1 / 19

Kelma tal-Ħajja

Kelma tal-Ħajja. M ejju 2012. « Nar ġejt inqiegħed fuq l-art ; U kemm nixtieq li diġ à qabad !» (L q 12,49).

loe
Télécharger la présentation

Kelma tal-Ħajja

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Kelma tal-Ħajja Mejju 2012

  2. «Nar ġejt inqiegħed fuq l-art; U kemm nixtieq li diġà qabad!» (Lq 12,49).

  3. Fit-Testment il-Qadim in-nar huwa xbieha tal-Kelma t’Alla kif imħabbra mill-profeti. Imma anki l-ġustizzja t’Alla hi mxebbha man-nar, il-ġustizzja li biha Alla kien jgħaddi minn ġo nofs il-poplu tiegħu biex isaffih.

  4. L-istess il-Kelma ta’ Ġesù. Din hi kelma li tibni, imma fl-istess waqt teqred dak kollu li hu fieragħ, dak li jrid jintemm, dak li hu frugħa. Biex tibqa’ biss il-verità.

  5. Ġwanni l-Battista kien qal dan fuq Ġesù: “Hu jgħammidkom bl-Ispirtu s-Santu u n-nar” (Lq 3, 16). B’hekk ħabbar minn qabel il-magħmudija nisranija li bdiet isseħħ dakinhar li niżel l-Ispirtu s-Santu fuq l-appostli u dehru ilsna tan-nar.

  6. Jiġifieri l-missjoni ta’ Ġesù hi li jwassal in-nar fuq l-art, li hu l-Ispirtu s-Santu li jġedded u jsaffi kollox.

  7. «Nar ġejt inqiegħed fuq l-art; U kemm nixtieq li diġà qabad!» (Lq 12,49).

  8. Ġesù jagħtina l-Ispirtu. Imma kif jaħdem l-Ispirtu s-Santu ġewwa fina?

  9. Jaħdem billi jpoġġi fina l-imħabba – dik l-imħabba li Hu jixtieq li aħna nżommuha dejjem tixgħel f’qalbna.

  10. Din x’imħabba hi? Mhijiex xi ħaġa ta’ din id-dinja, limitata. Hi l-imħabba kif insibuha fil-Vanġelu. Hi li tħobb lil kulħadd, l-istess waħda li biha jħobbna l-Missier li hu fis-Sema, li jibgħat ix-xemx u x-xita fuq kulħadd, fuq it-tajbin u l-ħżiena, saħansitra fuq l-għedewwa.

  11. Din hi mħabba li ma tistenna xejn mingħand ħadd, imma tħobb hi l-ewwel.

  12. Hi mħabba li ssir ħaġa waħda ma’ kulħadd: tbati, tifraħ, tinkwieta u tittama ma’ kulħadd. U, jekk ikun hemm bżonn, dan tagħmlu bil-fatti. Għalhekk din mhijiex xi mħabba sentimentali, bil-kliem biss.

  13. Din l-imħabba tħobb ’il Kristu li jinsab f’kull wieħed u waħda minn ħutna l-bnedmin; b’hekk niftakru fi kliem Ġesù: “Kull ma għamiltu... għamiltuh miegħi”. Din l-imħabba trid li ħaddieħor jasal biex iħobb huwa wkoll, biex flimkien mal-oħrajn isseħħ l-imħabba reċiproka: jien lilek u inti lili.

  14. Din l-imħabba hi espressjoni konkreta li tidher tal-ħajja tagħna tal-Vanġelu. Hija tagħti siwi kbir lill-kelma li mbagħad aħna nistgħu u għandna nwassluha lill-oħrajn.

  15. «Nar ġejt inqiegħed fuq l-art; U kemm nixtieq li diġà qabad!» (Lq 12,49).

  16. L-imħabba hi bħan-nar. L-importanti li tibqa’ taqbad.

  17. Biex isir dan, irridu l-ħin kollu nqabbdu xi ħaġa. L-ewwel u qabel kollox irridu nitfgħu l-jien tagħna ġon-nar. Dan nagħmluh għax meta nħobbu, aħna jkollna f’moħħna lill-oħrajn. Jew ikollna f’moħħna lil Alla, u b’hekk nagħmlu r-rieda tiegħu, jew lill-proxxmu, meta aħna ngħinuh.

  18. Jekk inżommu n-nar il-ħin kollu jaqbad, anki jekk ikun nar żgħir, dan jista’ jwassal għal ħuġġieġa kbira. Dan hu n-nar li Ġesù ġab fuq din l-art: nar ta’ mħabba u ta’ sliem, li bih kulħadd ikun aħwa ta’ xulxin.

  19. «Nar ġejt inqiegħed fuq l-art; U kemm nixtieq li diġà qabad!» (Lq 12,49). “Kelma tal-Ħajja”, pubblikazzjoni ta’ kull xahar tal-Moviment tal-Fokolari. Kitba ta’ Chiara Lubich, fl-2001 Grafika Anna Lollobis-sehem ta’ Fr Placido D’Omina (Sqallija, Italja) Dan il-kumment għall-Kelma tal-Ħajja jinqaleb f’96 lsien u djalett, u jilħaq miljuni ta’ nies madwar id-dinjapermezz ta’ ġurnali, radju, TV jew internet.Għal iżjed tagħrif żurwww.focolare.orgDan il-PPT, f’diversi ilsna huwa mxandar fuq is-sit www.santuariosancalogero.org

More Related