1 / 9

L-A ħħar Ċena

L-A ħħar Ċena. It-Twaqqif tal-Ewkaristija. Għidulu: Qallek l-Imgħallem, is-siegħa tiegħi waslet: jien se nagħmel l-ikla tal-Għid għandek mad-dixxipli tiegħi. Is-siegħa tiegħi waslet = Kien wasal dak li għalih Ġesù ġie fid-dinja: il-ġrajja tal-mewt u l-qawmien tiegħu.

shauna
Télécharger la présentation

L-A ħħar Ċena

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. L-Aħħar Ċena It-Twaqqif tal-Ewkaristija

  2. Għidulu: Qallek l-Imgħallem, is-siegħa tiegħi waslet: jien se nagħmel l-ikla tal-Għid għandek mad-dixxipli tiegħi. Is-siegħa tiegħi waslet = Kien wasal dak li għalih Ġesù ġie fid-dinja: il-ġrajja tal-mewt u l-qawmien tiegħu.

  3. Kelli xewqa kbira li nagħmel din l-ikla tal-Għid magħkom... Kelli xewqa kbira: Ġesù kien qiegħed jistenna ħafna dak il-mument speċjali tal-Aħħar Ċena.

  4. ... qabel ma nbati... ... ġismi li jingħata għalikom... ... id-demm li jixxerred għall-kotra... Il-ġejjieni qrib: Ġesù juri li jaf li l-mewt hi qrib u li ser tkun mewt vjolenti. L-Aħħar Ċena: antiċipazzjoni ta’ li ser jiġri ’l quddiem.

  5. ... din l-ikla m’iniex ser nagħmilha iżjed sa ma tkun seħħet għal kollox fis-Saltna tas-Smewwiet. Il-ġejjieni aktar ’il quddiem: Ġesù juri li b’riżultat tal-mewt u l-qawmien tiegħu ser inkunu nistgħu niċċelebraw flimkien fil-Ġenna. L-Aħħar Ċena: antiċipazzjoni ta’ li se jiġri ’l quddiem.

  6. ... li nagħmel din l-ikla tal-Għid. ... [ħa l-ħobż] Dan hu ġismi... Il-ħelsien mill-jasar tal-Eġittu: Ġisem Ġesù qiegħed jieħu post il-ħaruf tal-Għid u jsir hu dak li bih iseħħ il-ħelsien sħiħ mill-jasar tad-dnub. L-Aħħar Ċena: rabta mal-ġrajjiet il-kbar tal-imgħoddi.

  7. [Ħa l-kalċi...] Ixorbu ikoll minnu għax dan huwa demmi, id-demm tal-Patt il-Ġdid... Il-Patt tas-Sinaj: Id-demm ta’ Ġesù jieħu post id-demm tal-għoġiela li bih kien ġie ssiġillat il-Patt il-Qadim. L-Aħħar Ċena: rabta mal-ġrajjiet il-kbar ta’ l-imgħoddi.

  8. Agħmlu dan b’tifkira tiegħi. L-Aħħar Ċena u l-Quddiesa “Tifkira” = it-tiġdid u l-għixien mill-ġdid tal-ġrajja li seħħet fl-imgħoddi. L-ikla tal-Għid tal-Lhud  l-għixien mill-ġdid tal-ħelsien mill-jasar tal-Eġittu. L-Ewkaristija l-għixien mill-ġdid tal-ġrajja li ġabitilna l-ħelsien mid-dnub (il-mewt u l-qawmien ta’ Ġesù).

  9. Għaliex Ikla? • Meta nieklu flimkien: • Nuru li hemm l-għaqda bejnietna • Inkomplu nsaħħu l-għaqda ta’ bejnietna. • L-Ewkaristija ngħixu mill-ġdid il-mewt u l-qawmien ta’ Kristu – il-ġrajja li ġabitilna l-għaqda ma’ Alla u bejnietna. •  fl-Ewkaristija Ġesù juri u jsaħħaħ l-għaqda tagħna ma’ Alla u bejnietna.

More Related