1 / 28

I ssiru bħal allat, li jafu t-tajjeb u l-ħażin.

Qari mill- Ktieb tal - Ġ enesi Ġ en 3 , 1- 8. I ssiru bħal allat, li jafu t-tajjeb u l-ħażin. Is-serp kien l-aktar wieħed li ji l ħaqlu fost l-annimali selvaġġi kollha, li kien għamel il-Mulej Alla. U qal lill-mara: “Tassew li Alla qalilkom: <La tiklux mis-siġar. kollha tal-ġnien>?”

arnie
Télécharger la présentation

I ssiru bħal allat, li jafu t-tajjeb u l-ħażin.

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Qari mill-Ktiebtal-Ġenesi Ġen 3, 1-8 Issiru bħal allat, li jafu t-tajjeb u l-ħażin.

  2. Is-serp kien l-aktar wieħed li jilħaqlu fost l-annimali selvaġġi kollha, li kien għamel il-Mulej Alla. U qal lill-mara: “Tassew li Alla qalilkom: <La tiklux mis-siġar

  3. kollha tal-ġnien>?” U l-mara wieġbet lis-serp: “Mill-frott tas-siġar fil-ġnien nistgħu nieklu. Imma mill-frott li hemm f’nofs il-ġnien, Alla qalilna: <La tiklux

  4. minnu, u lanqas ma għandkom tmissuh, inkella tmutu.>” U s-serp qal lill-mara: “Le, żgur ma tmutux. Imma Alla jaf li dakinhar li tieklu minnu jinfetħu

  5. għajnejkom u ssiru bħal allat, li jafu t-tajjeb u l-ħażin.” U l-mara rat li s-siġra kienet tajba għall-ikel u tiġbdek fil-għajn, u s-siġra tħajrek biex tikseb

  6. id-dehen; u ħadet mill-frott u kielet. Imbagħad tat ukoll lil żewgħa, li kien magħha, u kiel. U nfetħu għajnejhom it-tnejn u ntebħu li kienu għerja, u ħietu weraq tat-tin, u

  7. għamlu iħżma. • U semgħu ħoss il-Mulej Alla jitlajja fil-ġnien • għaż-żiffa tal-jum, u nħbew Adam u martu minn wiċċ il-Mulej Alla qalb is-siġar tal-ġnien.

  8. Il-Kelmatal-Mulej. R:/ IrrodduħajrlilAlla

  9. Salm Responsorjali R:/ Hieni l-bniedem li ħtijietu maħfura

  10. Hieni l-bniedem li ħtijietu maħfura, li għandu d-dnub tiegħu mistur!

  11. Hieni l-bniedem li ebda ħażen ma jgħoddlu l-Mulej, u ma għandu ebda qerq f’qalbu!

  12. R:/ Hieni bniedem li ħtijietu maħfura

  13. Id-dnub tiegħi jien stqarrejtlek, u l-ħażen tiegħi ma ħbejthulekx.

  14. Jien għedt: “Quddiem il-Mulej nistqarr ħtijieti.” U int ħfirtli l-ħażen tad-dnub tiegħi.

  15. R:/ Hieni bniedem li ħtijietu maħfura

  16. Għalhekk kull min hu twajjeb lilek jitlob fi żmien in-niket. Jekk ifuru ilmijiet kotrana, lilu qatt ma jilħquh.

  17. R:/ Hieni bniedem li ħtijietu maħfura

  18. Int kenn għalija, mit-taħbit tħarisni, iddawwarni u tferraħni bil-ħelsien tiegħek.

  19. R:/ Hieni bniedem li ħtijietu maħfura

  20. Hallelujah, Hallelujah Hallelujah Iftħilna qalbna Mulej, biex nifhmu l-kelma ta’ Ibnek. Hallelujah, Hallelujah

  21. Qari mill-Evanġelju skont San Mark Mk 7, 31-37 R:/ Glorjalilek Mulej Jagħti s-smigħ lit-torox u l-kliem lill-imbikkmin.

  22. F’dak iż-żmien, Ġesù raġa telaq mill-inħawi tal-belt ta’ Tir, għadda minn Sidon lejn il-baħar tal-Galilija, fl-inħawi tad-Dekapoli. U ġabulu wieħed, trux u mbikkem, u talbuh

  23. iqegħedlu idu fuqu. Ġesù ħarġu għalih waħdu minn qalb in-nies, daħħal subgħajh f’widnejh u messlu lsienu bir-riq tiegħu. Imbagħad refa’ għajnejh lejn is-sema,

  24. tniehed tnehida, u qallu: “Effata” jiġifieri: “Infetaħ!” U minnufih widnejh infetħulu, l-irbit ta’ lsienu nħallu u qabad jitkellem

  25. sewwa. Ġesù wissiehom biex jgħidulil ħadd; iżda aktar ma wissiehom, aktar bdew ixandruh. U mimlijin bil-għaġeb, bdew jgħidu:

  26. “Kollox għamel tajjeb: jagħti s-smigħ lit-torox u l-kliem lill-imbikkmin!”

  27. Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu

  28. ĦSIEB

More Related