1 / 41

Is-Sena Litur ġika

Is-Sena Litur ġika. Unit 3 : Il-Kalendarju Lezzjoni 4. Il- ġ rajjiet ta’ Ġ esù matul is-sena. Biex niftakru fil- ġ rajjiet il-kbar ta’ Ġ esù, a ħ na l-insara nie ħ du ż - ż mien ta’ sena. Fost il- ġ rajjiet infakkru:. Meta twieled fl-g ħ ar ta’ Betlehem. Meta wera ruħu lill-Maġi.

Télécharger la présentation

Is-Sena Litur ġika

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Is-Sena Liturġika Unit 3: Il-Kalendarju Lezzjoni 4

  2. Il-ġrajjiet ta’ Ġesù matul is-sena. Biex niftakru fil-ġrajjiet il-kbar ta’ Ġesù, aħna l-insara nieħdu ż-żmien ta’ sena. Fost il-ġrajjiet infakkru:

  3. Meta twieled fl-għar ta’ Betlehem.

  4. Meta wera ruħu lill-Maġi.

  5. Meta tgħammed fix-xmara Ġordan.

  6. Meta daħal fuq felu f’Ġerusalemm.

  7. Meta miet għalina fuq is-salib.

  8. Meta qam mill-mewt.

  9. Meta tela’ s-sema.

  10. Meta bagħat l-Ispirtu s-Santu fuq il-Knisja.

  11. Permezz ta’ dawn il-ġrajjiet, Ġesù ta l-akbar qima lil Alla. Ġesù jkun magħna biex bħalu u miegħu nagħtu tifħir lil Alla permezz ta’ dawn il-festi.

  12. Is-sena tal-Knisja Is-sena tal-Knisja jew is-Sena Liturġika hija maqsuma f’ ħames taqsimiet kbar. Dawn ifakkruna fil-ġrajjiet importanti fil-ħajja ta’ Ġesù.

  13. Żmien l-Avvent Jibda erbat Iħdud qabel il-Milied. Huwa żmien ta’ preparazzjoni għall-miġja ta’ Ġesù.

  14. Nużaw il-kulur vjola li jfisser li l-Avvent hu żmien ta’ tħejjija.

  15. Żmien l-Avvent Waħda mill-festi li niċċelebraw dan iż-żmien hija l-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni fit-8 ta’ Diċembru.

  16. Żmien il-Milied Dan iż-żmien jiġi eżatt wara l-Avvent. F’dan iż-żmien nifirħu bil-miġja ta’ Ġesu’ fostna bħala tarbija.

  17. Jintuża l-kulur abjad tad-dawl għax Ġesù twieled Biex ikun ix-xemx li ddawwal Il-ħajja tagħna.

  18. Żmien il-Milied Fi żmien il-Milied niċċelebraw il-festa tal-Epifanija, meta Ġesù wera ruħu lill-Maġi. Din il-festa tiġi ċċelebrata fl-ewwel Ħadd ta’ Jannar.

  19. Żmien ir-Randan Wara ftit Ħdud jibda r-Randan. Ir-Randan huwa erbgħin jum ta’ penitenza u preparazzjoni għall-Għid il-Kbir.

  20. Nużaw il-kulur vjola li huwa l-lewn tal-penitenza.

  21. Żmien ir-Randan Fi żmien ir-Randan tiġi l-festa ta’ San Ġużepp nhar id-19 ta’ Marzu. Festi oħra li niċċelebraw fir-Randan huma:

  22. Marija Addolorata

  23. Ħadd il-Palm

  24. Ħamis ix-Xirka

  25. Il-Ġimgħa l-Kbira

  26. Żmien il-Għid Żmien il-Għid huwa żmien ta’ ferħ u festa għax fih nithennew bil-Qawmien ta’ Ġesù mill-mewt. Dan iż-żmien idum 50 jum.

  27. Matulu nużaw il-kulur abjad li jfisser il-ferħ li għandna nħossu f’dan iż- żmien.

  28. Żmien il-Għid L-Għid il-Kbir jiftaħ Żmien il-Għid. Festi oħra li niċċelebraw f’dan iż-żmien huma:

  29. Lapsi (Tlugħ il-Mulej fis-sema)

  30. Għid il-Ħamsin (Inżul l-Ispirtu s-Santu fuq il-Knisja)

  31. Żmien Matul is-Sena Din hija l-itwal taqsima tas-sena tal-Knisja. Matul dan iż-żmien naħsbu fuq it-tagħlim u l-mirakli li għamel Ġesù biex insiru aktar nixbhuh.

  32. Matul dan iż-żmien jintuża l-kulur aħdar, il-lewn tal-ħajja u li jfisser it-tama.

  33. Żmien Matul is-Sena F’dan iż-żmien jiġu ċċelebrati numru ta’ festi lill-Madonna u lill-qaddisin. Fost dawn insemmu:

  34. In-Nawfraġju ta’ San Pawl (10 ta’ Frar)

  35. San Pietru u San Pawl (29 ta’ Ġunju)

  36. Santa Marija (15 t’Awissu)

  37. It-Twelid tal-Madonna (8 ta’ Settembru)

  38. Il-Qaddisin Kollha (1 ta’ Novembru)

  39. Kristu Re (L-aħħar Ħadd tas-Sena Liturġika)

  40. Ġesù huwa ċ-ċentru tal-ħajja tagħna li ngħixu matul is-sena

  41. TmiemPaul Anthony Rapa

More Related