1 / 24

Wiċċ l-art kien nixef.

Qari mill- Ktieb tal - Ġ enesi Ġ en 8 , 6-13.20-22. Wiċċ l-art kien nixef. Wara erbgħin jum, Noè fetaħ it-tieqa tal-arka li kien għamel. U telaq iċ-ċawlun, u dan ħareġ u baqa’ ġej u sejjer sakemm nixef l-ilma minn fuq l-art. U Noè bagħat il-ħamiema .

gil
Télécharger la présentation

Wiċċ l-art kien nixef.

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Qari mill-Ktiebtal-Ġenesi Ġen 8, 6-13.20-22 Wiċċ l-art kien nixef.

  2. Wara erbgħin jum, Noè fetaħ it-tieqa tal-arka li kien għamel. U telaq iċ-ċawlun, u dan ħareġ u baqa’ ġej u sejjer sakemm nixef l-ilma minn fuq l-art. U Noè bagħat il-ħamiema

  3. minn ħdejh biex jara jekk naqasx l-ilma minn fuq wiċċ l-art. U l-ħamiema ma sabitx fejn isserraħ qiegħ riġilha, u reġgħet lura għal għandu fl-arka, għax l-ilma kien għadu

  4. fuq wiċċ l-art kollha. U Noè ħareġ idu u qabadha u daħħalha miegħu fl-arka. U stenna sebat ijiem oħra u reġa’ bagħat il-ħamiema mill-arka. U l-ħamiema reġgħet lura fil-għaxija

  5. b’werqa friska taż-żebbuġ f’munqarha. U Noè ntebaħ li l-ilmijiet kienu naqsu minn fuq wiċċ l-art. U stenna sebat ijiem oħra, u bagħat il-ħamiema, u din ma reġgħetx lura iżjed

  6. għandu. Fis-sena sitt mija u wieħed, fl-ewwel xahar, fl-ewwel jum tax-xahar, nixef għalkollox l-ilma minn fuq wiċċ l-art. U Noè bexxaq l-għatu tal-arka, u ħares,

  7. u ra li wiċċ l-art kien nixef. U Noè bena artal lill-Mulej, u ħa minn kull annimal safi u mit-tajr safi, u offra sagrifiċċju tal-ħruq fuq l-artal. U l-Mulej xamm ir-riħa ħelwa u

  8. għoġbitu; u l-Mulej qal f’qalbu: “Ma nerġax iżjed nisħet l-art minħabba l-bniedem, għax qalb il-bniedem miġbuda għall-ħażen sa minn ċkunitu, u ma nerġax

  9. iżjed naħbat għall-ħlejjaq ħajjin kollha bħalma għamilt. Sakemm iddum l-art, żrigħ u ħsad, bard u għomma, sajf u xitwa, lejl u nhar, ma jonqsu qatt.”

  10. Il-Kelmatal-Mulej. R:/ IrrodduħajrlilAlla

  11. Salm Responsorjali R:/ Lilek, Mulej, noffri sagrifiċċju ta’ radd il-ħajr

  12. Xi rrodd lill-Mulej għall-ġid kollu li għamel miegħi? Ngħolli l-kalċi tas-salvazzjoni, u isem il-Mulej insejjaħ.

  13. R:/ Lilek, Mulej, noffri sagrifiċċju ta’ radd il-ħajr

  14. Intemm lill-Mulej il-wegħdiet tiegħi, quddiem il-poplu tiegħu kollu. Għażiża f’għajnejn il-Mulej hi l-mewt tal-ħbieb tiegħu.

  15. R:/ Lilek, Mulej, noffri sagrifiċċju ta’ radd il-ħajr

  16. Intemm lill-Mulej il-wegħdiet tiegħi, quddiem il-poplu tiegħu kollu, fil-btieħi ta’ dar il-Mulej, ġo nofsok, Ġerusalemm.

  17. R:/ Lilek, Mulej, noffri sagrifiċċju ta’ radd il-ħajr

  18. Hallelujah, Hallelujah Hallelujah Il-Missier ta’ Sidna Ġesù Kristu, idawlilkom l-għajnejn ta’ qalbkom biex tagħrfu x’inhi t-tama tas-sejħa tagħkom. Hallelujah, Hallelujah

  19. Qari mill-Evanġelju skont San Mark Mk 8, 22-26 R:/ GlorjalilekMulej L-agħma kien imfejjaq, hekk li sar jara kollox tajjeb mill-bogħod ukoll.

  20. F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli waslu Betsajda, u ħadulu quddiemu raġel agħma u talbuh imissu. Qabad l-agħma minn idu u ħadu barra mir-raħal, beżaqlu f’għajnejh, qiegħed

  21. idejh fuqu u staqsieh: “Qiegħed tara xi ħaġa?” Dak ħares ’il fuq u qal: “Qiegħed nara n-nies, imma qiegħed narahom donnhom siġar mexjin.”Imbagħad raġa’ qegħedlu

  22. jdejh fuq għajnejh, u beda jara ċar: u kien imfejjaq, hekklisarjarakolloxtajjebmill-bogħod ukoll. Bagħtu lura lejn daru, u qallu: “Qis li ma tgħid xejn meta tmur ir-raħal.”

  23. Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu

  24. ĦSIEB

More Related