1 / 26

Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2 Kor 4 , 7 - 15

Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2 Kor 4 , 7 - 15. Dak li qajjem lill-Mulej Ġesù, lilna wkoll għad iqajjimna flimkien ma’ Ġesù u jressaqna quddiemu flimkien magħkom. Ħuti, aħna għandna t-teżor f’ġarar tal-fuħħar, ħalli b’hekk jidher sewwa li

caelan
Télécharger la présentation

Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2 Kor 4 , 7 - 15

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Qarimit-TieniIttra ta’ San Pawl Appostlulill-Korintin 2 Kor4, 7-15 Dak li qajjem lill-Mulej Ġesù, lilna wkoll għad iqajjimna flimkien ma’ Ġesù u jressaqna quddiemu flimkien magħkom.

  2. Ħuti, aħna għandna t-teżor f’ġarar tal-fuħħar, ħalli b’hekk jidher sewwa li l-kobor ta’ din il-qawwa ġej minn Alla, u mhux minna. Aħna minn kullimkien ninsabu magħfusin, iżda

  3. m’aħniex mgħattnin; imħassbin, iżda ma għandniex qalbna maqtugħa; ippersegwitati, iżda m’aħniex abbandunati; mixħutin mal-art, iżda m’aħniex

  4. meqrudin. F’ġisimna dejjem inġorru l-mewt ta’ Ġesù, biex f’ġisimna tidher ukoll il-ħajja ta’ Ġesù. Għax aħna, għad li qegħdin ngħixu, ninsabu dejjem mogħtija

  5. għall-mewt minħabba f’Ġesù biex il-ħajja ta’ Ġesù wkoll tkun tidher fil-ġisem tagħna li jmut. U b’hekk fina taħdem il-mewt, imma fikom taħdem il-ħajja. Imma billi

  6. aħna għandna l-istess spirtu ta’ fidi li fuqu hemm miktub: “Emmint, u għalhekk tkellimt”, aħna wkoll emminna, u għalhekk tkellimna; għax

  7. nafu li dak li qajjem lill-Mulej Ġesù, lilna wkoll għad iqajjimna flimkien ma’ Ġesù u jressaqna quddiemu flimkien magħkom. Għax dan kollu minħabba

  8. fikom, biex il-grazzja tilħaq ħafna bnedmin oħra, u b’hekk jitkattar ir-radd ta’ ħajr, għall-glorja ta’ Alla.

  9. Il-Kelmatal-Mulej. R:/ IrrodduħajrlilAlla

  10. Salm Responsorjali R:/ Lilek noffri Mulej, sagrifiċċju ta’ radd il-ħajr

  11. Bqajt nemmen, imqar meta għedt: “Jiena mdejjaq ħafna.” Jien għedt fin-niket tiegħi: “Qarrieq hu kull bniedem.”

  12. R:/ Lilek noffri Mulej, sagrifiċċju ta’ radd il-ħajr

  13. Għażiża f’għajnejn il-Mulej hi l-mewt tal-ħbieb tiegħu. Iva, Mulej, jien qaddej tiegħek,

  14. jien qaddej tiegħek, bin il-qaddejja tiegħek. Int ħallejtli l-irbit tiegħi.

  15. R:/ Lilek noffri Mulej, sagrifiċċju ta’ radd il-ħajr

  16. Lilek noffri sagrifiċċju ta’ radd il-ħajr, u isem il-Mulej insejjaħ. Intemm lill-Mulej il-wegħdiet tiegħi, quddiem il-poplu tiegħu kollu.

  17. R:/ Lilek noffri Mulej, sagrifiċċju ta’ radd il-ħajr

  18. Hallelujah, Hallelujah Hallelujah Iddu fid-dinja bħal kwiekeb, u żommu sħiħ il-kelma tal-ħajja. Hallelujah, Hallelujah

  19. Qari mill-Evanġelju skontSan Mattew Mt 5, 27-32 R:/ GlorjalilekMulej Kull min iħares lejn mara biex jixtieqha jkun ġa għamel adulterju magħha f’qalbu.

  20. F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Smajtu xi ntqal: <La tagħmilx adulterju.> Imma jiena ngħidilkom li kull min iħares lejn mara biex jixtieqha jkun ġa

  21. għamel adulterju magħha f’qalbu. Jekk għajnek il-leminija hi għalik okkażjoni ta’ dnub, aqlagħha barra u armiha ’l bogħod minnek, għax aktar ikun jaqbillek jekk

  22. tintiliflek biċċa waħda minn ġismek milli ġismek kollu jinxteħet fl-infern. U jekk idek il-leminija hi għalik okkażjoni ta’ dnub, aqtagħha barra u armiha ’l bogħod minnek, għax

  23. aktar ikun jaqbillek jekk tintiliflek biċċa waħda minn ġismek milli ġismek kollu jmur fl-infern. Intqal ukoll: <Min jibgħat lil martu jkollu jagħtiha l-kitba tad-divorzju.>

  24. Imma jiena ngħidilkom li kull min jibgħat lil martu barra l-każ ta’ żwieġ ħażin, iwaqqagħha fl-adulterju; u min jiżżewweġ waħda mibgħuta minn ħaddieħor jagħmel adulterju.”

  25. Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu

  26. ĦSIEB

More Related