html5-img
1 / 99

L- Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

L- Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - . Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidanc e Kulleġġ San t’ Injazju. G ħaliex din l-informazzjoni. Kif tieħu deċiżjoni. Suġġetti li tagħżel int. Suġġetti obbligatorji. I r-rwol tal-ġenituri. Sillabi u Past Papers ta’ Suġġetti Varji.

Pat_Xavi
Télécharger la présentation

L- Għażla ta’ suġġetti - Form 2 -

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ippreżentata mill-għalliema tal-Guidance Kulleġġ Sant’ Injazju Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

  2. Għaliex din l-informazzjoni Kif tieħu deċiżjoni Suġġetti li tagħżel int Suġġetti obbligatorji Ir-rwol tal-ġenituri Sillabi u Past Papersta’ Suġġetti Varji L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

  3. L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Għaliex din l-informazzjoni ? L-għalliema tal-Guidance Section ħassew il-bżonn li jagħtukom informazzjoni dwar is-suġġetti li wasaltu biex tagħżlu, issa li qegħdin fit-tieni sena ta’ l-edukazzjoni sekondarja. It-tagħrif li qegħdin inwasslulkom hu mfassal fuq tliet punti: • Il-ħiliet li wieħed għandu bżonn jew li jista’ jiżviluppa; • In-natura tas-suġġett; • L-utilità tas-suġġett. ikompli Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

  4. Nemmnu li tajjeb wieħed jagħraf il-ħiliet li diġa għandu, kif ukoll il-ħajriet u l-interessi tiegħu. Importanti li tiġbru kemm tistgħu tagħrif dwar is-suġġetti li jolqtukom l-aktar. Għalliema ta’ diversi suġġetti se jkunu jistgħu jkellmukom dwar l-oqsma kollha ta’ studji li tistgħu ssegwu fit-tielet sena tas-sekondarja. L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Għaliex din l-informazzjoni ? • Nissuġġerixxu li: • Tiktbu fuq karta dawk il-mistoqsijiet li tixtiequ tweġiba għalihom; • Il-mistoqsijiet jistgħu jiġu mgħoddija lill-għalliema tal-Guidance, kemm-il darba wieħed ikun jistħi jsaqsi quddiem sħabu l-oħra ta’ l-iskola; • Wara li jkellmukom l-għalliema tas-suġġetti, kull min iħoss il-ħtieġa, se jkollu ċ-ċans li jiltaqa’ mad-diversi għalliema fuq bażi ndividwali; • L-għalliema tal-Guidance huma dejjem lesti biex jgħinukom tagħrfu l-kapaċitajiet tagħkom u tiddeċiedu b’mod għaqli. Main page Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

  5. L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Kif tieħu Deċiżjoni ? • Għandek tiġbor kemm jista’ jkun informazzjoni korretta dwar is-suġġett; • Tagħraf dak li hu mportanti għalik u tara jaqbilx ma’ l-interessi tiegħek; • Kun lest li tieħu riskju fid-deċiżjoni. • Għalhekk: • Iddiskuti u ħu parir mingħand dawk li jħobbuk u jieħdu ħsiebek id-dar; • Meta tħossok imħawwad, itlob l-għajnuna ta’ xi ħadd li jifhem aktar minnek fis-suġġett (għalliema tas-suġġett jew tal-guidance) Qatt tagħżel suġġett għaliex il-ħabib għażel dak is-suġġett. Int trid tistudjah u mhux il-ħabib tiegħek! ikompli Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

  6. L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Kif tieħu Deċiżjoni ? Fl-aħħar, jekk tkun għadek imħawwad, niżżel żewġ listi, favur u kontra d-deċiżjoni tiegħek. Dan il-metodu jgħinek sabiex tara jekk intix fit-triq it-tajba jew le. Nissuġġerixxu li jkollok għażla alternattiva, għal kemm-il darba jkun hemm xi diffikultajiet biex tkun tista’ ssegwi l-istudji li xtaqt. Main page Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

