100 likes | 461 Vues
Aqrali xi ħaġa ġdida,qaltilha. Clare Azzopardi. Ma ħduma minn Ms Doreen Coleiro Skola Sekondarja San Anton. Lina. Fejn twieldet? Twieldet “f’kamra qisha l-ħarifa” Liema hi l-figura tat-taħdit imħaddma? Xi tfisser?
E N D
Aqrali xi ħaġa ġdida,qaltilha Clare Azzopardi Maħduma minn Ms Doreen Coleiro Skola Sekondarja San Anton
Lina • Fejn twieldet? Twieldet “f’kamra qisha l-ħarifa” • Liema hi l-figura tat-taħdit imħaddma? Xi tfisser? Similitudni. Bħalma fil-ħarifa tara ħafna weraq jiġru fit-toroq, hekk ukoll fil-kamra fejn twieldet Lina kien hemm ħafna folji tal-karti mxerrdin mal-kamra. • F’liema ambjent trabbiet Lina? “Lina trabbiet minn fuq xkaffa għal oħra” • Liema hi l-figura tad-diskors imħaddma? Metafora. Lina trabbiet f’ambjent fejn kien hemm ħafna kotba • Meta mbagħad bdiet tikber Lina “ngħalqet f’dinja ta’ kotba bħal skeletru magħluq f’tebut”. • Liema hi l-figura tad-diskors imħaddma u x’effett trid toħloq biha l-awtriċi? Similitudni. Kienet tinqata’ għaliha waħedha medhija fil-kotba biss.
L-awtriċi tagħtina deskrizzjoni fiżika ta’ Lina. Kif tiddeskriviha? • Xagħarha qasir ma’ rasha. • Tilbes dublett griż u flokk griż jinqafel bil-buttuni griżi quddiem. • X’effett trid toħloq l-awtriċi bir-ripetizzjoni tal-kelma griż? L-awtriċi trid turina li Lina kienet karattru sempliċi, ma tagħtix kas l-apparenza fiżika tagħha għaliex medhija f’affarijiet li għaliha huma ħafna aktar importanti. • X’konsegwenzi ġabet magħha din l-attitudni u d-dehra fiżika tagħha? Warrbet ukoll l-idea li xi darba tiżżewweġ kif xtaqu l-ġenituri tagħha.
“L-imħabba tagħha ma setgħet qatt tmiss lil xi raġel” • Lejn xiex kienet indirizzata l-imħabba tagħha? Iddedikat ħajjitha għall-kotba u l-kitba u l-ħolma tagħha kienet li taqra u tippubblika kitbiet ġodda anke t’awturi nisa. • Meta missierha waqaf mix-xogħol uriet li kienet kapaċi tmexxi l-ħanut u l-istamperija waħedha.
Lina: Aqra xi ħaġa ġdida, pa, almenu. Il-Missier: Dawn affarijiet li jien niddeċidihom. Lina: Jew ħalli lili naqrah! Ħallini naqra xi ħaġa ġdida! Ngħidlek x’naħseb! Il-Missier: X’taħseb int mhux se jagħmilna sinjuri. Lina: Int ma, int qatt ma titkellem f’mumenti bħal dawn? • X’kien qed jirrifjuta li jagħmel missierha? • Għaliex taħseb li missierha kien jirraġuna b’dan il-mod?
Fl-aħħar omm Lina, Stella, tintefa’ f’qiegħ ta’ sodda u tikxef is-sigriet tagħha li kien moħbi f’kaxxa ċkejkna f’moħba fil-kċina. • X’kien is-sigriet f’din il-kaxxa? 45 ktieb ċkejken miktubin minn awturi nisa li ommha stampat u llegat bil-moħbi
It-tmiem tan-novella • Meta Lina semgħet l-istejjer fil-kotba ma impressjonawhiex (anti klajmaks) iżda ma nafux jekk missierha ddispjaċiehx jew le li ma ppubblikahomx. Għalhekk filwaqt li l-omm tiżvela s-sigriet tagħha l-opinjoni vera tal-missier tibqa’ sigrieta mal-mewt tiegħu. • Lina taqbad il-lapes u n-novella tispiċċa hawn. X’taħseb li se tagħmel Lina? • Għalhekk ngħidu li din in-novella għandha storja bi tmiem miftuħ.
Riflessjonijiet li joħorġu minn din in-novella • Il-vuċi tal-mara f’soċjetajiet patrijarkali (ddominati mill-irġiel) kienet maħnuqa. • Din il-mentalità patrijarkali ma kinitx qed tħalli lill-mara toħroġ il-kreattività artistika tagħha fil-beraħ. • Għalhekk taħseb li b’din in-novella, l-awtriċi tixtieq tagħti aktar vuċi lill-mara?