1 / 31

L-IMĦABBA TA’ ALLA U L-IMĦABBA TAL-PROXXMU

L-IMĦABBA TA’ ALLA U L-IMĦABBA TAL-PROXXMU. 30 Ħadd Matul is-sena. L-1 QARI Qari mill-Ktieb ta’ l-Eżodu. Eż 22, 20-26. Da n jgħid il-Mulej: La taħqarx ’il-barrani, u la tgħakksux, għax intom ukoll kontu barranin fl-art ta’ l-Eġittu. La taħqrux ’l-armla u ’l-iltim għax jekk taħqruhom,.

merrill
Télécharger la présentation

L-IMĦABBA TA’ ALLA U L-IMĦABBA TAL-PROXXMU

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. L-IMĦABBA TA’ ALLA U L-IMĦABBA TAL-PROXXMU 30Ħadd Matul is-sena

  2. L-1 QARIQari mill-Ktieb ta’ l-Eżodu.Eż 22, 20-26

  3. Dan jgħid il-Mulej: La taħqarx ’il-barrani, u la tgħakksux, għax intom ukoll kontu barranin fl-art ta’l-Eġittu. La taħqrux ’l-armla u ’l-iltim għax jekk taħqruhom,

  4. u huma jsejħuli, jien żgur nismagħha l-għajta tagħhom, u l-qilla tiegħi tixgħel, neqridkom bis-sejf, u n-nisa tagħkom jormlu u wliedkom jisfgħu ltiema.

  5. Jekk inti tislef lil xi fqir mill-poplu tiegħi, iġġibx ruħek miegħu bħal wieħed li jislef, u teħodlux imgħax.

  6. Jekk lil għajrek teħodlu l-libsa tiegħu b’rahan, agħtihielu lura qabel inżul ix-xemx,

  7. għax hu dik biss għandu biex jitgħatta, dik biss il-għata ta’ ġismu: inkella fiex tridu jorqod? Għax jekk isejjaħli, jiena nisimgħu, għax jien ħanin.

  8. Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla

  9. SALM RESPONSORJALISalm 17 Inħobbok, Mulej, qawwa tiegħi.

  10. Inħobbok, Mulej, qawwa tiegħi!Mulej, blata tiegħi,fortizza tiegħi, ħellies tiegħi! R/.

  11. Inħobbok, Mulej, qawwa tiegħi.

  12. Alla tiegħi, sur tiegħi, li fih nistkenn,tarka tiegħi, saħħa tas-salvazzjoni tiegħi, kenn tiegħi!Insejjaħ lill-Mulej, li hu ta’ min ifaħħru,u nkun meħlus mill-għedewwa tiegħi. R/.

  13. Inħobbok, Mulej, qawwa tiegħi.

  14. Ħaj il-Mulej! Ikun imbierek, hu l-blata tiegħi;ikun imfaħħar Alla tas-salvazzjoni tiegħi.Hu jagħti r-rebħ lis-sultan tiegħu,u juri mħabbtu lill-midluk tiegħu. R/.

  15. Inħobbok, Mulej, qawwa tiegħi.

  16. Ewwel Ittrata’ San Pawl Appostlulit-Tessalonkin.1 Tess 1, 5ċ-10

  17. Ħuti: Tafu intom kif ġibna ruħna fostkom għall-ġid tagħkom

  18. U intom sirtu tixbhu lilna u lill-Mulej, u l-kelma lqajtuha bil-ferħ ta’l-Ispirtu s-Santu, minkejja tbatijiet ta’ kull xorta.

  19. U b’hekk intom sirtu eżempju għal dawk kollha li laqgħu t-twemmin fil-Maċedonja u fl-Akaja.

  20. Għax il-kelma tal-Mulej xterdet minn għandkom fil-Maċedonja u fl-Akaja, u mhux dan biss, iżda wkoll l-aħbar tal-fidi tagħkom f’Alla xterdet ma’ kullimkien, hekk li m’hemmx għalfejn nitkellmu fuq dan.

  21. U huma stess jgħidu x’laqgħa għamiltulna meta ġejna fostkom, u kif intom dortu lejn Alla mill-idoli biex taqdu lil Alla l-ħaj u veru u tistennew lil Ibnu ġej mis-smewwiet,

  22. li hu qajjem mill-imwiet, Ġesù li ħelisna mill-korla ta’ Alla li għad trid tiġi.

  23. Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu ħajr lil Alla

  24. Hallelujah. Halleluljah.Missier Sidna Ġesù Kristuidawlilna l-għajnejn ta’ qalbna,biex nagħarfu x’inhi t-tama tas-sejħa tagħna.Hallelujah

  25. Qari mill-Evanġelju ta’ San Mattew.Mt 22, 34-40

  26. F’dak iż-żmien: Meta l-Fariżej semgħu kif Ġesù kien saddilhom ħalqhom lis-Sadduċej, inġabru madwaru,

  27. u wieħed minnhom, għaref fil-Liġi, għamillu mistoqsija biex iġarrbu: “Mgħallem, liema hu l-akbar kmandament fil-Ligi?”

  28. U hu wieġbu: “Ħobb il-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, u b’moħħok kollu.”

  29. Dan hu l-akbar u l-ewwel kmandament. U t-tieni jixbhu: “Ħobb lil għajrek bħalek innifsek.”

  30. Il-Liġi kollha u l-profeti, fuq dawn iż-żewġ kmandamenti huma mibnija.”

  31. Il-Kelma tal-Mulej. Tifħir lilek Kristu

More Related