1 / 24

MULEJ, IMXI T-TELGĦA MAGĦNA

MULEJ, IMXI T-TELGĦA MAGĦNA. Missierna li inti fis-smewwiet, inti tqisna bħal dawk li jixxabbtu mal-muntanji. Li titla’ mal-muntanja mhix faċli... ma ssibx it-triq it-tajba mal-ewwel darba li tibda’ tixxabbat!.

tameka
Télécharger la présentation

MULEJ, IMXI T-TELGĦA MAGĦNA

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. MULEJ, IMXI T-TELGĦA MAGĦNA

  2. Missierna li inti fis-smewwiet, inti tqisna bħal dawk li jixxabbtu mal-muntanji. Li titla’ mal-muntanja mhix faċli... ma ssibx it-triq it-tajba mal-ewwel darba li tibda’ tixxabbat!

  3. B’xorti tajba, imma, oħrajn sħabna, bil-ħabel f’idhom, qabilna u warajna, qegħdin magħna biex jagħtuna daqqa t’id.

  4. F’ħin minnhom, meta mingħalina li qegħdin fuq nett, nintebħu li għadna ma wasalniex fil-quċċata, li għadna lura.

  5. Għax minn hemm fuq intbaħnali hemm quċċata oħra, li ma rajniex meta konna għadna isfel. Mela issa l-waqt li nieqfu ftit, li nħallu għajnejna jimirħu fuq il-pajsaġġ, li nħarsu lura lejn it-triq li diġa’ għamilna.

  6. Issa l-waqt li nieħdu saħħitna mill-ġdid, li nagħmlu l-qalb biex inkomplu sejrin, telgħin aktar ‘il fuq, dejjem aktar ‘il fuq, fejn qatt ma stħajjilna li se naslu meta tlaqna.

  7. Missierna li inti fis-smewwiet, aħfrilna meta xi drabi ma mxejnix biprudenza biżżejjed, meta ma konniex żguri fil-pass tagħna, meta ma konniex ta’ sigurta’ għall-oħrajn; meta me kellniex fiduċja biżżejjed f’xulxin.

  8. Aħfrilna meta xi drabi għaġġilna żżejjed, għax ħassejna li t-triq kienet ħafifa, u ġrejna ‘l quddiem, mingħar ma ħarisna lejn sħabna li għajjew, baqgħu lura u waqfu.

  9. Aħfrilna għal meta nsejna xi drabi, li inti wkoll wieħed minn sħabna li qed iżommulna l-ħabel. M’għarafnikx, għax ma dehirtx differenti.

  10. Imma nafu li inti qiegħed hemm. Missierna li inti fis-smewwiet, għinna f’din il-mixja għat-telgħa. Aħna ma nitolbukx biex twarrbilna t-tfixkil,imma li inti tgħinna biex ngħaddu minn fuqu ħalli nibqgħu telgħin ‘il fuq.

  11. U fuq kollox, fakkarna li wkoll jekk xi darba naslu fil-quċċata tal-għola muntajna li hawn fuq l-art, ma nkunux ilħaqna s-sema,...bil-kemm inkunu missejna s-sħab!

More Related