1 / 8

Julianne Marie Vella

Il-Ġrajja tal-Milied. Julianne Marie Vella. It-Tħabbira ta’ l-Anġlu Alla bagħat l-anġlu G abrijel f’belt tal- G alilija , jisimha Nażaret, għand Marija li kienet mgħarrsa ma’ Ġu ż eppi minn dar David.

Télécharger la présentation

Julianne Marie Vella

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Il-Ġrajja tal-Milied Julianne Marie Vella

  2. It-Tħabbira ta’ l-Anġlu Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f’belttal-Galilija, jisimha Nażaret, għand Marija li kienet mgħarrsa ma’ Ġużeppi minn dar David. Daħal l-anġlu għandha u qalilha: “Sliem għalik,ja mimlija bil-grażżja! Il-Mulej miegħek”. Marija qalet “Hawn hi l-qaddejja tal-Mulej,ikunli skond kelmtek.” U telaq l-anġlu minn ħdejha. Luqa 1

  3. Jitwieled Ġesu` Kien hemm mexxej jismu Ċesari li ordna lil kulħadd biex jerġa’ jmur lura fil-belt li kien twieled fiha għax ried jgħodd in-nies kollha li kienu jgħixu fis-saltna tiegħu. Għalhekk Marija u Ġużeppi marru Betlehem. Marija kienet se twelled lit-tarbija tagħha dalwaqt. Meta waslu Betlehem, bdew ifittxu post fejn jorqdu, imma l-lukandi kienu kollha mimlijin. Luqa 2:1-7

  4. Fl-aħħar kien hemm raġel li ried jgħinhom. Qalilhom “Ma baqagħlix kmamar vojta fil-lukanda, imma jekk tridu, tistgħu torqdu fl-istalla ta’ l-annimali.” Dak il-lejl twieled Ġesu’ tarbija. Marija geżwret lil Ġesu`u poġġietu ġo maxtura fuq it-tiben biex jisħon.

  5. Ir-Rgħajja Jmorru Jaraw lil Ġesu’ Fil-lejl li twieled fih Ġesu’, kien hemm xi rgħajja li kienu qegħdin fl-għelieqi bin-nagħaġ tagħhom. F’daqqa waħda ġie ħdejhom anġlu ta’ Alla u deher ħafna dawl madwarhom. L-anġlu qalilhom, “Tibżġħux, għax ġejt nagħtikom aħbar sabiħa ghad-dinja kollha. Illum fil-belt ta’ Betlehem twieled SALVATUR! Issibuh ġo maxtura.”

  6. Imbagħad ġew aktar anġli u bdew ikantaw, “Ġlorja lil Alla fil-għoli tas-smewwiet u paċi fl-art lill-bnedmin kollha!” Ir-rgħajja marru jiġru lejn Betlehem. Hemmhekk sabu lil Ġesu’ tarbija. Lil Marija u Ġuzeppi qalulhom kull ma kien qalilhom l-anġlu. Meta ħargu mill-istalla biex imorru lura lejn l-għelieqi man-nagħaġ tagħhom,ir-rgħajja bdew jgħidu b’kollox lil kulħadd. Matul it-triq kollha bdew ifaħħru lil Alla.

  7. Stilla Kbira u Tliet Mistednin Meta twieled Ġesu’,Alla poġġa stilla speċjali fis-sema Kien hemm xi rġiel għorrief li kienu jgħixu `l bogħod li raw din l-istilla speċjali. Kienu jafu li dan kien sinjal minn Alla li kien twieled re ġdid. L-irġiel għorrief bdew jimxu ma`l-istilla biex jaraw fejn kienet se twassalhom. L-istilla wasslet lill-irġiel għorrief fil-Belt ta’ Betlehem. Hemmhekk sabu lil Ġesu’. Huma tawh qima u offrewlu rigali: deheb, inċens u mirra. Mattew 2:1-12

  8. Jien hu d-dawl tad-dinja; min jimxi warajja ma jimxix fid-dlam, imma jkollu d-dawl tal-ħajja. Ġwanni 8

More Related