1 / 42

San Pietru u San Pawl Appostli 29 ta’ Ġunju

ofm.org.mt. San Pietru u San Pawl Appostli 29 ta’ Ġunju. L-1 Qari Qari mill-Ktieb ta’ l-Atti ta’ l-Appostli Atti 12, 1-11. Għall-ħabta ta' dak iż-żmien, is-sultan Erodi qatagħha li jaħbat għal xi wħud minn ħdan il-Knisja. Qatel ’il Ġakbu, ħu Ġwanni, bis-sejf.

kaiser
Télécharger la présentation

San Pietru u San Pawl Appostli 29 ta’ Ġunju

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. ofm.org.mt San Pietru u San Pawl Appostli29 ta’ Ġunju

  2. L-1 QariQari mill-Ktieb ta’ l-Atti ta’ l-AppostliAtti 12, 1-11

  3. Għall-ħabta ta' dak iż-żmien, is-sultan Erodi qatagħha li jaħbat għal xi wħud minn ħdan il-Knisja. Qatel ’il Ġakbu, ħu Ġwanni, bis-sejf.

  4. Mbagħad, billi ra li dan il-ħaġa għoġbot lil-Lhud, qatagħha li jaqbad ’il Pietru wkoll. Dan kien f’jiem l-Ażżmi.

  5. Meta arrestah u tefgħu l-ħabs, qiegħed għassa miegħu erba' għaqdiet ta’ suldati ta’ erbgħa kull waħda, bil-ħsieb li, wara l-Għid, iressqu quddiem il-poplu.

  6. Pietru, mela, kien arrestat fil-ħabs, bil-għassa miegħu. Fl-istess ħin, il-Knisja kienet qiegħda titlob ’l Alla għalih bil-ħeġġa.

  7. Fil-lejl stess ta' qabel ma Erodi kellu joħroġ ’il Pietru, dan kien rieqed bejn żewġ suldati, marbut b'żewġ ktajjen, waqt li xi għassiesa kienu għassa mal-bieb tal-ħabs.

  8. F'daqqa waħda ġie hemm anġlu tal-Mulej, u dawl idda mal-kamra. L-anġlu ta lil Pietru daqqa fuq ġenbu, qajmu u qallu: "Qum malajr."

  9. Il-ktajjen waqgħu minn ma' idejh. Mbagħad l-anġlu qallu: "Tħażżem u ilbes il-qorq." Pietru hekk għamel.

  10. U qallu wkoll: "Dawwar il-mantar miegħek u imxi warajja." Pietru ħareġ u mexa warajh,

  11. bla ma ntebaħ li dak li kien qiegħed jiġri permezz ta' l-anġlu kien tassew; ħaseb li kienet xi ħolma.

  12. Għaddew l-ewwel għassa, u t-tieni waħda wkoll, u waslu ħdejn il-bieb tal-ħadid, li kien jagħti għall-belt, u dan infetaħ waħdu.

  13. Ħarġu, u mxew tul triq. F'daqqa waħda l-anġlu telaq minn ħdejh.

  14. Mbagħad Pietru ġie f'tiegħu u qal: "Issa qiegħed ninduna, tabilħaqq, li l-Mulej bagħat l-anġlu tiegħu u

  15. ħelisni minn id Erodi u minn dak kollu li l-Lhud kienu qegħdin jistennew li jsir."

  16. Il-Kelma tal-MulejInroddu ħajr lil Alla

  17. Salm ResponsorjaliSalm 33Dawk li jibżgħu mill-Mulej, l-anġlu tiegħu jeħlishom.

  18. Kull ħin inbierek il-Mulej; tifħiru dejjem fuq fommi.Bil-Mulej tiftaħar ruħi; jisimgħu l-fqajrin u jifirħu.

  19. R/. Dawk li jibżgħu mill-Mulej, l-anġlu tiegħu jeħlishom.

  20. Kabbru’l-Mulej miegħi; u ngħollu ismu flimkien.Jien fittixt il-Mulej, u weġibni, U minn kull biża' ħelisni.

  21. R/. Dawk li jibżgħu mill-Mulej, l-anġlu tiegħu jeħlishom.

  22. Ħarsu lejh u tiddu bil-ferħ, u wiċċkom ma jistħix.Dan il-fqajjar sejjaħ u l-Mulej semgħu, u mid-dwejjaq tiegħu kollha ħelsu.

