliet minuti 3) Staqsini int, tliet minuti 4) Qabbel l-istampi, tliet minuti Il-marki jingħataw għall-vokabolarju, it-taħdit mexxej u l-interazzjoni, il-korrettezza grammatikali, ir-relevanza tad-diskors, it-tlissin tal-kliem u l- Intonazzjoni.

  30. It-Taħdit Kummenti • Xi tfal Maltin ma jafux jitkellmu bil-Malti bla ma jdaħħlu kliem Ingliż, ngħidu aħna, in-numri, it-tislim u l-kuluri. • Oħrajn taw risposti xotti, kelma jew tnejn meta setgħu tkellmu ħafna aktar. • L-istampi ntlaqgħu tajjeb, kienu ċari u l-istudenti kellhom fejn jiftħu fuq it-temi.

  31. It-Taħdit Suġġerimenti • Fil-lezzjonijiet tat-taħdit noqogħdu attenti li t-tfal ma jdaħħlux kliem Ingliż addoċċ, aktar u aktar meta jkollna kliem Malti floku. • Waqt il-lezzjonijiet tal-Malti u meta nkellmu lit-tfal bil-Malti, għandna noqogħdu attenti li ma ndaħħlux kliem barrani bla ħtieġa, ngħidu aħna, nużaw paġna flok page, in-numri bil-Malti, ’k jogħġbok flok please, u l-bqija. • Bil-prattika l-istudenti jidraw jesprimu ruħu aħjar b’Malti xieraq u idjomatiku. Tajjeb li ndaħħlu attivitajiet ta’ taħdit kull ġimgħa.

  32. Grazzi u Saħħa http://malti.skola.edu.mt/

More Related