1 / 18

Introduzzjoni għall-kampanja

I nqas S tress għal a ktar S aħħa fuq ix-xogħol Il-kontroll tal-i stress u tar-riskji psikosoċjali fuq il-post tax-xogħol. Introduzzjoni għall-kampanja. Ikkoordinata mill-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) Organizzata f’iktar minn 30 pajjiż

micheal
Télécharger la présentation

Introduzzjoni għall-kampanja

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Inqas Stress għal aktar Saħħa fuq ix-xogħolIl-kontroll tal-istress utar-riskji psikosoċjali fuq il-post tax-xogħol

  2. Introduzzjoni għall-kampanja • Ikkoordinata mill-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) • Organizzata f’iktar minn 30 pajjiż • Megħjuna minn netwerk ta’ msieħba • Punti fokali nazzjonali • Msieħba soċjali • Msieħba uffiċjali tal-kampanja • Msieħba tal-midja • Enterprise Europe Network • Istituzzjonijiet tal-UE

  3. Għanijiet ewlenin • Titjib fl-għarfien dwar l-istress relatat max-xogħol u r-riskji psikosoċjali • Promozzjoni tal-ġestjoni ta’ dawn ir-riskji • Prevenzjoni ta’ effetti negattivi sinifikanti • Għajnuna u gwida lil ħaddiema u lil dawk li jħaddmu • Jitħeġġeġ l-użu ta’ mezzi prattiċi u faċli għal min jużahom

  4. Il-kobor tal-problema • Iktar minn nofs tal-ħaddiema Ewropej jirrapportaw li l-istress huwa komuni fil-post tax-xogħol tagħhom. • L-istress huwa maħsub li jikkontribwixxi għal madwar nofs tal-jiem tax-xogħol kollha mitlufin, flimkien ma’ riskji oħra psikosoċjali • Madwar 4 minn 10 ħaddiema jaħsbu li l-istress mhux ikkontrollat sewwa fil-post tax-xogħol tagħhom.

  5. Definizzjonijiet Riskji psikosoċjali jinħolqu minn • tfassil tax-xogħol, organizzazzjoni u tmexxija ħażina; • kuntest soċjali negattiv tax-xogħol; • li jistgħu jġibu magħhom riżultati psikosoċjali u soċjali negattivi, inkluż stress relatat max-xogħol. • Stress relatat max-xogħol • huwa kwistjoni ta’ organizzazzjoni u mhux nuqqas ta’ individwu; • iseħħ meta l-esiġenzi tax-xogħol imorru lil hinn mill-ħila tal-ħaddiem biex ilaħħaq magħhom.

  6. L-ambjent psikosoċjali tax-xogħol Ambjent ta’ xogħol psikosoċjali fqirjista’ jkun ir-riżultat ta’ • esiġenzi tax-xogħol eċċessivi jew konflinġenti; • nuqqas ta’ parteċipazzjoniu influwenzafuq il-mod kif isir ix-xogħol; • komunikazzjoni fqira u nuqqas ta’ appoġġ; • fastidju psikoloġiku u sesswali u vjolenza minn partijiet terzi; • tibdil organizzattiv immexxi ħażin u nuqqas ta’ sikurezza fix-xogħol.

  7. L-effetti negattivi Għall-individwu • Diffikultà ta’ konċentrazzjoni u jsiru l-iżbalji • Eżawrimentu dipressjoni • Problemi fil-ħajja personali • Abbuż mid-drogi u mill-alkoħol • Saħħa fiżika fqira Għall-organizzazzjoni • Prestazzjoni globali fqira fin-negozju • Żieda fl-assenteiżmu u preżenteiżmu • Żieda fir-rati ta’ aċċidenti u korrimenti

  8. Ġestjoni tar-riskji psikosoċjali • Madwar 30% biss tal-organizzazzjonijiet fl-Ewropa għandhom proċeduri stabbiliti biex jittrattaw riskji psikosoċjali*. • It-trattament ta’ dawn ir-riskji sikwit jitqies aktar diffiċli mqabbel ma’ riskji ‘tradizzjonali’ tal-OSH. Iżda… • Riskji psikosoċjali jistgħu jkunu vvalutati u kkontrollati bl-istess mod sistematiku bħal riskji oħra tal-OSH. • Il-benefiċċji tal-kontroll ta’ riskji psikosoċjali u stress relatat max-xogħol b’mod ċar jisbqu l-ispejjeż ta’ implimentazzjoni għal organizzazzjonijiet ta’ kull daqs. *Stħarriġ Ewropew ta’ Intrapriżi dwar Riskji Ġodda u Emerġenti (ESENER), Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, 2010. Jinsab fuq: https://osha.europa.eu/en/publications/reports/esener1_osh_management

  9. Benefiċċji mill-kontroll ta’ riskji psikosoċjali • Titjib fil-benessere u fis-sodisfazzjon mix-xogħol għall-ħaddiema • Ħaddiema b’saħħithom, motivatiu produttivi • Titjib globali fil-prestazzjoni u l-produttività • Rati baxxi ta’ assenteiżmu u tibdil ta’ haddiema • Anqas spejjeż u piż fuq is-soċjetà kollha • Konformità ma’ rekwiżiti legali

