180 likes | 346 Vues
I ċ - Ċ ittadinanza Maltija. Li ġ ijiet li jirregolaw i ċ - ċ ittadinanza Maltija. KAPITLU 3 TAL-KOSTITUZZJONI TA’ MALTA U KAPITOLU 188 tal - LI Ġ IJIET TA’ MALTA – ATT DWAR IĊ-ĊITTADINANZA MALTIJA. Fil-qosor x’ ikopru dawn il-provedimenti.
E N D
Liġijiet li jirregolawiċ-ċittadinanzaMaltija KAPITLU 3 TAL-KOSTITUZZJONI TA’ MALTA U KAPITOLU 188 tal-LIĠIJIET TA’ MALTA – ATT DWAR IĊ-ĊITTADINANZA MALTIJA
Fil-qosor x’ikopru dawn il-provedimenti • Min sar Malti bit-twelid f’Malta meta saret stat indipendenti fil-21 ta’Settembru 1964 kif ukoll,minn dak inhar ‘l hawn, persuna jista’ jkollha dritt awtomatiku għaċ-ċittadinanza Maltija • Min sar Malti bit-twelid barra minn Malta minn genituri Maltin fil-21 ta’ Settembru 1964 kif ukoll, minn dak inhar ’l hawn, persuna jista’ jkollha dritt awtomatiku ghac-cittadinanza Maltija • Dettalji dwar id-dritt taċ-ċittadinanza doppja ( kif ukoll Multipla) • Il-mod kif iċ-ċittadinanza Maltija tista’ tigi akkwistata b’registrazzjoni – li l-akkwist huwa bi dritt (f’każ ta’ persuni ta’ dixxendenza Maltija, konjugi ta’ cittadini Maltin), għalkemm fil-każijiet ta’ konjuġi ta’ ċittadini Maltin hemm xi restrizzjonijiet • Il-mod kif tista’ tiġi akkwistata iċ-ċittadinanza Maltija b’naturalizzazzjoni – fejn ġeneralment teżisti diskrezzjoni tal-Ministru. Illum din id-diskrezzjoni tintuża mill-Ministru fuq bażi ta’ policies. Il-każijiet ta’ naturalizzazzjoni jirrigwardaw wkoll tfal mwielda barra ż-żwieg ta’ ċittadini Maltin jew ta’ barranin li ilhom jirresjedu Malta għal bosta snin
Ikompli • Il-privazzjoni taċ-ċittadinanza Maltija fejn din tkun akkwistata b’qerq • Ir-rinunzja taċ-ċittadinanza Maltija • Dettalji oħra bħal per eżempju f’każ ta’ adozzjoni, tfal mwielda barra ż-żwieg, proċeduri u teknikalijiet oħra Il-provedimenti li jeżistu llum qegħdin hemm wara żvilupp li twettaq f’medda ta’ tmintax-il sena f’dan il-qasam permezz ta’ emendi radikali għat-test oriġinali tal-liġijiet
Żviluppimatuliż-żmien fil-qasam taċ-Ċittadinanza iċ-ċittadinanza Maltija nħolqot meta inħoloq l-istat Malti permezz tal-Indipendenza fil- 21 ta’ Settembru 1964 Dak inhar il-provedimenti li jirregolaw dwar min sar Malti jew seta’ jsir Malti ġew introdotti fil-Kostituzzjoni permezz ta’ Kapitlu 3 L-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija li daħal fis-seħħ fl-1965 ikkumplementa il-provedimenti li kien hemm fil-Kostituzzjoni
Sas-sena 1989 ma kien sar ebda tibdil sinifikanti għal dawn il-liġijiet. Fl-1 ta’ Awwissu 1989 ġew fis-seħħ emendi dwar Iċ-ċittadinanza doppja - emigranti Maltin (persuni mweldin Malta biss) jakkwistaw dan id-dritt b’xi restrizzjonijiet. l-akkwist taċ-ċittadinanza Maltija mill-omm fil-każ ta’ persuni mwieldin barra.Qabel din id-data iċ-ċittadinanza kienet tiġi trasmessa mill-missier biss. Id-dritt tar-raġel (mhux biss tal-mara kif kienet is-sitwazzjoni qabel) ta’ ċittadin ta’ Malta biex jakkwista ċ-ċittadinanza Maltija b’reġistrazzjoni L-akkwist taċ-ċittadinanza Maltija minn persuni mwielda Malta ristrett bissfil-każ ta’ persuni mweldin Malta jekk l-omm jew il-missier ikunu ċittadini ta’ Malta
Sena 2000 Saru emendi radikali għal-Liġijiet : ic-cittadinanza doppja li qabel kienet aċċettata biss fil-każ ta’ emigranti Maltin u fil-każ sakemm il-persuna jkollha 19-il sena saret ir-regola u mhux aktar l-eċċezzjoni b’din il-miżura persuni tal-ewwel ġenerazzjoni mweldin barra setgħu jżommuiċ-ċittadinanza Maltija ma’ dik barranija kif ukoll – xi wħud akkwistaw awtomatikament iċ-ċittadinanza Maltija fl-10 ta’ Frar 2000 meta ġew fis-seħħ dawn l-emendi dawk kollha li kienu se jakkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija kellhom id-drittgħaċ-ċittadinanza doppja spiċċaw ir-restrizzjonijiet li kellhom qabel emigranti Maltin biex ikollhom id-dritt għaċ-ċittadinanza doppja ħafna minnhom. Min ma kkwalifkax taħt il-provedimenti ta’ qabel seta’ jagħmel dan bis-saħħa ta’ dawn l-emendi.
