html5-img
1 / 15

Ġ ejja x-Xita ta’ Mary Meilak

Ġ ejja x-Xita ta’ Mary Meilak. Vincienne Zammit. Il-ħuttaf ħafif daqs vleġġa, Ħalla s-sema u ġie jbus l-art, Ġewwa l-qliel in-naħal trekken, Ħalla l-ġonna, reħa l-ward. Il-qattusa ħ iemda f’rokna, Togħrok, togħrok lil widnejha U t-tiġieġa tgerfex tgerfex

nyx
Télécharger la présentation

Ġ ejja x-Xita ta’ Mary Meilak

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Ġejja x-Xita ta’ Mary Meilak Vincienne Zammit

  2. Il-ħuttaf ħafif daqs vleġġa, Ħalla s-sema u ġie jbus l-art, Ġewwa l-qliel in-naħal trekken, Ħalla l-ġonna, reħa l-ward.

  3. Il-qattusa ħiemda f’rokna, Togħrok, togħrok lil widnejha U t-tiġieġa tgerfex tgerfex Sħab ta’ trab qajmet b’dufrejha.

  4. Il-bebbux sejjer jistaħba Ġewwa t-toqob qalb il-blat U l-kelb tħaxken maġenb sidu, Qalbu sewda, nofs skantat.

  5. Ġej il-gawwi, riesaq liebet Għal ġo rdoss lejn ix-xtajtiet U t-tfief hemm minn ġol-għelieqi Qed itellaq “in-nanniet”.

  6. Il-balluta lil xuxitha Nokkli nokkli qed tagħmilha, F’dar in-nemel ma nafx x’ġara, Fixla u għawġ donnu daħlilha.

  7. Il-qażquż fit-trab jitmiegħek, Iċ-ċawl jagħti sħiħ bis-sieq U kultant żrinġ kbir, imżattat, Tħajjar jaqsam waħdu t-triq.

  8. In-nagħaġ qamu jirgħaw kmieni, Il-mogħoż tgezzu ġol-widien, Is-serduk jidden flgħaxija, Kollu mgħaxxex id-dubbien.

  9. L-isponsun: Witt! witt! witt! witt! Waqq! waqq! waqq! il-wiżż ġol-għar… Nies ta’ Malta, xita għandna! Naddfu l-bjut u iftħu l-bjar.

  10. Tmiem

More Related