  23. R/. Dawk li jibżgħu mill-Mulej, l-anġlu tiegħu jeħlishom.

  24. L-anġlu tal-Mulej jgħammar madwar dawk li jibżgħu minnu, u jeħlishom.Duqu u taraw kemm hu tajjeb il-Mulej; hieni l-bniedem li jistkenn fih.

  25. R/. Dawk li jibżgħu mill-Mulej, l-anġlu tiegħu jeħlishom.

  26. It-2 QariQari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lil Timotju2 Tim 4, 6-8, 17-18

  27. Għażiż: Jiena ngħid għalija, demmi ġa mxerred b'sagrifiċċju, u żmien it-tluq tiegħi wasal. Tqabadt it-taqbida t-tajba, temmejt il-ġirja, ħarist il-fidi.

  28. Mill-bqija hemm merfugħa għalija l-kuruna tal-ġustizzja, li biha f'dak il-Jum iħallasni l-Mulej,

  29. l-Imħallef ġust, u mhux lili biss, imma wkoll lil dawk kollha li jkunu għexu bix-xewqa tad-Dehra tiegħu.

  30. Il-Mulej, waqaf miegħi u tani l-qawwa, biex bis-saħħa tiegħi, il-kelma tiġi mxandra sa l-aħħar u l-ġnus kollha jisimgħuha.

  31. Hekk jien ġejt meħlus minn ħalq l-iljun. Il-Mulej jeħlisni minn kull deni u jħarisni, sa ma nasal fis-saltna tiegħu tas-sema. Glorja lilu għal dejjem ta' dejjem! Amen.

  32. Il-Kelma tal-MulejInroddu ħajr lil Alla

  33. Hallelujah, Hallelujah.Inti Pietru, u fuq din il-ġebla jiena nibni l-Knisja tiegħi, u l-bibien ta' l-infern ma jegħlbuhiex.Hallelujah

  34. L-EVANĠELJUQari mill-Evanġelju ta’ San MattewMt 16, 13-19

  35. F’dak iż-żmien : Meta wasal fl-inħawi ta' Ċesarija ta' Filippu, Ġesù staqsa lid-dixxipli tiegħu u qalilhom:

  36. "In-nies min jgħidu li hu Bin il-bniedem?" U huma weġbuh: "Xi wħud, Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, Ġeremija jew wieħed mill-profeti."

  37. "Imma intom", qalilhom, "intom min tgħidu li jien?". U qabeż Xmun Pietru u qallu: "Inti l-Messija, l-Iben ta’ Alla ħaj."

  38. U wieġbu Ġesù u qallu: "Imbierek int, Xmun bin Ġona, għax mhux il-laħam u d-demm urewk min jien, imma Missieri li hu fis-smewwiet.

  39. U min-naħa tiegħi ngħidlek: Inti Pietru, u fuq din il-blata jiena nibni l-Knisja tiegħi, u l-biebien ta' l-infern ma jegħlbuhiex.

  40. Lilek nagħtik l-imfietaħ tas-Saltna tas-Smewwiet, u kull ma torbot fuq l-art ikun marbut fis-smewwiet, u kull ma tħoll fuq l-art ikun maħlul fis-smewwiet."

  41. Il-Kelma tal-MulejIt-Tifħir Lilek Kristu

  42. ofm.org.mt San Pietru u San Pawl Appostli 29 ta’ Ġunju

More Related