1 / 26

5.1.1 Il-Preistorja

5.1.1 Il-Preistorja. Iż-żmien ta' qabel mal-bniedem ivvinta l-kitba. Pre = qabel iStorja = il-ġrajja ( miktuba ) tal-bniedem. Malta qabel ġew in-nies. Malta mhux minn dejjem kienet gżira. Fiż-Żmien is-Silġ (Ice Age) il-livelli tal-baħar kien ħafna anqas min-normal.

otto
Télécharger la présentation

5.1.1 Il-Preistorja

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. 5.1.1Il-Preistorja • Iż-żmien ta' qabel mal-bniedem ivvinta l-kitba. • Pre = qabel • iStorja = il-ġrajja (miktuba) tal-bniedem

  2. John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. Malta qabel ġew in-nies. Malta mhux minn dejjem kienet gżira. Fiż-Żmien is-Silġ (Ice Age) il-livelli tal-baħar kien ħafna anqas min-normal. Malta ma kinitx teżisti bħala gżira sa madwar 12-il elf sena ilu.

  3. John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. Għar Dalam Għar Dalam (Birżebbuġa) huwa prova li Malta mhux dejjem kienet gżira. Fih instabu fossili ta' annimali li huma estinti (iljunfanti u ippopotami nani). Dan l-għar huwa wkoll wieħed mill-ewwel postijiet li fih beda jgħix il-bniedem meta ġie Malta.

  4. John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. Ir-Rivoluzzjoni Neolitika. Qabel il-miġja tiegħu f'Malta l-bniedem kien żviluppa l-biedja. Il-klima aktar sħuna u stabbli ta' wara Żmien is-Silġ kienet kontribut importanti f'din ir-Rivoluzzjoni. Rivoluzzjoni Neolitika = il-bidla li għamel il-bniedem minn KAĊĊATUR nomadu għalBIDWI sedentarju. Sar jaf jiddomestika l-annimali u l-ħxejjex u jgħix ġewwa djar u villaġġi.

  5. John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. L-ewwel bnedmin f'Malta. Qasmu minn Sqallija madwar 7000 sena ilu (5000 Q.K.) Ġabu magħhom il-biedja – it-tagħrif dwar kif tipproduċi l-ikel. Kienu jgħixu f'għerien (Għar Dalam) u villaġġi (eż. Skorba).

  6. John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. Taqsimiet tal-Preistorja Maltija.

  7. John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. Żmien in-Neolitiku (1) In-nies bnew villaġġi u kienu jgħix mill-biedja. Kienu jużaw għodda magħmula mill-ħaġar(iż-żnied, li kien jinġab minn Sqallija u gżejjer oħra). Kellhom reliġjon ibbażata fuq it-twemmin fl-alla tal-fertilita'.

  8. John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. Żmien in-Neolitiku (2) In-Neolitiku f'Malta jinqasam f'3 FAŻIJIET li jirriflettu tipi differenti ta' fuħħar. Il-fażijiet ta' Skorba huma msemmija għall-kulur tat-tafal (griż jew aħmar).

  9. John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. L-oqbra tax-Xemxija. Tħaffru fil-blat fuq l-għolja li tagħti għal fuq il-bajja ta' San Pawl il-Baħar. Huma l-prototip (mudell) li fuqhom inbnew it-tempji megalitiċi ta' Żmien ir-Ram.

  10. John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. Żmien ir-Ram (1)(jew, Żmien it-Tempji) Minkejja l-isem, l-għodda f'dan il-perjodu kienet magħmula mill-ħaġar. Matul dan il-perjodu nbew it-tempju megalitiċi kollha ta' Malta Mega = kbir litiku = ġebel

  11. John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. Żmien ir-Ram (2) It-tempji ġew kollha mibnija fl-aħħar 4 fażijiet.

  12. John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. Żmien ir-Ram (3)Pjanta tat-tempji It-tempji megalitiċi kollha għandhom l-istess pjanta bażika: kmamar nofs tond, b'daħla trilittika (3 ħaġriet). Normalment, l-aktar kamra importanti kienet dik ta' faċċata d-daħla.

