1 / 77

Vġili tal-Milied

A. Vġili tal-Milied. Qari I Il-Mulej tgħaxxaq bik. Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija. 6 2 , 1 -5. A milied. Min ħ abba f’Sijon ma nehdiex, minħabba f’Ġerusalemm ma niskotx ,. A milied. sa ma tfe ġġ b ħ al dija l- ġ ustizzja tag ħ ha , t ħeġġeġ b ħ al tor ċ a

dane-neal
Télécharger la présentation

Vġili tal-Milied

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. A Vġili tal-Milied

  2. Qari IIl-Mulej tgħaxxaq bik. Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija.62, 1-5 Amilied

  3. Minħabba f’Sijon ma nehdiex, minħabba f’Ġerusalemm ma niskotx, Amilied

  4. sa ma tfeġġ bħal dija l-ġustizzja tagħha, tħeġġeġ bħal torċa s-salvazzjoni tagħha. Amilied

  5. Il-ġustizzja tiegħek għad jarawha l-ġnus, u s-sebħ tiegħek jarawh is-slaten kollha. Amilied

  6. B’isem ġdid għad isejħulek, isem li għad jagħżlu fomm il-Mulej. Amilied

  7. Għad tkun kuruna ta’ ġmiel f’id il-Mulej, u dijadema ta’ sultan f’id Alla tiegħek. Amilied

  8. Ma jgħidulekx aktar l-Abbandunata, lanqas lil artek l-Imħarbta. Amilied

  9. Lilek għad isejħulek Għaxqti fiha, u lilartekgħad jgħidulha Għarusa; Amilied

  10. għax l-għaxqa tal-Mulej fik, u artek għad titgħarras. Amilied

  11. Bħalma għarus jitgħarras xebba, hekk jitgħarrsek il-Bennej tiegħek; Amilied

  12. u bħalma l-għarus jitgħaxxaq b’għarustu, hekk jitgħaxxaq bik Alla tiegħek. Amilied

  13. Il-Kelmatal-Mulej. ℟.Irroddu ħajr lil Alla. Amilied

  14. Salm88 (89), 4-5.16-17.27.29 ℟.It-tjieba tal-Mulej irrid dejjem ngħanni. Amilied

  15. Int għedt Mulej: «Għamilt patt mal-magħżul tiegħi, Ħlift lil David, il-qaddej tiegħi: Amilied

  16. «Jien nagħmel li nislek jibqa’ għal dejjem, li f’kull żmien jibqa’ sħiħ it-tron tiegħek.» Amilied

  17. ℟.It-tjieba tal-Mulej irrid dejjem ngħanni. Amilied

  18. Ħieni l-poplu li jaf jgħajjat bil-ferħ, li jimxi, Mulej, fid-dawl ta’ wiċċek. Amilied

  19. B’ismek jithennew il-jum kollu, u bil-ġustizzja tiegħek jifirħu. Amilied

  20. ℟.It-tjieba tal-Mulej irrid dejjem ngħanni. Amilied

  21. «Hu jsejjaħli: “Int missieri u Alla tiegħi, fortizza u salvazzjoni tiegħi!” Amilied

  22. «It-tjieba tiegħi nżommha fuqu għal dejjem, u l-patt tiegħi miegħu jibqa’ sħiħ.» Amilied

  23. ℟.It-tjieba tal-Mulej irrid dejjem ngħanni. Amilied

  24. Qari IIPawlu jixhed għal Kristu, Bin David. Qari mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli.13, 16-17. 22-25 Amilied

  25. Meta ġie f’Antijokja ta’ Pisidja, Pawlu qam fis-sinagoga, Amilied

  26. għamel sinjal b’idu u beda jitkellem: Amilied

  27. «Nies ta’ Iżrael, u intom il-ġnus li tibżgħu minn Alla, isimgħuni. Amilied

  28. «Alla ta’ dan il-poplu ta’ Iżrael għażel lil missirijietna. Amilied

  29. «Meta l-poplu kien jgħix f’art barranija, fl-Eġittu, Alla għamlu poplu kbir u ħarġu minn hemm bil-qawwa ta’ driegħu. Amilied

  30. «Meta mbagħad neħħa lil Sawl, qiegħed bħala sultan tagħhom lil David, li għalih ta din ix-xhieda: Amilied

  31. “Sibt lil David, bin Ġesse, Raġel skont qalbi, li jagħmel dak kollu li rrid jien.” Amilied

  32. «Min-nisel ta’ David, Alla, skont il-wegħda tiegħu, ġieb għal Iżrael salvatur, li hu Ġesù. Amilied

  33. «Qabel il-miġja tiegħu, Ġwanni ħareġ ixandar magħmudija ta’ ndiema lill-poplu kollu ta’ Iżrael. Amilied

  34. «U meta kien wasal fi tmiem il-ħidma tiegħu, Ġwanni qal: Amilied

  35. “Jien m’iniex dak li intom taħsbu li jien. Amilied

  36. “Imma, araw, warajja ġej wieħed li jien anqas jistħoqqli nħoll il-qorq ta’ riġlejh.”» Amilied

  37. Il-Kelmatal-Mulej. ℟.Irroddu ħajr lil Alla. Bilwieqfa Amilied

  38. Akklamazzjoniqabell-Evanġelju Hallelujah.℟.Hallelujah. Amilied

  39. Għada jinqered il-ħażen tal-art, u jsaltan fuqna s-Salvatur tad-dinja. Amilied

  40. ℟.Hallelujah. Amilied

  41. EvanġeljuKtieb in-nisel ta’ Ġesù Kristu, • bin David. • Qari mill-Evanġelju • skont San Mattew.1, 1-25 Amilied

  42. Ktieb in-nisel ta’ Ġesù Kristu, bin David, bin Abraham. Amilied

  43. Abraham nissel lil Iżakk, Iżakk nissel lil Ġakobb, Ġakobb nissel lil Ġuda u lil ħutu, Amilied

  44. Ġuda nissel lil Fares u lil żaraħ minn Tamar, Fares nissel lil Ħesron, Ħesron nissel lil Aram, Amilied

  45. Aram nissel lil Għamminadab, Għamminadab nissel lil Naħson, Amilied

  46. Naħson nissel lil Salmon, Salmon nissel lil Bogħażminn Raħab, Amilied

  47. Bogħażnissel lil Għobed minn Rut, Għobed nissel lil Ġesse, Ġesse nissel lil David, is-sultan. Amilied

  48. David nissel lil Salamun mill-mara ta’ Urija, Salamun nissel lil Robogħam, Amilied

  49. Robogħam nissel lil Abija, Abija nissel lil Asa, Asa nissel lil Ġosafat, Ġosafat nissel lil Ġoram, Ġoram nissel lil Għużżija, Amilied

  50. Għużżija nissel lil Ġotam, Ġotam nissel lil Aħaż, Aħażnissel lil Ħeżekija, Ħeżekija nissel lil Manassi, Amilied

More Related