1 / 50

IL-KOMPONIMENT LETTERARJU fl-eżami taċ-ĊES

IL-KOMPONIMENT LETTERARJU fl-eżami taċ-ĊES. Dr Adrian Grima Dipartiment tal-Malti, l-Università ta’ Malta 23 ta’ Frar 2012 | Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl, ir-Rabat. Ir -Rapport tal-Eżaminaturi R iżultati (Mejju 2011). www.um.edu.mt/matsec.

alden
Télécharger la présentation

IL-KOMPONIMENT LETTERARJU fl-eżami taċ-ĊES

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. IL-KOMPONIMENT LETTERARJUfl-eżami taċ-ĊES Dr Adrian Grima Dipartiment tal-Malti, l-Università ta’ Malta 23 ta’ Frar 2012 | Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl, ir-Rabat

  2. Ir-Rapport tal-EżaminaturiRiżultati (Mejju 2011) www.um.edu.mt/matsec B’kollox kien hemm 4940 student u studenta li applikaw għall-eżami tal-Malti fil-livell taċ-ĊES. 2341 għamlu karta B waqt li 2599 għamlu karta A: Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

  3. Ir-Rapport tal-EżaminaturiMejju 2011 www.um.edu.mt/matsec Nota importanti Dawn l-osservazzjonijiet li ġejjin huma meħudin tista’ tgħid kelma b’kelma minn żewġ rapporti tal-eżaminaturi tal-MATSEC u jirrflettu l-fehmiet tagħhom u mhux tiegħi. Adrian Grima Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

  4. Ir-Rapport tal-Eżaminaturidwarir-Referenza għall-Kuntest (Mejju 2011) www.um.edu.mt/matsec Żbalji komuni: • Xi kandidati rreferew għall-poeta b’ismu biss. • Uħud minnhom m’għamlux distinzjoni bejn poeżija u silta ta’ proża. • Kien hemm min irrefera għall-poeta bħala awtur jew kittieb. • Oħrajn irrepetew it-tweġibiet tagħhom mill-ewwel għall-aħħar mistoqsija: (a) il-ħsieb u (d) ir-rabta mat-tema. Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

  5. Ir-Rapport tal-Eżaminaturidwaril-Komponiment Letterarju (Mejju 2011) Kummenti ġenerali: • Fl-introduzzjoni kien hemm xi kandidati li kitbu l-ismijiet tax-xogħlijiet likienu se jiktbu dwarhom matul il-komponiment letterarju, fejn suppost fl-introduzzjoni qatt m’għandek tikteb l-ismijiet tax-xogħlijiet letterarji immatagħti indikazzjoni dwar dak li bi ħsiebek tikteb dwaru biex lill-qarrej tistiednujkompli jaqra. • Instabu komponimenti miktubin bis-sottotitli jew għal kull biċċa xogħol bl-isem. Eż: Introduzzjoni, Analiżi tas-siltiet u Konklużjoni. Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

  6. Ir-Rapport tal-Eżaminaturidwaril-Komponiment Letterarju (Mejju 2011) • F’xi ftit każijiet issemmiet il-metrika tal-poeżiji. (Eż. Din hija poeżija modernab’vers ħieles.) • Xi kwotazzjonijiet ta’ aktar minn vers wieħed meħudin minn poeżiji ma nkitbux taħt xulxin, iżda nkitbu fl-istess linja, daqslikieku sentenza. • Ħafna kienu dawk li kitbu l-istorja fil-qosor milli l-kritika. • Xi kandidati rreferew għall-awturi ta’ siltiet bħala poeti, għall-poeti bħalakittieba, filwaqt li kien hemm każijiet fejn il-kandidati rreferew għall-awtur ta’silta bħala attur. Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

  7. Ir-Rapport tal-Eżaminaturidwaril-Komponiment Letterarju (Mejju 2011) • Kien hemm min ħawwad it-tip ta’ xogħlijiet, bħal ngħidu aħna, poeżija jsejħilha silta u silta jsejħilha poeżija jew poe-proża. • F’ħafna mill-każijiet lanqas biss kitbu x’kienu x-xogħlijiet. • Mill-banda l-oħra kien hemm min lanqas biss kiteb l-isem tax-xogħlijiet fil-virgoletti, u aktar gravi, kien hemm min kiteb fuq xi xogħlijiet partikolari mingħajr ma kiteb fuq liema xogħol letterarju qiegħed jikteb. Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

