00:00

The Journey of Jacob and His Family to Egypt

In this biblical passage from the Book of Genesis, Jacob and his family journey to Egypt due to a severe famine. God assures Jacob of protection and promises that Joseph will close his eyes in peace. The narrative unfolds as they settle in the land of Goshen, where Joseph meets his father. The passage concludes with Israel expressing his readiness to die after seeing Joseph alive.

clajer
Télécharger la présentation

The Journey of Jacob and His Family to Egypt

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Qari mill-Ktieb tal-Ġenesi Ġen 46, 1-7. 28-30

  2. F’dak iż-żmien, Iżrael telaq b’kulma kellu u ġie Birsaba, u hemm offra saġrifiċċji lil Alla ta’ missieru Iżakk.

  3. U Alla kellem lil Iżrael f’dehra billejl u qallu: “Ġakobb, Ġakobb!”. Hu wieġeb: “Hawn jien!”

  4. U kompla Alla: “Jiena Alla, Alla ta’ missierek. La tibżax tinżel l-Eġittu, għax hemm għad nagħmlek ġens kbir.

  5. Jien ninżel miegħek l-Eġittu, u jien għad intellgħek minn hemm, u id Ġużeppi għad tagħlaqlek għajnejk”.

  6. U Ġakobb telaq minn Birsaba; u wlied Iżrael rikkbu lil Ġakobb missierhom, u ż-żgħar tagħhom, u n-nisa tagħhom

  7. fuq il-karrijiet li kien bagħtilhom il-Fargħun biex iġorruh. U ħadu magħhom l-imrieħel u l-ġid li rnexxielhom iħasslu fl-art

  8. ta’ Kangħan, u waslu l-Eġittu, Ġakobb u miegħu n-nisel kollu tiegħu: uliedu u wlied uliedu miegħu, bnietu u bniet uliedu, u

  9. nislu kollu ġieb miegħu l-Eġittu. U Ġakobb bagħat lil Ġuda qablu għand Ġużeppi, biex jiltaqa’ miegħu f’Gosen;

  10. u huma ġew fl-art ta’ Gosen. U Ġużeppi rama l-karru tiegħu u mar jiltaqa’ ma’ Iżrael, missieru, f’Gosen. Malli deher

  11. quddiemu nxteħet fuq għonqu u baqa’ għal ħafna żmien mgħannaq miegħu u jibki. U Iżrael qal lil Ġużeppi:

  12. “Ħa mmut issa li rajt ’il wiċċek, issa li naf li għadek ħaj”.

  13. Il-Kelma tal-Mulej. R:/ Irroddu ħajr lil Alla

  14. Salm Responsorjali R:/ Is-salvazzjoni tal-ġusti mill-Mulej

  15. Afda fil-Mulej, u agħmel it-tajjeb; għammar fl-art, u tgħix b’moħħok mistrieħ;

  16. qiegħed fil-Mulej l-għaxqa tiegħek, u jagħtik dak li tixtieq qalbek.

  17. R:/ Is-salvazzjoni tal-ġusti mill-Mulej

  18. Fi ħsieb il-Mulej il-ħajja tat-tajbin, u wirthom jibqa’ għal dejjem.

  19. Ma jitfixklux f’siegħa ħażina, u jixbgħu fi żmien il-ġuħ.

  20. R:/ Is-salvazzjoni tal-ġusti mill-Mulej

  21. Tbiegħed mill-ħażen u agħmel it-tajjeb, biex tibqa’ tgħammar għal dejjem.

  22. Għax il-Mulej iħobb is-sewwa, u ma jitlaqx it-twajbin tiegħu; hu jħarishom għal dejjem.

  23. R:/ Is-salvazzjoni tal-ġusti mill-Mulej

  24. Is-salvazzjoni tal-ġusti mill-Mulej; hu l-kenn tagħhom fi żmien l-għawġ.

  25. Il-Mulej jgħinhom u jeħlishom mill-ħżiena, isalvahom għax fih jistkennu.

  26. R:/ Is-salvazzjoni tal-ġusti mill-Mulej

  27. Hallelujah, Hallelujah

  28. Meta jiġi hu, l-Ispirtu tal-verità, iwassalkom għall-verità kollha;

  29. u jfakkarkom dak kollu li għedtilkom.

  30. Hallelujah, Hallelujah

  31. Qari mill-Evanġelju skont San Mattew Mt 10, 16-23 R:/ Glorja lilek Mulej

  32. F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Appostli tiegħu:

  33. “Ara, jiena qiegħed nibgħatkom bħal nagħaġ qalb l-ilpup. Kunu mela għaqlin bħas-sriep u safjin bħall-ħamiem.

  34. Oqogħdu attenti mill-bnedmin! Għax għad jerħukom f’idejn il-qrati, jagħtukom is-swat fis-sinagogi tagħhom,

  35. itellgħukom quddiem gvernaturi u slaten minħabba fija, biex tagħtu xhieda quddiemhom u quddiem il-pagani.

  36. Iżda meta jerħukom f’idejhom, tinkwetawx ruħkom kif se titkellmu jew x’se tgħidu, għax dak il-ħin stess jingħatalkom xi

  37. jkollkom tgħidu. Għax mhux intom tkunu li titkellmu, imma l-Ispirtu ta’ Missierkom ikun qiegħed jitkellem permezz

  38. tagħkom. L-aħwa jwasslu lil xulxin għall-mewt u l-missier lil ibnu, u l-ulied iqumu kontra l-ġenituri tagħhom

  39. biex tinqatgħalhom għall-mewt. U lilkom kulħadd isir jobgħodkom minħabba f’ismi. Imma min jibqa’ jżomm sħiħ

  40. sal-aħħar, dan isalva. Jekk jippersegwitawkom f’belt, aħarbu f’oħra.

  41. Tassew ngħidilkom, ma tkunux dortu l-bliet kollha ta’ Iżrael sa ma jiġi Bin il-bniedem”.

  42. Il-Kelma tal-Mulej R:/ Tifħir lilek Kristu

More Related