  7. L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Rwol tal-Ġenituri • Tkellmu mat-tfal – siru afu x’iħobbu u x’jixtiequ • Għinuhom biex ikunu aktar konxji tal-kapaċitajiet tagħhom. Eżempji: jafu jesprimu ruħhom, jinqalgħu għat-tpinġija, iħobbu x-xogħol ta’ l-idejn, iħobbu jaqraw u jfittxu fuq il-kompjuter .... • Qatt tagħżlu intom għat-tfal • Ħudu parir meta jkun hemm bżonn. Main page Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

  8. L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Suġġetti Obbligatorji! Main page Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

  9. Tagħżel 2 minn!! 4 Lezzjonijiet fil-Ġimgħa L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Suġġetti li tagħżel int Klikkja fuq is-suġġett għal aktar informazzjoni jew mur Main page Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

  10. L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Il-Lingwi Il-lingwi jitolbu l-ħila li tikkomunika tajjeb u li tkun kapaċi tesprimi lilek innifsek. Tajjeb ukoll li tkun tinteressa ruħek fil-kultura tal-pajjiż fejn oriġinat il-lingwa. S’issa, diġa’ kulħadd jistudja l-Malti, l-Ingliż u lingwa oħra. L-istudju ta’ dawn it-tliet ilsna għandu jservik ta’ mudell tax-xogħol u l-ħiliet li huma meħtieġa f’dan il-qasam ta’ studju. Kull lingwa titlob kapaċità li tifhem u tesprimi ruħek bil-fomm u bil-kitba. Il-lingwa tidher f’diversi forom: poeżija, drammi, novelli u oħrajn. Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

  11. L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Il-Lingwi Illum il-ġnus kollha qegħdin isiru dejjem aktar ħaġa waħda, għalhekk l-istudju ta’ lingwa għandu jittieħed aktar bis-serjetà.Ma tkunx deċiżjoni għaqlija li tagħżel lingwa sempliċiment biex tkun tista’ tagħżel suġġett ieħor li qiegħed fl-istess kategorija. M’għandniex ninsew li min jibda jistudja lingwa mill-Form 3 irid jaħdem b’aktar ħeffa minn student li beda lingwa fil-Form 1. Latin Għarbi Spanjol Franċiż Ġermaniż Taljan Russu Latin Ikklikkja fuq is-suġġett għal aktar informazzjoni jew mur Main page Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

  12. L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Franċiż Il-Franċiż huwa l-lingwa l-iżjed mitkellma wara l-Ingliż – 47 pajjiż b’popolazzjoni ta’ 160 miljun ruħ. Il-Franċiż huwa lsien internazzjonali bħall-Ingliż u l-Ispanjol. Hu wżat ukoll f’istituzzjonijiet politiċi, kummerċjali u kulturali. Dan l-ilsien jgħinna nkomplu niżviluppaw l-idejat tagħna permezz tal-kitba u jwessgħalna t-tagħlim tagħna permezz tal-qari, programmi tar-radju u tat-televiżjoni, kif ukoll komunikazzjoni bl-internet. ikompli Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

  13. L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Franċiż Il-Kultura Franċiża hi waħda sinjura, speċjalment fejn jidħlu xogħolijiet ta’ l-arti. ikompli Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

  14. L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Franċiż Il-Franċiż huwa marbut ħafna wkoll ma’ l-arti Kunċinarja (it-tisjir) u għaldaqstant jista jkun ta’ vantaġġ għal dawk li jkunu fi ħsiebhom ikomplu l-istudji tagħhom fil-qasam tal-catering. ikompli Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

  15. L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Franċiż Biex wieħed jitgħallem din il-lingwa, irid l-ewwelnett ikun jaf jisma’ sewwa, jikkonċentra fuq dak li jisma’, biex imbagħad ikun kapaċi jirrepeti dak li sema’. Importanti ħafna li wieħed ikun lest li jirrevedi sikwiet dak li jitgħallem sabiex ma jinsiex li jkun sema’ u fehem. Bħal f’kull lingwa oħra wieħed jinħtieġlu jibni vokabularju wiesgħa u jdaħħal f’moħħu r-regoli tal-grammatika (eżempju verbi, nomi eċċ) ikompli Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