  8. Ir-Rapport tal-Eżaminaturidwaril-Komponiment Letterarju (Mejju 2011) • Xi wħud taw l-isem ħażin tal-poeta jew tal-awtur jew ma semmew xejn. • Mill-banda l-oħra kien hemm min irrefera għall-poeta jew għall-awtur b’ismu biss. • Nuqqas ta’ sekwenza ta’ ideat u rabta bejn paragrafu u ieħor. Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

  9. Ir-Rapport tal-Eżaminaturidwaril-Komponiment Letterarju (Mejju 2011) B’mod ġenerali: 1. Tqassim ħażin ta’ paragrafi u nuqqas ta’ sekwenza ta’ ideat 2. L-ismijiet ta’ karattri ma jissemmewx, jew agħar minn hekk, tal-kittieba! 3. Introduzzjoni u Konklużjoni li ma jagħmlux sens 4. Xogħol qasir, u ma jingħatax in-numru ta’ kliem Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

  10. Ir-Rapport tal-Eżaminaturidwaril-Komponiment Letterarju (Mejju 2011) 5. Ftit jiktbu l-Komponiment Letterarju fit-Temp Imperfett, dak li fl-Ingliżngħidulu l-historic present. Għalhekk jgħidu “Oliver Friggieri qal …” minflok,u hawn tkun aħjar, “Oliver Friggieri jgħid …” Il-letteratura hija ħaġa ħajja uma tmut qatt, għalhekk aħjar jekk jintuża t-tempImperfett għalKomponiment Letterarju 6. Ħafna narrazzjoni u ftit argumenti b’rabta mas-suġġett tal-mistoqsija Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

  11. Ir-Rapport tal-Eżaminaturidwaril-Komponiment Letterarju (Mejju 2011) 7. Il-mod kif tikteb komponiment letterarju. Il-kandidati jiktbu isem il-poeżija,u jibdew jgħidu x’fiha. Ilestuha, paragrafu ieħor, poeżija oħra …u jibqgħusejrin l-istess. Lista sħiħa! M’hemm l-ebda kontinwità u uniżjoni fil-kitbameta jagħmlu hekk. Il-biċċa hi li din is-sena ftit kienu dawk li għamlu hekkħdejn is-snin l-imgħoddija, u dan jawgura tajjeb. Chairman tal-Bord tal-Eżaminaturi Mejju 2011 Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

  12. Ir-Rapport tal-Eżaminaturidwaril-Komponiment Letterarju (Mejju 2010) • Żommu mal-erba’ mitt kelma • Tgħallmul-ismijiet tax-xogħlijiet, tal-kittieba u tat-temi sew: “L-Għanja tar-Rebħa” (mhux “tar-Rebħ”); fis-sillabum’hemmx “It-tematal-Familja” imma t-tema “Ir-Rispettfil-Familja” • Għaddkbir ta’ KomponimentiLetterarjikienusuperfiċjaligħall-aħħar • Ħafnakandidatikemmqabdu u taw parafrażital-poeżijajewsilta ta’ prożamingħajr ma taw kastal-kliemkifinhumqiegħedeżattfil-mistoqsija Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

  13. Ir-Rapport tal-Eżaminaturi • Kienhemm xi wħud li saħansitraqabdu u taw parafrażi tat-tmiensiltiet tat-Taqsima, kollhakemmhuma, tkun xi tkunil-mistoqsijajiġifieri, u jgħidux’ġarafil-poeżija fi kliemhom. • Kulmataw hijabissnarrazzjonitas-siltiet. Għalhekk, ma jkunhemm l-ebdarelevanzagħat-titlu. • Dan jgħoddukollgħall-mistoqsijafuqil-ħsiebjew it-temaċentrali tar-Referenzagħall-Kuntest. Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

  14. Ir-Rapport tal-Eżaminaturi • Jekk tikkwotaw (u donnhom l-eżaminaturi jippretendu li jaraw xi kwotazzjonijiet) kunu preċiżi, inkella tużawx il-virgoletti doppji u xorta turu li l-poeżija tafuha sew. • Araw li kull paragrafu jkollu argument wieħed prinċipali u li kull paragrafu jintrabat ma’ ta’ qablu u ta’ warajh. • Ħafna kandidatijidhru li jsibuhadiffiċlibiexjiktbuintroduzzjonixierqa. Fil-fatt, numrukonsiderevolifl-introduzzjonitagħhomjiktbu l-mistoqsijakelmab’kelma. Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