  10. Ir-rwol tal-maniġment • Min iħaddem ikun responsabbli għall-implimentazzjonita’ pjan li jevita/jnaqqas ir-riskji psikosoċjali. • Maniġers għandhom jippromwovu ambjent li jgħin lill-ħaddiema, li jinkuraġġixxi lill-ħaddiema biex iressqu t-tħassib u s-suġġerimenti tagħhom. • Maniġers medjigħandhom rwol kruċjali peress li dawn jinteraġixxu mal-ħaddiema kuljum. • Tmexxija tajbau ħiliet ta’ ġestjoni ta’ nies jgħinu biex jinħoloq ambjent tax-xogħol psikosoċjali tajjeb; dawn il-ħiliet jistgħu jkunu mgħallma u żviluppati. • Implimentazzjoni ta’ miżuri volontarji li jippromwovu l-benesseri mentalitista’ wkoll tagħti kontribuzzjoni siewja għas-saħħa fuq il-post tax-xogħol.

  11. L-importanza tal-parteċipazzjoni tal-ħaddiema • Waqt li tmexxija tajba tista’ tgħin biex jitnaqqas l-istress relatat max-xogħol u riskji psikosoċjali, il-parteċipazzjoni tal-ħaddiema hija wkoll importanti. • Għandu jkun hemm djalogu reċiprokubejn min iħaddem u l-ħaddiema. • Il-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhomhuma fl-aqwa pożizzjoni biex jifhmu l-problemifuq il-post tax-xogħol tagħhomu jistgħu jgħinu jsawrul-pjanijiet u jimplimentaw is-soluzzjonijiet. • Konsultazzjoni mal-ħaddiema għandha tgħin biex jitjieb il-moral globalmentu tiżgura li miżuri meħudajkunu kemm xierqa kif ukoll effikaċi.

  12. Kif tikkontrolla l-istress u r-riskji psikosoċjali • Anki b’riżorsi limitati, ir-riskji psikosoċjali jistgħu jkunu vvalutati u kkontrollati b’mod effettiv. • Li wieħed ikun proattiv u jkollu pjan stabbilitbiex jevita l-problemihuwa l-aktar mod effettivkif wieħed jikkontrolla r-riskji psikosoċjalifuq il-post tax-xogħol. • Valutazzjoni tar-riskju hija essenzjalibiex ikunu identifikati perikli u soluzzjonijiet xierqa. • Jeżistu għodod prattiċi u gwidali jiffaċilitaw il-kontroll effettiv ta’ riskji psikosoċjali.

  13. Involvi ruħek • Organizzazzjonijiet u individwi lkoll jistgħu jieħdu sehem. • Involvi ruħek • billi xxerred u tirreklama messaġġi u materjal tal-kampanja; • billi tuża u tippromwovi l-għodod prattiċi tal-kampanja; • billi tieħu sehem f’attivitajiet tal-kampanja jew billi torganizza dawk tiegħek stess.

  14. Dati ewlenin • Tnedija tal-kampanja: April 2014 • Ġimgħat Ewropej għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol: Ottubru 2014 u 2015 • Ċerimonja tal-Premjijiet Ewropej ta’ Prattika Tajba: April 2015 • Samit dwar il-Postijiet tax-xogħol li jġibu ’l quddiem is-saħħa: Novembru 2015

  15. Offerta ta’ sħubija fil-kampanja • Għal organizzazzjonijiet pan-Ewropej u internazzjonali • Msieħba tal-kampanja jippromwovu l-kampanja u jagħmlulha pubbliċità. • Il-benefiċċji jinkludu • pakkett ta’ merħba • ċertifikat ta’ msieħeb • kategorija speċjali għal imsieħba fil-Premjijiet Ewropej ta’ Prattika Tajba • promozzjoni fil-livell tal-UE u fil-midja • opportunitajiet ta’ netwerking u skambju ta’ prattika tajba ma’ msieħba oħra fil-kampanja • stedina għal attivitajiet tal-EU-OSHA .

  16. Premjijiet Ewropej ta’ Prattika Tajba • Għarfien ta’ prattika tajba eċċellenti u innovattiva • Soluzzjonijiet għall-kontroll tal-istress u tar-riskji psikosoċjali fuq il-post tax-xogħol • Miftuħin għal organizzazzjonijiet u intrapriżi • L-Istati Membri tal-UE • Iż-Żona Ekonomika Ewropea • Il-Balkani tal-Punent u t-Turkija • Parteċipanti kkoordinati minn punti fokali u mill-EU-OSHA f’żewġ stadji: • Proċedura ta’ għażla fil-livell nazzjonali • Evalwazzjoni fil-livell Ewropew • Ċerimonja tal-Premjijiet ta’ Prattika Tajba

  17. Riżorsi tal-kampanja Rapporti Gwidi u għodod prattiċi Film ta’ Napo www.healthy-workplaces.eu • Gwida tal-Kampanja • Fuljett • Fuljett dwar il-Premjijiet ta’ Prattika Tajba • Toolkit Online tal-Kampanja • Materjal ta’ promozzjoni u materjal ieħor b’xejn

  18. Aktar informazzjoni • Kun af aktar mill-websajt tal-kampanja www.healthy-workplaces.eu • Toolkit tal-kampanja https://osha.europa.eu/en/campaign-toolkit • Ikseb aktar tagħrif dwar avvenimenti f’pajjiżek mill-punt fokali tiegħek www.healthy-workplaces.eu/fops

More Related