1 / 29

L-g ħ erf hu spirtu li jagħmel il-ġid. L-ispirtu tal-Mulej jimla d-dinja kollha.

Qari mill- Ktieb tal - Għerf Għerf 1, 1- 7. Ktieb tal -G ħ erf. L-g ħ erf hu spirtu li jagħmel il-ġid. L-ispirtu tal-Mulej jimla d-dinja kollha. Ħobbu l-ġustizzja, intom li tmexxu l-art; aħsbu fuq il-Mulej, kif inhu sewwa, u fittxuh b’qalb safja;

leanna
Télécharger la présentation

L-g ħ erf hu spirtu li jagħmel il-ġid. L-ispirtu tal-Mulej jimla d-dinja kollha.

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Qari mill-Ktiebtal-Għerf Għerf 1, 1-7 Ktiebtal-Għerf L-għerf hu spirtu li jagħmel il-ġid. L-ispirtu tal-Mulej jimla d-dinja kollha.

  2. Ħobbu l-ġustizzja, intom li tmexxu l-art; aħsbu fuq il-Mulej, kif inhu sewwa, u fittxuh b’qalb safja; għax hu jinstab minn dawk li ma jġarrbuhx, jingħaraf minn dawk li ma jaqtgħux

  3. qalbhom minnu. Il-ħsibijiet ħżiena jbiegħdu l-bniedem minn Alla; u s-setgħa tiegħu, jekk tiġi mġarrba, tikxef il-bluha ta’ min iġarrabha. F’min jagħmel il-ħażin ma

  4. jidħolx l-għerf, lanqas jgħammar f’ġisem marbut mad-dnub. Għax l-ispirtu qaddis, li jrawwem fil-virtù, jaħrab minn quddiem il-qerq, u jwarrab minn fejn hemm

  5. ħsiebijiet bla sens; u, meta ssir l-inġustizzja, iċanfar lil min jagħmilha. L-għerf hu spirtu li jagħmel il-ġid, imma ma jaħfirhiex lil min iżeblaħ

  6. bi kliem fommu; għax Alla hu xhud ta’ dak li hu fih innifsu; hu jagħraf sewwa l-ħsibijiet ta’ qalbu, u jisma’ l-kliem ta’ fommu. Għax l-ispirtu tal-Mulej

  7. jimla d-dinja kollha; hu, li jħaddan kollox, jaf x’jgħidu l-bnedmin.

  8. Il-Kelmatal-Mulej. R:/ IrrodduħajrlilAlla

  9. Salm Responsorjali R:/ Mulej, mexxini fit-triq ta’ dejjem

  10. Mulej, int tgħarbilni u tagħrafni; int taf meta noqgħod u meta nqum, int tagħraf mill-bogħod ħsibijieti.

  11. Int tagħraf il-mixi u l-waqfien tiegħi; triqati kollha inti tafhom sewwa.

  12. R:/ Mulej, mexxini fit-triq ta’ dejjem

  13. Inkun għadni anqas lissint il-kelma, meta int, Mulej, tkun ġa tafha kollha. Dawramejt inti tħaddanni, u tqegħedli idek fuqi.

  14. L-għerf tiegħek tal-għaġeb, ma nwassalx għalih; għoli wisq, u ma nlaħħaqx miegħu.

  15. R:/ Mulej, mexxini fit-triq ta’ dejjem

  16. Fejn immur ’il bogħod mill-ispirtu tiegħek? Jew fejn nista’ naħrab minn quddiem wiċċek?

  17. Jekk nitla’ fis-smewwiet, hemm int; jekk nimtedd f’qiegħ l-art, int hemm ukoll.

  18. R:/ Mulej, mexxini fit-triq ta’ dejjem

  19. Jekk nilbes il-ġwienaħ tas-sebħ, u mmur ngħammar fi truf il-baħar, hemm ukoll tilħaqni idek, u taqbadni l-leminija tiegħek.

  20. R:/ Mulej, mexxini fit-triq ta’ dejjem

  21. Hallelujah, Hallelujah Hallelujah Intom għandkom tiddu fid-dinja bħal kwiekeb, u żżommu sħiħ il-kelma tal-ħajja. Hallelujah, Hallelujah

  22. QariMill-Evanġelju • skontSan Luqa • Lq17, 1-6 • R:/ GlorjalilekMulej Jekk jonqsok seba’ darbiet f’ġurnata, u jdur lejk seba’ darbiet u jgħidlek: ´Jisgħobbija,´ aħfirlu.

  23. F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ma jistax ikun li ma jingħatawx skandli; imma ħażin għalih min ikun ħtija tagħhom! Ikun aktar jaqbillu jekk

  24. jorbtulu ma’ għonqu ġebla tat-tħin u jitfgħuh il-baħar mill jagħti skandlu lil wieħed minn dawn iċ-ċkejknin. Oqogħdu attenti! Jekk ħuk jaqa’ f’xi dnub,

  25. widdbu, u jekk jindem aħfirlu. U jekk jonqsok seba’ darbiet f’ġurnata, u jdur lejk seba’ darbiet u jgħidlek: <Jisgħobbija,> aħfirlu.” L-appostli qalu lill-Mulej:

  26. “Kattar fina l-fidi!” Weġibhom il-Mulej: “Kieku kellkom fidi mqar daqs żerriegħa tal-mustarda, kontu tgħidu lil din is-siġra tat-tut:

  27. <Inqala’ u mur tħawwel fil-baħar,> u hi kienet tisma’ minnkom.”

  28. Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu

  29. ĦSIEB

More Related