  15. Ir-Rapport tal-Eżaminaturi • Jidher li l-eżaminaturi ma jridux li l-kandidati fl-eżami jsemmi xogħlijiet letterarji ’l barra mit-tema tagħhom. Ikkummentaw b’mod negattiv, ngħidu aħna, fuq persuna li semmiet “Il-Bejjiegħ tal-Gazzetti” f’mistoqsija dwar it-tema tal-“Karattri.” • Fil-komponimenti letterarji tal-istudenti, l-eżaminaturi jidher li jridu jaraw tqabbil (identifikazzjoni tax-xebh u l-kuntrasti) bejn xogħlijiet letterarji f’dik it-tema. Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

  16. Spunti u proposti għall-kitba tal-komponiment letterarju Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

  17. Qisu dawn l-affarijiet • Il-kitbiet kif qedjużawil-letteratura, il-lingwabiexjiżviluppawdawn it-temi? • L-emozzjonijiet lijesprimu • Ix-xbihat lijinqdewbihom • Importantili l-introduzzjonijiet u l-konklużjonijiet ma jkunuxl-istess għaxjagħtuimpressjoniħażinalill-eżaminaturi • Introduzzjoniu konklużjonigħandhomjiffukawfuq is-sustanzatal-mistoqsija li titwieġeb, fuqaspettiimportanti u rilevanti tat-tematal-mistoqsija. Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

  18. Il-Vetrina • Ngħidu aħna, fl-introduzzjonitista’ tniżżel l-aspettiewlenin tat-tema li fuqhomse tfassal il-paragrafi tal-komponimentletterarju • Il-konklużjoni(li m’għandhiextirrepeti d-diskorstal-mistoqsijajewtal-introduzzjoni) tista’ tiffokafuqaspett li tqisupartikolarmentimportanti u rappreżentattivtal-komponimentkollu: b’danil-mod tagħmel punt partikulariimmafuq argument ġenerali Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

  19. Il-Vetrina • Ngħidu aħna, tista’ tikteb dwar kif għall-kittieba Maltin l-ilsienMaltijirrappreżenta l-identitàMaltijakollhakemm hi, bl-istorja u l-uniċitàkulturalitagħha; jew dwar emozzjoni jewreazzjonikomunifil-kitbiet tat-tematal-“Protesta;” jewtagħmel kumment ġeneralidwar id-differenzafil-mod kifil-kittiebajħarsulejnir-relazzjonijietfil-familjafil-każ tat-tema “Ir-Rispett fil-Familja”. • Inkellatista’ tagħlaqil-komponimentb’osservazzjoniġeneralidwaril-mistoqsija li tkunweġibtimma li ma tkunxripetizzjoni ta’ dak li insistejtfuqudiġà. Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

  20. It-temi tal-komponiment

  21. It-temi tal-komponiment PROTESTA | kumment tal-eżaminaturi “San Niklaw,” “Jumir-Rebħ,” “Malta Ġennatal-Art,” “Tradiment,” “Ir-Raba' ta' Samwel,” “Ħitantas-Sejjieħ,” “Iż-Żabra,” “Ir-Ribelli” Ħaġa li l-Eżaminaturiltaqgħumagħhaspisskienet li l-kandidati ma jagħmluxdistinzjonibejnironija u sarkażmu meta jirreferugħal “Ħitantas-Sejjieħ” jew “Malta Ġennatal-Art.” Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

  22. It-temi tal-komponiment PROTESTA | tifsira • IRONIJA: kliem li jgħid mod u jfisseril-maqlub; immawkoll, “l-ironijatal-ħajja”: tistenna mod u jiġri mod ieħor, jewbil-maqlub. Eż. X’ironija! Iktar ma ħadtħsiebuiktartanibil-ħarta. • SARKAŻMU: tingiżfil-kitbajew it-taħdit; kliemoffensivu iebes; rimarkijewċajt li jweġġa’, li għandu l-ħsieb li jkisser. Ħafnadrabi s-sarkażmufih l-ironija, imma l-ironijamhuxbilforsikunfiha s-sarkażmu. Is-sarkażmuħafnadrabijesprimirabja. Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

  23. It-temi tal-komponiment PROTESTA | proposta għall-paragrafi L-awturi Maltin jipprotestaw kontra qawwiet, imġiba u sitwazzjonijiet li jxekkluhom • kontra l-ħakkiema barranin li ma jirrispettawx id-dinjità tal-Maltin • kontra s-soċjetà li tagħmel minn kollox biex tikkontrolla u ssikket lill-individwu • kontra l-mod kif il-poplu Malti stess qiegħed jeqred l-ambjent naturali tiegħu • Jużaw l-ironija u s-sarkażmu biex jesprimu l-protesta ħarxa tagħhom Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