  16. L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Franċiż Il-ħajra u l-ħeġġa huma mportanti ħafna biex wieħed jikseb suċċess fl-istudji tiegħu. Kemm-il darba tibqa’ turi nteress u taħdem b’determinazzjoni, tkun tista’ tirnexxi f’dan is-suġġett li jiswielek għall-futur. Lista ta’ suġġetti Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

  17. L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ġermaniż Il-Ġermaniż huwa wieħed mill-iżjed lingwi mportanti fl-Ewropa. Madwar 100 miljun persuna jużaw il-Ġermaniż fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum. Il-Ġermaniż ma jintużax biss fil-Ġermanja iżda wkoll fl-Awstrija; partijiet mill-Iżvizzera; Liechtenstein; Lussemburgu, kif ukoll f’partijiet tan-naħa ta’ fuq ta’ l-Italja, fil-Lvant tal-Belġju u f’partijiet ta’ Franza u anke l-Ukrajna. Il-Ġermaniz huwa wieħed mill-iżjed lingwa mitkellma fl-Ewropa u jikklassifika ma’ l-ewwel għaxar lingwi l-iżjed mitkellma fid-dinja. Huwa t-tieni l-iżjed lingwa użata bl-internet. ikompli Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

  18. L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ġermaniż Il-Ġermaniż huwa l-lingwa użata minn bosta nies famużi fosthom: • Goethe; • Kafka • Mozart; • Bach; • Beethoven; • Rammstein; • Clueso. ikompli Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

  19. L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ġermaniż Il-lingwa Ġermaniża għandha grammatika kkumplikata, li titlob studju bir-reqqa biex wieħed jifimha sewwa. Min iħobb jaqra, jieħu gost jitgħallem din il-lingwa u jidra jikkomunika tajjeb biha. Il-qari huwa l-bażi essenzjali għal kull lingwa, speċjalment għall-Ġermaniż. Min ikun tajjeb fl-Ingliż, isib li jaqbad aktar malajr il-lingwa Ġermaniża, għalkemm din mhix xi regola. ikompli Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

  20. L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ġermaniż Min jitgħallem dan is-suġġett ikun jista’ jikkomunika ma’ nies Ġermaniżi bl-internet. Jista’ anke jmur igħix, jaħdem jew jistudja fil-Ġermanja. Isibha aktar faċli li jaħdem ma’ kumpaniji Ġermaniżi li joperaw hawn Malta, fil-qasam turistiku kif ukoll fil-korp diplomatiku (eżempjuf’ambaxxata). Il-Ġermaniż joffri opportunitajiet oħra għal karrieri differenti. Lista ta’ suġġetti Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

  21. L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Spanjol Fi Spanja huma mitkellma erba’ ilsna: il-Kastellan, il-Vasko, il-Gallego u l-Katalan. Il-Kastellan flimkien ma’ varjazzjonijiet oħra tiegħu huwa l-ilsien ewlieni fil-pajjiżi kollha ta’ l-Amerika Latina, minbarra l-Brażil. Fl-Amerika huwa meqjus ukoll bħala t-tieni lingwa l-aktar importanti. L-Ispanjol hija kkunsidrata bħala r-raba’ lingwa l-aktar mitkellma fid-dinja wara ċ-Ċiniż, l-Ingliż u l-Hindu. Infatti din il-lingwa tiġi mitkellma uffiċċjalment fl-Istati Uniti, fl-Amerika Latina, fl-Ewropa, fl-Afrika u fl-Asja. Qegħdin nitkellmu fuq kwazi 400 miljun ruħ li jitkellmu l-Ispanjol. Fl-Istati Uniti, l-Ispanjol huwa t-tieni lingwa kif inhu l-Ingliż għalina. Hemm iżjed minn 60% ta’ l-Istudenti Amerikani li jitgħallmuh! ikompli Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