  13. John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. Daħla trilittika. Kull tempju għandu daħla magħmula minn 3 ħaġriet; tnejn weqfin u waħda mimduda fuqhom.

  14. John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. Żvilupp tat-tempji. It-tempji żviluppaw tul-iż-żmien. Minn tempju sempliċi b'tlett ikmamar jinbnew tempji b'ħamest ikmamar u b'sebgħat ikmamar. Numru mdaqqas ta' tempji huma doppji: Mnajdra u Ġgantija huma eżempji tajbin.

  15. John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. Żvilupp tat-tempji. It-tempji żviluppaw tul-iż-żmien. Minn tempju sempliċi b'tlett ikmamar jinbnew tempji b'ħamest ikmamar u b'sebgħat ikmamar. Numru mdaqqas ta' tempji huma doppji: Mnajdra u Ġgantija huma eżempji tajbin.

  16. John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. Simboli fit-tempji. Simboli tal-FERTILITA': Statwi ta' nisa ħoxnin Tinqix t'annimali (magħoż, barrin, ħmir) Simboli tal-ĦAJJA ETERNA: Spirali Hut Serp Siġra

  17. John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. UNESCO World Heritage Sites Dawn it-tempji megalitiċi huma meqjusa ta' importanza kbira għall-kultura dinjija: Hypogeum of Ħal-Saflieni Ġgantija Ħaġar Qim Mnajdra Ta'Hagrat Skorba Tarxien

  18. John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. L-Ipoġew ta' Ħal Saflieni Jinstab f'Raħal il-Ġdid. Huwa mħaffer fil-blat fuq 3 livelli. Huwa tempju u nekropoli (ċimiterju). Kmamar importanti jikludu: l-Kamra tal-Oraklu, is-Sancta Sanctorum.

  19. John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. Żmien il-Bronż. In-nies li bnew it-tempji spiċċaw. Ħadd ma jaf kif. Minflok ġew nies ġodda, minn Sqallija wkoll, li ġabu magħhom għodda tal-bronż.

  20. Dolmen. • Dolmen hija struttura megalitika magħmula minn ġebla kbira ħafna mimduda fuq ġebel ieħor biex jinħoloq spazju taħt. • X'aktarx kienet qabar. L-aħjar eżempji ta' dolmens jinstabu f'Ta' Ċenċ, Għawdex. John Ungaro B.Ed (Hons), M.A.

  21. John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. Menhir. Menhir hija ġebla twila wieqfa. L-użu tagħha mhux magħruf. Eżempju tajjeb ta' menhir tinsab f'Hal Far.

  22. John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. Irħula fortifikati (1). Hemm numru ta' irħula fortifikati ta' Żmien il-Bronż. Borġ in-Nadur huwa eżempju tajjeb. Mibni fuq għolja, qrib tempju megalitiku antik.

  23. John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. Irħula fortifikati (2). Borġ in-Nadur għandu ħajt difensiv (għoli 4 metri f'xi partijiet) li jdwwar parti mir-raħal.

  24. John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. Ġwiebi forma ta' qanpiena. Il-villaġġi ta' Żmien il-Bronż kellom numru ta ġwiebi forma ta' qanpiena. Fihom kien jinħażen il-qamħ jew xi tipi ta' ċerejali oħra.

  25. John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. Ċimiterju Tarxien. It-tempju megalitiku ta' Tarxien kien użat bħala krematorju fi Żmien il-Bronż. Jidher li it-twemmin tal-kultura l-ġdida kien differenti minn dik ta' Żmien ir-Ram.

  26. John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. Cart-Ruts (raddi tar-roti) Il-'cart-ruts' huma sensiela ta' raddi maqtugħa fil-blat f'pari. Ħadd ma jaf għal xiex kienu jintużaw. L-aħjar eżempji jinstabu bejn il-Buskett u l-irdumijiet ta' Dingli (Clapham Junction).

More Related