  24. It-temi tal-komponiment PROTESTA | proposta għall-paragrafi • L-awturi jesprimu l-protesta tagħhom permezz ta’ għodod letterarji bħall-anafora (ħafna drabi għall-insistenza jew l-ironija) u l-apostrofi, l-indirizz • Il-protesta sikwit tinqeda bl-ironija jew saħansitra bis-sarkażmu; dan it-ton jaf jinħasskważikomikuimma taħtu jaħbi rabja u frustrazzjonikbira. Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

  25. It-temi tal-komponiment TIFKIRIET| skont Oliver Friggieri “Żjara lil Ġesù,” “L-Għajn fil-Misraħ,” “Il-Vapur tal-Art,” “Mal-Ewwel Qtar,” “Tifkiriet ta’ Tfuliti,” “L-Ewwel Darba li Ltqajt Magħha,” “Niftakar,” “Darba waħda għad-dawl tal-lampa” Skont Oliver Friggieri, tnejn mill-karatteristiċi ewlenin tal-letteratura Romantika Maltija huma: • “il-gost tan-nostalġija hienja u mnikkta” • “It-tiftixa ta’ kulma hu sabiħ u veru fl-imgħoddi” Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

  26. It-temi tal-komponiment TIFKIRIET | proposta għall-paragrafi • Lill-poeti u l-prożaturi l-memorji jagħtuhom sens ta’ identità, jagħtuhom individwalità, jagħmluhom persuni uniċi bi storja unika • Meta jiftakru fl-imgħoddi, il-kittieba sikwit jikkuntrastaw memorji sbieħ ma’ oħrajn koroh; kultant il-passat jarawh bħala ħafna isbaħ mill-preżent imwiegħer Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

  27. It-temi tal-komponiment TIFKIRIET | proposta għall-paragrafi • Waħda mit-tema ewlenin tat-Tifkiriet hija t-tfulija: il-kittieba Maltin sikwit jidealizzawha, jarawha bħala żmien mill-aqwa, isbaħ minn kull żmien ieħor. Jagħmlu hekk għax għadda ż-żmien minn fuqha? Għax hekk iridu jiftakruha? • It-tfulija jirrakkontawha b’ton pożittiv u b’metafori li juru sliem u n-nuqqas ta’ inkwiet u ħsibijiet tqal • Karatteristika ewlenija oħra ta’ dawn it-tifkiriet tat-tfulija hija l-enerġija, il-ħeffa u l-libertà individwali Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

  28. It-temi tal-komponiment TIFKIRIET | proposta għall-paragrafi Imma hemm ukoll tifkiriet oħrajn: • Ta’ pajsaġġ Maltiromantiċizzat • Ta’ relazzjonijiet li spiċċaw, ta’ nies deskritti bħala għeżieżli issamietu. • Ta’ relazzjonijiet ta’ mħabba • Ta’ kulturau drawwietqodma li jidhruaktarawtentiċi, aktar “veri” minn tal-preżent Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

  29. It-temi tal-komponiment KARATTRI | kummenti tal-eżaminaturi “Qasba,” “Mananni,” “Il-Ġlieda,” ““Laqgħa Ma' Poeta,” “Mill-Ġdid Poeta,” “Mass Meeting,” “Dak it-Taraġ,” “Jien Siġra Kbira” • F’din it-temajidher li l-eżaminaturijistennew li l-kandidatijagħmluanaliżital-karattri (u mhuxrakkont, x’aktarxtwilħafna, tal-istorja). • Jistennew li jkunhemmenfasifuqil-karatteristiċi u l-kwalitajiettal-karattri. Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

  30. It-temi tal-komponiment KARATTRI | kummenti tal-eżaminaturi • Jistennewukoll li l-kandidatijqabblu (jaraw ix-xebh u d-differenzi) bejnil-karattri u x-xogħlijietletterarjidifferenti • Għall-eżaminaturi, tweġibatajbaf’din it-tematal-“Karattri” tagħmel enfasifuq l-analiżital-karattruaktarmillifuqir-rakkonttal-istorja, immajkunfihawkollreferenzagħall-istorjasabiexil-karattrujitpoġġaf’kuntest u mhuxikuniżolat u vag. Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