  22. L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Spanjol L-Ispanjol hu waħda fost is-sitt lingwi (l-Ingliż, il-Franċiż, ir-Russu, iċ-Ċiniż u l-Għarbi) l-iżjed li jiġu wżati minn organizzazzjonijiet internazzjonali bħan-Nazzjonijiet Uniti, l-WHO, l-UNESCO, n-NATO eċċ. Dan kollu juri li din il-lingwa għandha potenzjal kbir. ikompli Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

  23. L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Spanjol Il-kors ta’ l-Ispanjol fl-edukazzjoni sekondarja għandu l-għan li jrawwem l-istudenti fl-użu tal-Kastellan kif imħaddem f’diversi sitwazzjonijiet fil-ħajja ta’ kuljum. Huwa wkoll maħsub biex jagħmel lill-istudenti midħla tal-kultura u t-tradizzjonijiet Spanjoli. ikompli Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

  24. L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Spanjol Sa tmiem il-Form 5, student għandu jkun sar jaf jaqra, jikteb, jisma’ u jifhem sew l-Ispanjol. Tajjeb li ngħidu illi dan is-suġġett huwa simili għal-lingwi l-oħra f’dak li għandu x’jaqsam ma’ studju u min jidħol għalih, jeħtieġlu jaħdem biex jikseb riżultat tajjeb. Biss għandha titneħħa l-ideja żbaljata li dan l-ilsien jixbaħ ħafna lit-Taljan, sabiex ħadd ma jħoss li ġie mqarraq meta jibda jistudjah. ikompli Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

  25. L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Spanjol Il-Korsijiet li wieħed jista jagħżel biexikompli jistudja l-Ispanjol wara s-sekondarja huma: • Livell avvanzat fil-Post Sekondarja • ITS (Istituzzjoni fit-Turiżmu) • Livell universitarju B.Ed (Hons.) jew B.A. (Hons.) ikompli Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

  26. L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Spanjol • Xi karrieri fl-Ispanjol huma: • Għalliem/a; • Fl-Industrija ta’ l-Avjazzjoni; • Industrija tat-Turiżmu; • Business Communication; • Translator / Proof Reader; • Gwida; • Volontarjat Lista ta’ suġġetti Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

  27. L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Taljan Il-lingwa Taljana hija l-lingwa tal-pajjiz ġirien tagħna, lingwa li aħna, bħala Maltin, ħadna ħafna mill-kliem li nużaw kuljum. Ftit huma dawk li ma jkollhomx l-opportunita` li jmorru l-Italja bħala vaganza ta' divertiment anke kulturali, biex jagħmlu s-’shopping’ jew fuq xogħol. Billi aħna midħla tat-Taljan mhux ħażin, hemm it-tendenza li wieħed jaħsbu lsien ħafif. Biss din hi lingwa bħall-oħrajn u titlob l-istess xogħol u studju. ikompli Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

  28. L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Taljan Il-qari u l-istudju tal-grammatika huma mportanti biex tiżviluppa l-ħiliet tiegħek f’din il-lingwa ikompli Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

  29. L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Taljan Il-fatt li aħna nistgħu naqbdu u nsegwu ħafna stazzjonijiet tar-radju u tat-televiżjoni Taljani, huwa ta’ vantaġġ għalina, billi dan jagħmel il-ħoss tal-lingwa aktar familjari u għaldaqstant id-diskors faċli aktar biex jintgħaraf. ikompli Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

  30. L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Taljan Il-lingwa ma titgħallimhiex biss billi tismagħha, ikun jeħtieġlek issir taf ir-regoli tal-kitba u tagħraf l-użanzi tal-poplu li jitkellimha sabiex tifhem aktar x’ikun jintqal. ikompli Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

  31. L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Taljan Meta tkun kapaċi taqra, tifhem titkellem u tikteb bit-Taljan tapprezza aktar il-kulturaTaljana u tieħu gost aktar bil-programmi, films u xogħlijiet artistiċi oħra ta’ dan il-poplu ġirien tagħna. ikompli Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

