120 likes | 374 Vues
Iż-żu tiegĦi. Julianne Marie Vella Il-Ħames Sena. Jiena Julianne u nħossni xortija tajba għax in-nannu tiegħi tani ħafna flus u għaldaqstant irnexxieli nwettaq il-ħolma tiegħi. Bnejt l-isbaħ żu fid-dinja. Iddecidejt li nixtri biċċa art f’Ħal Għaxaq.
E N D
Iż-żu tiegĦi Julianne Marie Vella Il-Ħames Sena
Jiena Julianne u nħossni xortija tajba għax in-nannu tiegħi tani ħafna flus u għaldaqstant irnexxieli nwettaq il-ħolma tiegħi.
Bnejt l-isbaħ żu fid-dinja. Iddecidejt li nixtri biċċa art f’Ħal Għaxaq. Din il-biċċa art xtaqt nużaha u nibni żu mdaqqas jismu “Tagħna t-Tfal”.
Fiż-żu hemm:- Panda ħelwa; Kukkudrilli ħodor ħaxix; Għasafar ta’ kull tip; u diversi annimali oħra.
Iż-żu kien inawgurat mill-President ta’ Malta Dr. George Abela. Id-donazzjonijiet marru għall-Community Chest Fund. L-inawgurazzjoni saret fl-ewwel ta’ Ottubru 2012.
Din l-attivita’ bdiet fis-sebgħa u nofs ta’ filgħaxija u spiċċat fid-disgħa nieqes kwart. Kien hemm diversi kantanti li kantaw kanzunetti mill-isbaħ. In-nies li attendew kellhom l-opportunita’ li jitimgħu l-annimali bl-ikel li kien mogħti lilhom minn min jieħu ħsieb iż-żu.
Fiż-żu hemm funtana enormi u madwarha jgħixu annimali tal-ilma fosthom dniefel, papri, kukkudrilli, pengwini u ħut. Din il-funtana hi maqsumha f’erba’ biċċiet. L-ewwel biċċa hi għall-erba’ pengwini.
Il-pengwini jħobbu joqogħdu taħt in-nixxiegħa ta’ l-ilma ġieri u fil-borra sabiex ikunu jistgħu jgħixu fl-ambjent naturali tagħhom. Fit-tieni parti joqogħdu l-kukkudrilli. Kulħadd jibża’ meta jiftħu għajnejhom.
It-tielet biċċa tal-funtana hi tal-ħut u tal-papri. B’kollox hemm erbgħin ħuta ta’ kull tip u lewn. Hemm tlettax-il papra u tliet ċinji.
L-iżjed parti favurita tiegħi hi fejn jaqbżu u jogħlew id-dniefel mal-mużika maġika li ddoqq il-ħin kollu. Dawn huma annimali intelliġenti u għalhekk jitgħallmu malajr. Għandhom il-lingwa tagħhom ukoll.
Fiż-żu hemm ukoll żona ta’ rikreazzjoni għal min iżur il-post. It-tfal kollha jkunu jistgħu jistrieħu, jilagħbu u jieħdu gost flimkien f’din il-ġenna tal-art Maltija.
Naħseb li n-nies se jiġu u jieħdu gost jaraw l-annimali sbieħ u extraordinarji taż-żu tiegħi “Tagħna t-Tfal”.