  31. It-temi tal-komponiment KARATTRI | kummenti tal-eżaminaturi Uħud mill-kandidati li għażlu l-komponimentletterarjufuq din it-tema ma għarfuxjiktbufuqil-karattrinfushom li niltaqgħumagħhomfis-siltietjewpoeżiji. Minflokkitbu l-ħsiebtal-poeżijajewrakkontfil-qosortal-ġrajja ta’ proża. Ngħiduaħna, minflok ma kitbudwarx’tip ta’ karattrukellhaMananni, kienhemm min semma li Manannihijawaħda mill-karattri u komplabillikitebil-ħsiebtal-poeżijabl-istessisem. Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

  32. It-temi tal-komponiment KARATTRI | kummenti tal-eżaminaturi L-istessgħamel meta semmalil Caroline li hijakarattru li niltaqgħumiegħufis-silta “Dak it-Taraġ,” u mbagħadqagħadjirrakkontax’ġara fit-taraġtal-flat, kifqabbdulil min jaħslu, u l-bqija. Kienhemmukoll min semmalill-AvukatGattbħalakarattru li jimbuttak, imbagħadkitebrakkont ta’ “Mass Meeting” fil-qosor. Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

  33. It-temi tal-komponiment KARATTRI | proposta għall-paragrafi • ir-relazzjoni tal-individwu mal-bqija tas-soċjetà, diffikultà fil-komunikazzjoni • karattri solitarji kontra qalbhom; ritratt malikoniku ta’ nisa waħedhom, donnhom abbandunati • is-sens ta’ avventura fiż-żgħażagħ • il-bniedem li jkun jixtieq jinqata’ għalih waħdu imma s-soċjetà tħares lejh bl-ikrah Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

  34. It-temi tal-komponiment KARATTRI | proposta għall-paragrafi • il-karattru tal-poeti; x’tip ta’ bnedmin huma l-poeti, kif iħarsu lejhom in-nies • minn naħa karattri ġenwini li kapaċi jikkomunikaw ma’ ħaddieħor, jiftiehmu b’mod naturali;min-naħa l-oħra karattri indifferenti jew ġellieda, imqabbdin ma’ xulxin • karattri foloz, li juru wiċċ b’ieħor, fi ġlieda għall-poter, li jaraw biss l-interessi tagħhom; li l-interess tagħhom f’ħaddieħor huwa falz  Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

  35. It-temi tal-komponiment ĠRAJJA U IDENTITÀ| kumment tal-eżaminaturi “F’Ħaġar Qim,” “Il-Fidwa tal-Gżejjer," “Taħt in-Nar,” “Jum ir-Rebħ,” “Il-Għanja tar-Rebħa,” “Rewwixta,” “Il-Mandraġġ,” “Il-Malti - L-Ilsien Nazzjonali Tagħna” Ta’ min isemmi li, fit-tweġibatagħhom, xi kandidatijagħmlu l-iżball li jsemmu s-siltietkollhatat-tema, ankidawk li humairrelevantigħall-mistoqsija. Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

  36. It-temi tal-komponiment ĠRAJJA U IDENTITÀ| kumment ta’ Oliver Friggieri “F’Ħaġar Qim,” “Il-Fidwa tal-Gżejjer," “Taħt in-Nar,” “Jum ir-Rebħ,” “Il-Għanja tar-Rebħa,” “Rewwixta,” “Il-Mandraġġ,” “Il-Malti - L-Ilsien Nazzjonali Tagħna” Għal Oliver Friggieri waħda mill-karatteristiċi tar-Romantiċiżmu fil-letteratura Maltija hija “t-twemmin fin-nazzjon bħala jedd ta’ kull ċittadin u bħala dmir ċivili.” Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

  37. It-temi tal-komponiment ĠRAJJA U IDENTITÀ | proposta għall-paragrafi Il-kittieba Maltin kifjirrappreżentawlil Malta, lill-identitàMaltija, dak li skonthumajagħmilnaMaltin? Jiġifieri hawnhekk dejjem qed tikteb dwar il-karatteristiċi ewlenintal-identitàMaltijaskontil-kittiebaMaltin; il-ġrajjiet ta’ Malta huma skont kif jinterpretawhom huma. Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

  38. It-temi tal-komponiment ĠRAJJA U IDENTITÀ | proposta għall-paragrafi • Il-poeti u l-prożaturi Maltin jippreżentaw sensiela ta’ ġrajjiet storiċi li f’għajnejhom juru l-istorja unika tal-ġens Malti, l-identità kulturali komuni, il-qlubija, il-ġens Malti bħala “familja” waħda, ulied l-omm nazzjonali • Għalhekk il-kitbiet jippreżentaw l-eroj Maltin, kultant persuni partikulari, kultant komunità sħiħa Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