  32. L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Taljan L-għarfien tal-lingwa Taljana tgħin lill-istudent u tiftaħlu opportunitajiet kbar f'ħafna setturi ta' xogħol fil-futur tiegħu. Naħsbu biss fis-settur tas-servizzi (turiżmu, per eżempju, bħala receptionist f'lukanda jew gwida), jew f'dak kummerċjali (segretarju/a) jew opportunita` li llum hija mportanti ħafna: is-settur tat-traduzzjoni. Nisimgħu kontinwament dwar in-nuqqas ta' tradutturi li pajjiżna qed ibati minnha. U hawnhekk wieħed ma jridx jinsa l-Universita` fejn kwalifika fit-Taljan tista’ twasslu biex isir avukat, nutar jew għalliem tal-lingwa Taljana fl-iskejjel tagħna. Lista ta’ suġġetti Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

  33. L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Għarbi Għaliex għandek tagħżel li titgħallem l-Għarbi? Malta hi ġar ta’ ħafna pajjiżi Għarab u għalhekk ikollok ċans taħdem f’oqsma relatati mal-kummerċ u t-turiżmu; tista’ tagħżel karriera ta’ interpretu jew ġurnalista. ikompli Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

  34. L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Għarbi Permezz ta’ l-ilsien Għarbi tkun tista’ tikkomunika aħjar mall-ġirien Għarab tagħna u titgħallem dwar il-kultura tagħhom. B’hekk tkun tista’ sservi ta’ ħolqa bejn l-Ewropa u d-dinja Għarbija. ikompli Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

  35. L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Għarbi Għalhekk kun oriġinali u differenti mill-oħrajn.. L-għażla ta’ din il-lingwa twasslek għal opportunitajiet uniċi fil-futur. L-Għarbi huwa mportanti ferm aktar milli timmaġina, saħansitra jintuża fil-kompjuters, multimedia software, u fl-internet. Diġa jeżistu ħafna programmi edukattivi fis-software bl-Għarbi. Lista ta’ suġġetti Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

  36. L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Russu Il-Lingwa Russa bdiet tiġi offruta bħala għażla lill-istudenti Maltin, madwar 15-il sena ilu. Minn dak iż-żmien ‘l hawn, bosta studenti kisbu l-livelli “0” u “A” f’dan is-suġġett filwaqt li wħud minnhom ħadu boroż ta’ studju fir-Russja stess. ikompli Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

  37. L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Russu Fil-livell sekondarju l-istudenti jitgħallmu l-grammatika Russa, il-komunikazzjoni bażika u jsiru kapaċi jaqraw, jiktbu u jagħmlu traduzzjoni ta’ testi bl-użu ta’ dizzjunarji. ikompli Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

  38. L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Russu Barra dan jitgħallmu dwar l-istorja, ġografija u l-kultura Russa. Kull student jingħata attenzjoni individwali. Tul it-tliet snin ta’ studju l-istudenti jippreparaw ukoll proġetti dwar Moscow, St.Petersburg, kittieba, kompożituri Russi u oħrajn. Lista ta’ suġġetti Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

  39. L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Latin Il-Latin hija lingwa li tmur lura għal bosta u bosta snin. Kienet il-lingwa mitkellma mir-Rumani meta dawn kienu jaħkmu l-parti l-kbira tad-dinja ta’ żmienhom. Bis-saħħa t’hekk din il-lingwa kotrot u bdiet tintuża minn kulħadd fl-oqsma kollha tal-għerf. ikompli

  40. L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Latin Wara l-waqgħa ta’ l-Imperu Ruman, minkejja li s-saħħa politika ta’ dawn in-nies bdiet tnin, il-Latin xorta waħda baqa’ jiddomina d-dinja għax il-Knisja Kattolika kienet għamlitu bħala l-ilsien uffiċjali tagħha. ikompli

  41. L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Latin Għal ħafna snin il-Latin baqa’ l-ilsien użat minn dawk li kellhom ċertu livell ta’ skola u kien biss lejn is-seklu sbatax li din il-lingwa bdiet taqta’ lura. Minkejja dan wieħed xorta waħda għandu jżomm f’moħħu li l-biċċa l-kbira tal-lingwi Ewropej użatillum jafu l-bidu tagħhom għal-Latin. ikompli

