1 / 34

Qari mi ll - Ewwel Ittra ta ’ San Pawl Appostlu li t- Tessalonkin

Qari mi ll - Ewwel Ittra ta ’ San Pawl Appostlu li t- Tessalonkin. 1 Tess 4, 13-18. Alla jiġbor miegħu lil dawk li raqdu f’Ġesù. Ma rridux li ma tkunux tafu, ħuti, fuq il-mejtin biex ma ssewdux qalbkom

elliot
Télécharger la présentation

Qari mi ll - Ewwel Ittra ta ’ San Pawl Appostlu li t- Tessalonkin

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Qarimill-Ewwel Ittra ta’ San Pawl Appostlulit-Tessalonkin 1 Tess 4, 13-18 Alla jiġbor miegħu lil dawk li raqdu f’Ġesù.

  2. Ma rridux li ma tkunux tafu, ħuti, fuq il-mejtin biex ma ssewdux qalbkom bħall-oħrajn li ma għandhomx tama. Jekk aħna nemmnu li Ġesù miet u qam mill-imwiet, hekk ukoll Alla

  3. jiġbor miegħu lil dawk li raqdu f’ Ġesù. • Dan ngħidulkom fuq il-kelma tal-Mulej, jiġifieri li aħna li nkunu għadna hawn ħajjin għall-miġja tal-Mulej, ma mmorrux qabel dawk li jkunu

  4. raqdu. Għaliex il-Mulej • innifsu mal-kmand, mal-leħen tal-arkanġlu u t-tromba • ta’ Alla, jinżel mis-sema, • u dawk li jkunu mietu • fi Kristu jqumu l-ewwel. Imbagħad aħna li nkunu

  5. ħajjin, li nkunu għadna • hawn, ninħatfu magħhom fis-sħab biex niltaqgħu • mal-Mulej fl-arju. Hekk inkunu dejjem mal-Mulej. • Agħmlu l-qalb lil xulxin b’dan il-kliem.

  6. Il-Kelmatal-Mulej. R:/ IrrodduħajrlilAlla

  7. Salm Responsorjali R:/ Il-Mulej ġej biex jagħmel ħaqq mill-art

  8. Għannu lill-Mulej għanja ġdida; għannu lill-Mulej fl-art kollha!

  9. Xandru fost il-ġnus is-sebħ tiegħu, fost il-popli kollha l-għeġubijiet tiegħu.

  10. R:/ Il-Mulejġejbiexjagħmelħaqq mill-art

  11. Għax kbir il-Mulej, ta’min ifaħħru ħafna, tal-biża’ aktar mill-allat kollha.

  12. Għax kollha frugħa l-allat tal-popli; Jaħweh hu li għamel is-smewwiet!

  13. R:/ Il-Mulejġejbiexjagħmelħaqq mill-art

  14. Ħa jifirħu s-smewwiet u tithenna l-art, ħa jħabbat il-baħar u kulma fih,

  15. ħa jifraħ ir-raba’ u kulma fih, u jgħannu bil-ferħ is-siġar kollha tal-bosk.

  16. R:/ Il-Mulejġejbiexjagħmelħaqq mill-art

  17. Quddiem il-Mulej, għax ġej, għax ġej biex jagħmel ħaqq mill-art.

  18. Hu jagħmel ħaqq mid-dinja bil-ġustizzja, u mill-popli bis-sewwa tiegħu.

  19. R:/ Il-Mulejġejbiexjagħmelħaqq mill-art

  20. Hallelujah, Hallelujah Hallelujah L-ispirtu tal-Mulej fuqi: bagħatni nwassal il-bxara t-tajba lill-fqajrin. Hallelujah, Hallelujah

  21. Qari • Mill-Evanġelju • ta’ San Luqa • Lq4, 16-30 • R:/ GlorjalilekMulej Bagħatni nwassal il-bxara t-tajba lill-fqajrin...ebda profeta ma jilqgħuh tajjeb f’pajjiżu.

  22. F’dakiż-żmien, Ġesùġie Nazaret fejn kien trabba. Daħal fis-sinagoga tagħhom, kif kien imdorri jagħmel nhar ta’ Sibt, u qam biex jaqra. Tawh f’idejh il-ktieb ta’ Isaija

  23. l-profeta, fetħu u sab fejn kien hemm miktub dan li ġej: “L-Ispirtu tal-Mulej fuqi, għax hu kkonsagrani. Bagħatni nħabbar il-ħelsin lill-imjassrin,

  24. inwassal il-bxara t-tajba lill-fqajrin, u d-dawl mill-ġdid lill-għomja, irrodd il-ħelsien lill-maħqurin u nxandar is-sena tal-grazzja tal-Mulej.”

  25. Imbagħad raġa’ għalaq il-ktieb, tah lura lill-qaddej u qagħad bilqiegħda. Għajnejn kulħadd fis-sinagoga kienu msammra fuqu. U beda jgħidilhom:

  26. “Din il-kitba seħħet illum, intom u tisimgħu” U lkoll laqgħu kliemu u stagħġbu għall-kliem mimli ħlewwa li kien ħiereġ minn fommu u bdew jgħidu:

  27. “Dan mhuwiex bin Ġużeppi?” Izda hu qalilhom: “Żgur li se tgħidu għalija dan il-proverbju: <Tabib, fejjaq lilek innifsek; dak kollu li smajna li ġara

  28. f’Kafarnahum agħmlu hawn f’pajjiżek ukoll.>” U żied jgħidilhom: “Tassew, ngħidilkom, ebda profeta ma jilqgħuh tajjeb f’pajjiżu. Għax, ngħidilkom is-sewwa,

  29. kien hemm bosta romol f’Iżrael fi żmien Elija meta s-sema baqa’ tliet snin u sitt xhur magħluq u waqa’ ġuħ kbir fil-pajjiż kollu; madankollu għand ħadd minnhom ma

  30. ntbagħat Elija, imma għand waħda armla minn Sarefta ta’ Sidon. U kien hemm bosta lebbrużi f’Iżrael fi żmien il-profeta Eliżew, imma ħadd minnhom ma ġie mfejjaq

  31. ħlief Nagħman tas-Sirja.” Meta semgħu dan fis-sinagoga kulħadd imtela fil-korla; qamu, u ħarġuh ’il barra mill-belt, ħaduh fuq ix-xifer ta’ rdum tal-għolja li fuqha

  32. kienet mibnija l-belt tagħhom, u riedu jixħtuh minn hemm fuq għal isfel. Iżda hu għadda minn ġo nofshom u baqa’ sejjer.

  33. Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu

  34. ĦSIEB

More Related