Sena 2000 ikompli- Daħlu xi restrizzjonijiet fil-każ ta’ konjugi ta’ ċittadini Maltin – setgħu jakkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija wara ħames snin ta’ żwieġ It-tfal, imweldin wara l-Indipendenza u qabel l-1 ta’ Awwissu 1989, ta’ ommijiet setgħu jakkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija b’reġistrazzjoni. Il-provedimenti li huma meħtiega biex jiġu implementati dawn id-drittijiet taċ-ċittadinanza Maltija tneħħew mill-Kostituzzjoni u tqegħdu fl-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija. Illum fil-Kostituzzjoni nsibu biss l-prinċipji taċ-ċittadinanza Maltija.
Sena 2007 B’dawn l-emendi sar possibbli biex persuni li jippruvaw li huma dixxendenti ta’ persuni mweldin Malta minn ġenitur li mwieled Malta wkoll jakkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija sempliċiment b’reġistrazzjoni u b’ebda restrizzjonijiet. Il-mod kif huma mfassla teknikament dawn il-provedimenti dan id-dritt • jingħata biss lill-persuni li huma ta’ nisel Malti. • kif ukoll jiżgura li dan id-dritt jitgawda minn persuni ta’ dixxendenza Maltija li jixtiequ li jkunu huma stess Maltin u li jixtiequ li jgħaddu dan id-dritt lill-ġenerazzjonijiet futuri.
Nota • Dawn l-emendi jagħmlu l-liġi Maltija waħda mil-liġiet liberali u progressivi f’dan il-qasam u li jagħtu lill-Maltin ta’ barra drittijiet sinifikanti, speċjalment dawk li qegħdin f’kontinenti oħra, mobiltà u drittijiet fl-Ewropa • Minn hu interessat li jara fid-dettal dan l-iżvilupp jista’ jirreferi għall-paper li jien ippreżentajt waqt l-aħħar Konvenzjoni tal-Maltin ta’ barra u li wieħed jista’ jsib fuq dan is-sit elettroniku http://www.foreign.gov.mt/Library/PDF/MFABookCD.pdf
L-implimentazzjonital-Liġijiet Ligijiet li jikkontemplaw l-għotja ta’ servizz bħal fil-każ tal-liġijiet taċ-ċittadinanza jeħtieġu l-implimentazzjoni: • Id-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u tal-Expatriates bl-għajnuna tal-Ambaxxati Maltin ilu jagħmel dan minn meta nħolqot iċ-ċittadinanza Maltija. Din l-implimentazzjoni tikkonsisti prinċipalment fl-għotja taċ-ċittadinanza Maltija jew il-konferma li persuna hija tabilħaqq ċittadin ta’ Malta • Il-provedimenti preżenti, minħabba li jirrigwardaw eluf ta’ persuni li jinsabu madwar id-dinja u d-domanda għall-informazzjoni u talbiet għaċ-ċittadinanza kibret sostanzjalment f’daqqa, jeħtieġu riżorsi sabiex jiġu implimentati b’mod effettiv • Il-Ministeru qed jipprovdi dawn ir-riżorsi (l-aktar umani kif ukoll organizzattivi – bħal proċeduri u materjal ta’ informazzjoni) sabiex ikun hemmimplementazzjoni effettiva.
Xi osservazzjonijietdwar l-implementazzjoni • Il-materja taċ-ċittadinanza, bl-iżvilupp li sar matul iż-żminijiet, saret waħda dinamika u f’ċerti każi jkunu jridu jiġu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi u provvedimenti li kienu jeżistu qabel tkun saret it-talba u li jistgħu jaffettwaw l-istess talba. • Kont naħseb li se tkun difficli biex persuni jipproduċu dokumentazzjoni li tipprova li huma dixxendenti ta’ persuni mwielda Malta minħabba t-tul ta’ żmien involut • dan ma kienx il-każ – b’mod jew ieħor iġibuhom • fejn kien hemm xi diffikoltà l-Ministeru jkun prattiku u jikkunsidra kull prova anke jekk ma tkunx ċertifikat tat-twelid jew żwieġ • Bl-emendi tal-2000 fejn iċ-ċittadinanza doppja saret ir-regola, konjuġi ta’ ċittadini Maltin, minkejja li jgħixu barra minn Malta, tħajru sabiex jakkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija • Bl-emendi tal-2007 id-Dipartiment ikollu talbiet minn dixxidenti ta’ persuni ta’ oriġini Maltija sabiex jakkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija minħabba li jkunu jridu jeżerċitaw id-dritt ta’ muviment ħieles fl-Ewropa.
Xi Statistika • Qed nirriproduċi xi statistika ta’ kemm persuni ġew reġistrati u minn liema pajjiżġejjin, kif ukoll il-bażi ta’ kif akkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Dicembru 2011 (Tabella A) kif ukoll -in-numru ta’ persuni li lilhom ġie kkonfermat li reġgħu akkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija bis-saħħa tal-emendi mill-1989 (Tabella B). Ma jfissirx li dawn biss reġgħu ħadu dan id-dritt, hemm ħafna eluf oħra – iżda dawk li jidhru huma l-persuni li għamlu t-talba lid-Dipartiment. • Mill-1989 sallumġew reġistrati bħala ċittadini Maltin: 1989 – 2000: 1234 persuna 2001 – 2007: 4164 persuna 2008 – 2012: 4158 persuna Filwaqt 14872 persuna ġie kkonfermat lilhom li reġgħu akkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija bis-saħħa ta’ dawn l-emendi Dawn il-persuni kollha għandhom dritt għaċ-ċittadinanza doppja.