  42. L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Latin Hawn min iqis il-Latin bħala xi ħaġa mejta, xi ħaġa tal-passat. Dan m’għandux ikun għax it-tagħlim tal-Latin u l-letteratura tiegħu • Jagħtuk ċertu ħiliet li jgħinuk fl-oqsma kollha edukattivi • Jgħinuk fit-tagħlim tal-lingwi Romanzi l-oħrajn, bħal Franċiż u Spanjol • Jgħinuk issir aktar assertiv u eżatt f’ħidmietek • Jgħinuk tifhem aħjar dak li għaddiet minnu il-parti tad-dinja li ngħixu fiha Barra minnhekk l-għażla tal-Latin taf tkun ta’ siwi għal dawk l-istudenti li ‘l quddiem bi ħsiebhom jistudjaw it-teoloġija,l-istorja u l-liġi. Lista ta’ suġġetti

  43. L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ġografija Dan is-suġġett hu mgħallem mill-ewwel sena tas-sekondarja sal-ħames sena waqt lezzjoni waħda kull gimgħa. Hawnhekk l-istudenti jingħataw tagħrif ġenerali li flimkien mal-lezzjoni ġenerali ta’ l-Istudji Soċjali u l-Istorja jwassal għall-eżami tas-SECfl-Istudju Ambjentali. Min jagħżel il-Ġografija bħala Option, qed jiddeċiedi li jistudja aktar dan is-suġġett fil-fond. Dan ikollu 4 lezzjonijiet fil-ġimgħa fejn it-tagħlim u l-kotba jkunu bl-Ingliż. Dawn l-istudenti jkunu jistgħu jagħmlu l-eżami tas-SEC tal-Ġografija fl-aħħar tal-5 sena. ikompli Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

  44. L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ġografija L-istudju tal-Ġografija nistgħu naqsmuh f’żewġ kategoriji. Għandek l-aspett naturali ta’ madwarna kif ukoll l-aspett uman u l-attivitajiet tiegħu. ikompli Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

  45. L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ġografija L-aspett naturali jikkonsisti fi studju bħal per eżempju ta’ vulkani;l-atmosfera; xmajjar; terremoti; ibħra u ħafna oħrajn. ikompli Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

  46. L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ġografija Aspett ieħor li nistudjaw fil-ġografija huwa l-aspett uman fejn niddiskutu fost l-oħrajn il-biedja, l-industrija, t-turiżmu u suġġetti oħra. ikompli Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

  47. L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ġografija Isir ukoll studju dwar kull tip ta’ mapep, kemm dawk li nsibu fil-kotba ta’ l-Atlas, kif ukoll dawk magħrufa bħala Ordinary Survey Maps li jkollom ħafna aktar dettalji. ikompli Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

  48. L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ġografija Il-Ġografija jiġi mgħallem kemm fil-klassi kif ukoll waqt ħarġiet imsejħa ‘Fieldwork’ fejn l-istudenti jagħmlu l-investigazzjoni huma stess billi jagħmlu intervisti u jibnu statistika minn dak li jkunu osservaw. ikompli Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

  49. L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - Ġografija Il-Ġografija huwa suġġett li jgħinek f’kull tip ta’ xogħol: ta’ perit, pilota, kaptan, meteoroloġista u ħafna oħrajn. Lista ta’ suġġetti Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

  50. L-Għażla ta’ suġġetti - Form 2 - L-Istorja F’dawn l-aħħar snin l-istudju ta’ l-istorja aktar milli qed jibbaża fuq memorja, aktar qed jemfasiżżal-iżvilupp ta’ kif wieħed jirraġuna, jikkritika, janalizza u mhux sempliċiment tagħlim tal-pappagalli. L-istudent jitgħallem jagħmel differenza bejn fatt u opinjoni, bejn interpretazzjonijiet differenti ta’ fatti, personaġġi eċċ. Bil-mod il-mod l-istudent jitgħallem jagħmel xogħol ta’ riċerka waħdu. ikompli Kulleġġ Sant’ Injazju – Għalliema tal-Guidance

More Related