1 / 11

Santwarju Madonna tar-Ruzarju ta’ Fatima Gwardamanġa/Pieta’

Santwarju Madonna tar-Ruzarju ta’ Fatima Gwardamanġa/Pieta’. Din hija wirja bil-fjuri u s-simboli maħduma minn-Reuben Mifsud, li żejjnet il-ħitan tas- Santwarju Parrokkjali tal-Madonna ta’ Fatima fit-8 ta’ Diċembru 2004 fl-okkażjoni tal-50 sena mill-ftuħ.

greta
Télécharger la présentation

Santwarju Madonna tar-Ruzarju ta’ Fatima Gwardamanġa/Pieta’

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Santwarju Madonna tar-Ruzarju ta’ FatimaGwardamanġa/Pieta’ Din hija wirja bil-fjuri u s-simboli maħduma minn-Reuben Mifsud, li żejjnet il-ħitan tas- Santwarju Parrokkjali tal-Madonna ta’ Fatima fit-8 ta’ Diċembru 2004 fl-okkażjoni tal-50 sena mill-ftuħ. Jidhru 8 ġrajjiet ewlenin fl-istorja tas-Santwarju.

  2. 50 sena ilu …

  3. 5 ta’ Ottubru 1944Jaslu l-Patrijiet Dumnikani fi Gwardamanġa(Għalhekk l-użu tal-fjuri ħomor u sofor li huma l-kuluri tal-Provinċja San Piju V u ta’ Spanja – fejn twieled San Duminku. Jidhru wkoll il-libsa bajda w sewda Dumnikana, is-salib Dumnikan u l-kuruna tar-Rużarju)

  4. 8 ta’ Settembru 1953Tbierket l-art fejn kellu jinbena s-Santwarju(Għalhekk l-użu ta’ fjuri kannella simbolu ta’ art li tidher mingħajr ħajja imma li minnha ħareġ fjuri ifuħ – is-Santwarju tal-Madonna ta’ Fatima)

  5. 28 ta’ Marzu 1954Tqiegħdet l-ewwel ġebla tas-Santwarju (Għalhekk il-fjuri ‘cream’ - kulur il-ġebla Maltija li tispikka fis-Santwarju)

  6. 8 ta’ Diċembru 1954Tqaddset l-ewwel quddiesa fis-Santwarju(Tidher il-pjaneta Rumana simbolu tal-quddiesa. Il-fjuri bojod huma simbolu tal-kulur liturġiku ta’ dik il-ġurnata – festa Marjana)

  7. 1 ta’ Mejju 1956Waslet it-titular mill-Portugall(Tidher replika tat-titular li wkoll waslet minn Fatima. Tradizzjonalment it-titular u l-vara tal-purċissjoni jiżżejjnu bi fjuri roża)

  8. 1 ta’ Frar 1968Is-Santwarju jsir Santwarju Parrokkjali(Jidhru simboli tal-Magħmudija u l-Griżma ta’ l-Isqof li issa setgħu jiġu amministrati fil-Parroċċa. Il-kulur tal-fjuri huma wkoll ħomor u bojod minħabba dawn iż-żewġ Sagramenti)

  9. 29 ta’ Mejju 1978Konsagrazzjoni tas-Santwarju(Jidhru rħama simbolu tal-artal li ndilek biż-żejt u terħa)

  10. 2004Inħarsu ‘l quddiem u ngħixu mumenti ta’ ferħ u niket(Għalhekk l-użu tal-fjuri skond il-kuluri liturġiċi abjad – ferħ u vjola – niket)

  11. … illum

More Related