1 / 9

ZMIEN PRE-ISTORIKU

ZMIEN PRE-ISTORIKU. Agius 1 Neon. Il-fdalijiet li ħallewlna n-nies tal-pre-istorja juru li dawn in-nies minn dejjem kienu biżlin u li kienu ta' sengħa kbira. Il-kwalita' tal-fdalijiet turina li forsi f'xi żminijiet kienu jgħixu aħjar milli fi żminijiet oħra.

marlon
Télécharger la présentation

ZMIEN PRE-ISTORIKU

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. ZMIEN PRE-ISTORIKU Agius 1 Neon

  2. Il-fdalijiet li ħallewlna n-nies tal-pre-istorja juru li dawn in-nies minn dejjem kienu biżlin u li kienu ta' sengħa kbira. • Il-kwalita' tal-fdalijiet turina li forsi f'xi żminijiet kienu jgħixu aħjar milli fi żminijiet oħra. • Per eżempju, ix-xogħol magħmul fi żmien ir-Ram (il-bini, it-tinqix, il-fuħħar u t-tpinġijiet fuqu) kien bil-qabda aħjar minn dak li sar fi żmien il-Bronż, anke jekk dan ġie aktar tard.

  3. X’inhi Arkeologija? • X'inhi Arkeoloġija? • L-arkeoloġija hija l-istudju ta' affarijiet u fdalijiet antiki. Permezz ta' dan l-istudju, arkeoloġisti u studjużi oħra ta' l-istorja jkunu jistgħu jifhmu kif kienu jgħixu n-nies fl-antik. • Dan huwa importanti ħafna speċjalment fl-istudju tal-Pre-istorja. Billi f'dak iż-żmien il-bniedem kien għadu ma vvintax il-kitba, ma ħallilna xejn bil-miktub dwar kif kien igħix u x'kien jagħmel. • Għaldaqstant, l-arkeoloġisti jistgħu jobsru biss kif kien igħix il-bniedem f'dak iż-żmien mill-fdalijiet ta' l-oġġetti li ħalla warajh. • Din mhijiex dejjem xi ħaġa faċli. Ħafna drabi, l-arkeoloġisti jridu jħaffru biex ikunu jistgħu isibu dawn il-fdalijiet. Bil-mogħdija taż-żmien, fdalijiet ta' djar, u l-oġġetti fihom, jintradmu taħt l-art. Barra minn dan, hemm ukoll l-oqbra, li fihom kienu jitħallew ukoll ħafna oġġetti. • Meta jsibu dawn l-affarijiet, l-arkeoloġisti jkunu jistgħu jistudjawhom sewwa, jiktbu kotba fuq il-ħajja ta' l-imgħoddi u jpoġġu l-fdalijiet f'mużewijiet biex ikun jista' jarahom il-pubbliku.

  4. X'inhuma fossili? • Fossili huma għadam ġebli: għadam jew qxur ta' annimali mejta li matul miljuni jew eluf ta' snin jibbiesu u jsiru ġebel. • Kif isir l-għadam ġebli? Jinstab l-aktar f'ġebel sedimentarju (ġebel li xi darba kien ramel, iżda maż-żmien ibbies u sar ġebel iebes). • Meta l-ġisem ta' l-annimal il-mejjet jispiċċa, jibqgħu biss l-għadam, li jitgħattew ftit ftit bir-ramel u t-tajn. • It-tajn biż-żmien jibbies u jsir ġebla. Minħabba f'hekk l-għadam jibbies u jsir ġebla wkoll. • Ħafna drabi dan il-ġebel jitgħatta b'ħafna saffi ta' ġebel ieħor li jinġabar fuqu aktar tard matul iż-żminijiet. Xi kultant ikun hemm bżonn it-tħaffir biex il-fossili jitilgħu fil-wiċċ, iżda drabi oħra ċ-ċaqliq ta' l-art stess matul is-sekli jista' jerġa' jikxifhom, speċjalment f'irdumijiet u viċin il-baħar u xmajjar.

