1 / 23

Il-Ħajja ta’ Mikiel Anton Vassalli

Il-Ħajja ta’ Mikiel Anton Vassalli. Mikiel Anton Vassalli twieled Ħaż-Żebbuġ fl-1764 . Ta’ 16-il sena beda jkabbar il-qoton biex ikun ta’ għajnuna għall-familja tiegħu. Sena wara li beda jmur l-iskola beda d-dizzjunarju tiegħu. Vassalli f’Ruma.

sahkyo
Télécharger la présentation

Il-Ħajja ta’ Mikiel Anton Vassalli

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Il-Ħajja ta’ Mikiel Anton Vassalli

  2. Mikiel Anton Vassalli twieled Ħaż-Żebbuġ fl-1764. • Ta’ 16-il sena beda jkabbar il-qoton biex ikun ta’ għajnuna għall-familja tiegħu. • Sena wara li beda jmur l-iskola beda d-dizzjunarju tiegħu.

  3. Vassalli f’Ruma • Vassalli kellu x-xewqa li jistudja għal qassis f’Ruma. • Waqt li kien hemm, tgħallem l-ilsna Semitiċi u beda jkabbar ukoll il-qoton. • Sadattant xorta baqa’ jżur Malta kull sena.

  4. Fuq ix-xellug naraw il-post fejn Vassalli studja t-Teoloġija f’Ruma, filwaqt li fuq il-lemin naraw fejn kien joqgħod waqt l-istudji tiegħu.

  5. Wara tliet snin f’Ruma, ippubblika Alfabeto Maltese, ktieb ta’ tmien paġni. • Għal kull ħoss, Vassalli għażel ittra waħda.

  6. Il-kelma għandha l-ħajja tagħha u maż-żmien tinbidel. • Kliem bħal “hedan” illum sirna ngħiduh “dan” • Insibu kliem ieħor li bidel it-tifsira tiegħu, ngħidu aħna, il-kelma filli kienet tfisser malli.

  7. Sentejn wara ppubblika Alfabet Malti, li fih 24 paġna. • Xi numri bil-mod ta’ kif kien jikteb Vassalli huma: • Tnejn (2) • Tlŷtæ (3) • Syttæ (6)

  8. Vassalli ppubblika d-dizzjunarju Ktieb il-Kliem Malti (1796).

  9. Xi eżempji mid-dizzjunarju tiegħu: • Jaf=jaf xi jrid u wiċċu jġib • Każa=Twaqqax jew iġġib fil-każa • Misħur=Misħur wara xi ħaġa jew mogħmi warajha, imġennen għaliha

  10. L-idea tal-edukazzjoni f’Vassalli • F’Alfabeto Maltese, Vassalli jagħti importanza lill-ilsien Malti u jgħid li t-tagħlim tiegħu jwasslek biex titgħallem ilsna kbar. • Huwa kien jemmen li biex titgħallem lingwa għandu almenu jkollok grammatika u dizzjunarju tagħha. • L-idea prinċipali tiegħu kienet li l-Maltin jitgħallmu jiktbu u jaqraw. • Dan sabiex il-poplu jimxi ʼl quddiem u jkun kapaċi jmexxi lilu nnifsu.

  11. Fl-1795 għamel petizzjoni lill-Gran Mastru de Rohan biex jiftaħ skola pubblika għat-tagħlim tal-kitba u l-qari bil-Malti. Kien l-ewwel wieħed li ħareġ b’din l-idea.

  12. Vassalli kien juża l-Malti safi, jiġifieri kemm jista’ jkun ma jużax kliem li ġej mit-Taljan. • Hu kellu l-idea li kull ittra tal-Malti kellha tirrappreżenta ħoss wieħed, mhux bħalma jiġri fit-Taljan. Ngħidu aħna, flok l-ittri sc (tat-Taljan), għażel l-ittra ɯgħall-Malti:ɯita

  13. Vassalli lura Malta • Vassalli rritorna Malta fi żmien il-Kavallieri u fl-istess sena għaqqad partit tal-patrijotti Maltin. • Ressaq diversi suġġerimenti lill-Kavallieri minħabba s-sitwazzjoni preżenti tagħhom u dawn ma tawx kasu.

  14. Għalhekk mexxa konfoffa kontra l-Ordni, inqabad u ġie arrestat. • Dwar kif ħareġ mill-ħabs għad hemm id-dubji. Uħud jgħidu li ħarrbuh sħabu u oħrajn jgħidu li ħareġ bl-għajnuna ta’ Napuljun. • Napuljun isejjaħlu “l-aktar Malti għaref”

  15. Fis-sentejn li damu hawn il-Franċiżi, Vassalli kien ftaqar għax kienqiegħed u kellu jgħix bil-karità tagħhom. • Peress li kien sieħeb tal-Franċiżi, inqabad mill-Maltin stess malli ħareġ mill-Belt u reġa’ spiċċa l-ħabs. • Fil-bidu tal-1801, ġie eżiljat minn Malta għall-Afrika ta’ Fuq u b’xi mod irnexxielu jmur Franza.

  16. L-ideat politiċi ta’ Vassalli • L-ideal ta’ Vassalli kien li jgħaqqad lil Malta bħala nazzjon • Kien bagħat petizzjonilil de Rohan biex isemma l-fehmiet tiegħu dwar it-tmexxija tal-pajjiż • Madankollu, Vassalli kien jemmen li billi Malta hi pajjiżżgħir u bi ftit riżorsi, ftit li xejn setgħet tirnexxi fit-tmexxija tagħha mingħajr l-għajnuna tal-Kavallieri

  17. Dan kien ukoll minħabba li l-kavallieri kienu jdaħħlu ammont kbir ta’ flus li mingħajrhom il-pajjiż kien jiftaqar. • Vassalli: l-ewwel wieħed li ra lil Malta bħala nazzjon

  18. L-eżilju ta’ Vassalli • Vassalli dam tliet snin ikabbar il-qoton f’Korsika u iktar tard laħaq aġent tal-qoton. • Ippubblika wkoll żewġ kotba dwar it-tkabbir tal-qoton. • Dan hu eżempju ta’ kont tal-qoton li għamel Vassalli.

  19. Minħabba li ftaqar fi Franza, iddeċieda li jmur Spanja imma kien kollu ta’ xejn għax baqa’ fl-istess sitwazzjoni. • Ta’ 56 sena rritorna Malta.

  20. L-aħħar snin ta’ Vassalli • Vassalli beda jgħallem l-Università ta’ Malta. • Hu ssieħeb mal-Protestanti u bl-għajnuna tagħhom ippubblika l-Grammatica della Lingua Maltese.

  21. Miet fl-1829 meta kellu 65 sena. • Mikiel Anton Vassalli ma tħalliex jindifen f’ ċimiterju Kattoliku minħabba l-ideat li kellu.

  22. Wara mewtu • Dawn huma xi xogħlijiet li ġew ippubblikati wara li Vassalli miet: • Il-Vanġeli • L-Istorja tas-Sultan Ċiru • L-Istedina

  23. Preżentazzjoni ta’ Braden Saffrett Maria Simiana Marja Piccinnino 2011

More Related