  39. It-temi tal-komponiment ĠRAJJA U IDENTITÀ | proposta għall-paragrafi • Għal dawn il-kittieba r-reliġjon Kattolika tinsab fil-qalba tal-ġrajja u l-identità tal-ġens Malti • Iċ-ċentralità tal-lingwa Maltija bħala simbolu u fl-istess ħin rappreżentazzjoni konkreta tal-identità u l-ġrajja tal-ġens Malti • Il-karattru tal-Maltin joħroġ l-iżjed fil-mumenti ta’ prova, bħal fi żmien il-gwerra u meta Malta tkun mhedda minn għedewwa barranin Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

  40. It-temi tal-komponiment ĠRAJJA U IDENTITÀ | proposta għall-paragrafi • Minkejja l-idealizzazzjoni tal-Maltin, speċjalment tal-imgħoddi, kittieba minn perjodi differenti kitbu dwar in-nuqqasijiet fil-ħajja tal-ġens Malti, il-faqar, in-nuqqas ta’ skola, il-problemi soċjali Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

  41. It-temi tal-komponiment IR-RISPETT FIL-FAMILJA| kumment tal-eżaminaturi “Lullaby. Lil Yevgeny,” “Il-Bejjiegħtal-Gazzetti,” “Ir-Raġeltal-Klieb,” “Missier u Iben,” “Mur OrqodBinti,” “Demgħattas-Silġ,” “Sentiment” • Skont l-eżaminaturi, f’din it-tema l-kandidatigħandhomjiktbudwarrabtiettajbin u ħżiena li jistgħujeżistuf’familja • Ir-relazzjonijietmhuxpożittivijidhrufil-poeżija “Demgħattas-Silġ” u r-rakkont “Ir-Raġeltal-Klieb” (b’enfasifuqir-relazzjonidiffiċli, jew in-nuqqas ta’ relazzjoni, bejnir-raġel u martu) Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

  42. It-temi tal-komponiment IR-RISPETT FIL-FAMILJA | proposta għall-paragrafi • Il-poeti u l-prożaturi Maltin sikwit jiffukaw fuq l-ulied u r-relazzjoni tagħhom mal-ġenituri li ħafna drabi tkun pożittiva, imma mhux dejjem • kultant naraw din ir-relazzjoni min-naħa tal-missier, kultant min-naħa tal-wild • Kif iġibu ruħhom l-ulied mal-ġenituri, u l-ġenituri mal-ulied • X’tip ta’ xbihat jew metafori huma assoċjati mal-familja f’dawn il-kitbiet letterarji Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

  43. It-temi tal-komponiment IR-RISPETT FIL-FAMILJA | proposta għall-paragrafi • X’tip ta’ emozzjonijiet jesprimu dawn il-poeżiji u s-siltiet ta’ proża • X’tip ta’ sitwazzjonijiet li jirrakkontaw • X’tip ta’ relazzjonijiet jirrakkontaw bejn il-ġenituri, bejn l-aħwa Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

  44. Kif tħejji ruħek għall-komponiment letterarju | proposta tal-aħħar Biex tistudja u fl-istess ħin ma tongħosx • Oħloq tabella bil-kaxxi għal kull tema, fuq ix-xellug agħmel il-lista tal-kitbiet taħt xulxin; u fuq niżżel l-aspetti differenti ta’ dik it-tema partikulari • Fassal l-aspetti differenti ta’ kull tema li se tikteb fin-naħa ta’ fuq skont dak li ssib fil-kitbiet ta’ dik it-tema • F’kull kaxxa ħdejn kull waħda mill-kitbiet immarka jekk dak l-aspett jidhirx f’dik il-kitba Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES

  45. Nota tal-aħħar Dawn in-noti huma osservazzjonijiet maħsuba biex jgħinu lill-istudenti jorganizzaw l-istudju u jagħmlu l-analiżi tagħhom tal-kitbiet letterarji bi tħejjija għall-kitba tal-komponiment letterarju fl-eżami tal-Malti taċ-ĊES fl-2013. L-aspetti li nsemmi tat-temi differenti biex fuqhom jitfasslu l-paragrafi tal-komponiment letterarji huma biss proposti li permezz tagħhom tistgħu tidentifikaw l-aspetti tagħkom. Naturalment, kull komponiment irid jorbot sew mal-mistoqsija li titwieġeb. Dr Adrian Grima

More Related