1 / 63

IL-FALLIMENT TAL-BNIEDEM: ID-DNUB

IL-FALLIMENT TAL-BNIEDEM: ID-DNUB. www.ofm.org.mt. L-1 QARI Qari mill-Ktieb tal-Ġenesi Ġen 2, 7-9, 3, 1-7. Il-Mulej Alla sawwar il-bniedem mit-trab ta’ l-art u nefaħlu n-nifs tal-ħajja fi mnifsejh, u l-bniedem ħa r-ruħ.

Télécharger la présentation

IL-FALLIMENT TAL-BNIEDEM: ID-DNUB

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. IL-FALLIMENT TAL-BNIEDEM:ID-DNUB www.ofm.org.mt

  2. L-1 QARIQari mill-Ktieb tal-ĠenesiĠen 2, 7-9, 3, 1-7

  3. Il-Mulej Alla sawwar il-bniedem mit-trab ta’ l-art u nefaħlu n-nifs tal-ħajja fi mnifsejh, u l-bniedem ħa r-ruħ.

  4. Imbagħad il-Mulej Alla ħawwel ġnien f’Għeden, lejn il-Lvant, u fih qiegħed lill-bniedem li kien sawwar.

  5. U l-Mulej Alla nibbet mill-art kull għamla ta’ siġar, li kienu jgħaxxquk tarahom u tajbin għall-ikel.

  6. U f’nofs il-ġnien kien hemm is-siġra tal-ħajja u s-siġra tal-għerf dwar it-tajjeb u l-ħażin.

  7. Is-serp kien l-iżjed ħażin fost l-annimali selvaġġi kollha li l-Mulej Alla għamel. Lill-mara qalilha:

  8. “Minnu li Alla qalilkom biex ma tieklu minn ebda siġra tal-ġnien?” Il-mara weġbitu lis-serp:

  9. “Aħna mis-siġar kollha nistgħu nieklu; iżda mill-frott tas-siġra li hemm f’nofs il-ġnien Alla qalilna,

  10. ‘Tiklux minnu u la tmissuhx, biex ma tmutux.’”

  11. U s-serp qal lill-mara: “U le, ma tmutux! Dak għax Alla jaf li, malli tieklu minnu,

  12. għajnejkom jinfetħu u ssiru bħal Alla, tagħarfu t-tajjeb u l-ħażin.”

  13. U l-mara rat li s-siġra kienet tajba għall-ikel u tiġbdek tħares lejha, siġra għad-dehen ta’ min jixtieqha;

  14. u ħadet mill-frott tagħha u kilitu, u magħha tat lil żewġha wkoll, u kiel.

  15. U għajnejn it-tnejn infetħu u ntebħu li kienu għarwenin; u ħietu weraq tat-tin ma’ xulxin u għamlu ħżimijiet għalihom.

  16. Il-Kelma tal-MulejInroddu ħajr lil Alla

  17. Ħenn għalina, Mulej, għaliex dnibna. SALM RESPONSORJALISalm 50

  18. Ikollok ħniena minni, o Alla, fi tjubitek,fil-kobor tal-ħniena tiegħek ħassar ħtijieti.Aħsilni kollni mill-ħtija tiegħi,naddafni mid-dnub tiegħi.

  19. R/. Ħenn għalina, Mulej, għaliex dnibna.

  20. Għax jien nistqarr ħtijieti,dnubieti dejjem quddiemi.Quddiemek biss jien dnibt,u dak li hu ħażin f’għajnejk għamilt.

  21. R/. Ħenn għalina, Mulej, għaliex dnibna.

  22. Oħloq fija, o Alla qalb safja,ġedded ġewwa fija ruħ sewwa.La twarrabnix minn quddiemek,u tneħħix minni l-ispirtu qaddis tiegħek.

  23. R/. Ħenn għalina, Mulej, għaliex dnibna.

  24. Roddli l-hena tas-salvazzjoni tiegħek,u bi spirtu qalbieni wettaqni.Mulej, iftaħli xofftejja,u fommi jxandar it-tifħir tiegħek.

  25. R/. Ħenn għalina, Mulej, għaliex dnibna.

  26. IT-TIENI QARIQari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lir-RumaniRum 5, 12-19

  27. Ħuti: Bħalma kien permezz ta’ bniedem wieħed li fid-dinja daħal id-dnub u,

  28. permezz tad-dnub, il-mewt, u hekk il-mewt laħqet il-bnedmin kollha, għax kollha dinbu –

  29. Għax sakemm kienet għadha ma waslitx il-liġi, id-dnub kien ġa fid-dinja;

  30. imma d-dnub ma kienx meqjus, ladarba liġi ma kienx hemm.

  31. Madankollu l-mewt saltnet ukoll minn Adam sa Mose`,

  32. imqar fuq dawk li ma waqgħux fid-dnub li fih kien waqa’ Adam, li kien xbieha ta’ dak li kellu jiġi.

  33. Imma d-don mhuwiex bħall-ħtija. Għax jekk permezz ta’ ħtija waħda mietet il-kotra,

  34. aktar u aktar il-grazzja ta’ Alla u d-don mogħti bil-grazzja ta’ bniedem wieħed, lihuĠesùKristu, xterdubil-bostafuqil-kotra.

  35. U d-don anqas ma hu bħall-frott ta’ dak il-wieħed li dineb.

  36. Għax tassew, il-ġudizzju mogħti fuq dnub wieħed wassal sal-kundanna,

  37. iżda d-don mogħti wara ħafna dnubiet iwassal għall-ġustifikazzjoni.

  38. Għaxjekkminħabbafil-ħtijata’ wieħedsaltnetil-mewtpermezzta’ dakil-wieħed,

  39. aktar u aktar dawk li jirċievu l-kotra tal-grazzja u

  40. d-don tal-ġustifikazzjoni għad isaltnu fil-ħajja permezz ta’ wieħed, li hu Ġesù Kristu.

  41. Mela bħalma bil-ħtija ta’ wieħed waslet il-kundanna fuq il-bnedmin kollha,

  42. hekk ukoll bl-opra tal-ġustizzja ta’ wieħed waslet lill-bnedmin kollha l-ġustifikazzjoni li tagħti l-ħajja.

  43. Għaxkif bid-diżubbidjenzata’ bniedemwieħedil-ħafnasarumidinbin,

  44. hekkukollbl-ubbidjenzata’ wieħedil-ħafnajsiruġusti.

  45. Il-Kelma tal-MulejInroddu ħajr lil Alla

  46. Glorja u tifħir lilek, Kristu!Il-bniedem mhux bil-ħobż biss igħix,imma b’kull kelma li toħroġ minn fomm Alla.Glorja u tifħir lilek, Kristu!

  47. L-EVANĠELJUQari mill-Evanġelju ta’ San MattewMt 4, 1-11

  48. F’dak iż-żmien: L-Ispirtu ħa ’l Ġesù fid-deżert biex ix-Xitan iġarrbu.

  49. U Ġesù baqa’ sajjem għal erbgħin jum u erbgħin lejl u fl-aħħar ħadu l-ġuħ.

  50. U resaq it-tentatur u qallu: “Jekk inti Bin Alla, ordna li dan il-ġebel isir ħobż.”

More Related