  5. Fossili ta' annimali misjuba f'Għar Dalam • Din hija lista ta' annimali antiki li l-fossili u l-fdalijiet tagħhom instabu f'Għar Dalam: • o- Bebbux ta' l-art • o- Ċinji • o- Ċriev nani (2 tipi) • o- Fkieren ta' l-art kbar (2 tipi) • o- Fkieren ta' l-ilma ħelu • o- Graw • o- Gremxula kbira • o- Ġrieden ta' denbhom pjuma • o- Ġrieden ta' geddumhom twil • o- Ippopotami (2 tipi) • o- Ljunfanti nani (3 tipi) • o- Lpup • o- Lutri • o- Orsijiet • o- Rospi • o- Volpijiet

  6. L-Ewwel nies f'Malta • Il-pre-istorja (li tfisser 'żmien qabel l-Istorja') huwa dak iż-żmien meta l-bniedem kien għadu ma vvintax il-kitba, u għalhekk ma kien iħalli l-ebda rikordju bil-miktub ta' dak li kien jagħmel u jgħaddi minnu. • Għalhekk dwar in-nies tal-pre-istorja nafu biss dak li ħallew bħala fdalijiet ta' bini u oġġetti li kienu jagħmlu. Dawn il-fdalijiet isibuhom u jistudjawhom l-arkeoloġisti. Arkeoloġist Malti famuż kien Sir Temi Zammit. • In-nies tal-pre-istorja għall-bidu kienu jgħixu fl-għerien. Biż-żmien, bdew jibnu djar sempliċi, bħal dawk li nistgħu naraw fi Skorba, fl-inħawi ta' l-Imġarr.

  7. Zmien in-Neolitiku • Il-kelma Neolitiku ġejja minn 'neo' (ġdid) u 'lithos' (ħaġar), u tfisser iż-Żmien il-Ġdid tal-Ħaġar. • L-ewwel nies li ġew hawn Malta x'aktarx kienu minn Sqallija, u ġew fiż-żmien Neolitiku. • Dan iż-żmien jissejjaħ hekk għaliex il-ħaġar (l-aktar iż-żnied) kien fost il-materja prima li bihom in-nies kienu jagħmlu l-oġġetti u l-għodda tagħhom. • Barra miż-żnied, kienu jagħmlu l-għodod mill-injam, għadam, xewk jew qrun ta' l-annimali u anka mill-ġebel tal-vulkan. • Dawn in-nies tgħallmu wkoll jużaw il-fuħħar. Kienu jagħmlu bwieqi tal-fuħħar, li ħafna drabi kienu jżejnu b'ħafna disinji, dritti, mgħawġin jew fit-tond. • In-nies taż-żmien Neolitiku bdew ukoll jaħdmu fil-biedja, billi tgħallmu kif jiżirgħu u jaħsdu, kif ukoll irabbu l-annimali.

  8. Żmien ir-Ram • Forsi huwa aktar f'loku li dan iż-żmien jissejjaħ żmien it-Tempji, għal żewġ raġunijiet: • (1) Għadu mhux daqshekk ċert in-nies f'dan iż-żmien kinux tassew jużaw ir-ram; • (2) Huwa f'dan iż-żmien li nbnew ħafna tempji megalitiċi. • Fil-fatt l-akbar fdalijiet ta' dan iż-żmien li għandna fil-gżejjer Maltin huma t-tempji ta' Ħaġar Qim, l-ipoġew ta' Ħal Saflieni u t-tempji tal-Ġgantija, f'Għawdex. • Minn dan iż-żmien instabu wkoll fit-tempji ħafna statwi, żgħar u kbar, bil-figura ta' mara ħoxna. Din x'aktarx kienet meqjusa bħala l-alla tal-fertilita'.

  9. Żmien Il-Bronż • Il-fdalijiet li nstabu ta' dan iż-żmien huma fdalijiet ta' gwerra, bħal skieken u armi oħrajn. Għalhekk hawn min jaħseb li f'dan iż-żmien il-bniedem kien igħix f'ħafna taqlib. • Mill-fdalijiet li baqa' ma jidhirx li din iċ-ċivilta' kienet kbira daqs dik ta' qabilha (ta' żmien it-tempji megalitiċi). Dan nistgħu narawh minn ħafna affarijiet bħal: • (1) Il-fuħħar tagħhom ma kienx imżejjen daqshekk sabih bħal dak ta' żmien ir-Ram; • (2) Kienu jidfnu lill-mejtin tagħhom f'oqbra li kienu nbnew minn-nies ta' żmien ir-Ram. • Aktar milli għat-tempji, dawn in-nies huma magħrufin għall-fortifikazzjonijiet li ħallew, bħal dawk ta' Borġ in-Nadur, il-Baħrija u Birżebbuġa. • In-nies ta' żmien il-Bronż kienu l-aħħar nies tal-pre-istorja ta' Malta, għaliex kien f'dan iż-żmien li Malta bdew jiġu jżuruhom il-Feniċi biex jagħmlu l-kummerċ magħhom. Il-Feniċi kienu jafu jiktbu, u malli bdew jgħallmu l-kitba tagħhom lill-Maltin, f'Malta spiċċat il-pre-istorja u bdiet l-istorja.

More Related