1 / 36

DIFFIKULTAJIET FIL-ĦAJJA NISRANIJA 19-il Ħadd matul is-sena A

www.ofm.org.mt. DIFFIKULTAJIET FIL-ĦAJJA NISRANIJA 19-il Ħadd matul is-sena A. L-1 QARI Qari mill-Ewwel Ktieb tas-Slaten 1 Slat 19, 9a, 11-13a. F’DAK IŻ-ŻMIEN: Elija wasal fil-Ħoreb, il-muntanja ta’ Alla. Hemmhekk daħal fil-għar u għadda l-lejl ġo fih.

helia
Télécharger la présentation

DIFFIKULTAJIET FIL-ĦAJJA NISRANIJA 19-il Ħadd matul is-sena A

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. www.ofm.org.mt DIFFIKULTAJIET FIL-ĦAJJA NISRANIJA19-il Ħadd matul is-sena A

  2. L-1 QARIQari mill-Ewwel Ktieb tas-Slaten1 Slat 19, 9a, 11-13a

  3. F’DAK IŻ-ŻMIEN: Elija wasal fil-Ħoreb, il-muntanja ta’ Alla. Hemmhekk daħal fil-għar u għadda l-lejl ġo fih.

  4. Imbagħad il-Mulej qallu: “Oħroġ, u oqgħod fuq il-muntanja quddiem il-Mulej.”

  5. U ara, il-Mulej għadda: riħ qawwi, b’saħħa li jofroq il-muntanji u jfarrak il-blat, għadda quddiem il-Mulej;

  6. imma l-Mulej ma kienx f’dak ir-riħ. U wara dan ir-riħ theżżet l-art, imma l-Mulej ma kienx f’dik it-theżżiża.

  7. U wara t-theżżiżakienhemmnar, imma l-Mulej ma kienx fin-nar. Wara n-narinħassetżiffaħelwa.

  8. Elija, kif ħassha, għatta wiċċu bil-mantell, ħareġ barra u waqaf f’bieb il-għar. ”

  9. Il-Kelma tal-MulejInroddu ħajr lil Alla.

  10. SALM RESPONSORJALISalm 84Uri lilna, Mulej, it-tjiebatiegħek.

  11. Ħanisma’ x’jgħidAlla l-Mulej,għaxhujitkellemfuq is-sliem.Qribtassewis-salvazzjonitiegħugħaldawklijibżgħuminnu,biextgħammaril-glorjaf’artna.

  12. R/.Uri lilna, Mulej, it-tjiebatiegħek.

  13. It-tjieba u l-fedeltà jiltaqgħu,il-ħaqq u s-sliem jitbewsu;is-sewwa mill-art jinbet,u l-ħaqq mis-sema jittawwal.

  14. R/.Uri lilna, Mulej, it-tjiebatiegħek.

  15. Il-Mulej jagħti l-ġid,u artna l-frott tagħha;il-ħaqq quddiemu jimxi,u s-sliem fi triq il-mixi tiegħu.

  16. R/.Uri lilna, Mulej, it-tjiebatiegħek.

  17. IT-2 QARIQari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lir-RumaniRum 9, 1-5

  18. ĦUTI: Ngħidilkom is-sewwa fi Kristu, m’iniex nigdeb, texhidli l-istess kuxjenza tiegħi fl-Ispirtu s-Santu,

  19. li jiena mnikket għall-aħħar, il-ħin kollu qalbi maqsuma, għax nixtieq li jiena nnifsi kont maqtugħ minn Kristu minħabba f’ħuti,

  20. nies ġensi skond il-ġisem, li humal-Iżraelin. Tagħhom hija l-adozzjoni u s-sebħ, u l-pattijiet u l-liġi, u l-liturġija u l-wegħdiet;

  21. tagħhom huma l-patrijarki; u kien minnhom li, skond il-ġisem, ħareġ Kristu, li hu fuq kollox, Alla mbierek għal dejjem. Amen!

  22. Il-Kelma tal-MulejInroddu ħajr lil Alla.

  23. Hallelujah. Halleluljah.Il-mogħdijiet tiegħek, Mulej, għarrafni,mexxini fis-sewwa tiegħek.Hallelujah.

  24. L-EVANĠELJUQari mill-Evanġelju ta’ San MattewMt 14, 22-33

  25. WARA LI N-NIES KIELU U XEBGĦU, Ġesù minnufih ġiegħel lid-dixxipli jitilgħu fuq id-dgħajsa u jmorru qablu x-xatt l-ieħor, sakemm jibgħat in-nies.

  26. Wara li bagħat in-nies, tela’ waħdu fuq il-għoljiet biex jitlob.Xħin sar filgħaxijakien għadu hemm fuq, waħdu;

  27. id-dgħajsa kienet diġa f’nofs il-baħar titħabat mal-mewġ, għax kellhom ir-riħ kontra tagħhom.

  28. Fir-raba’ sahra tal-lejl mar lejn in-naħa tagħhom miexi fuq il-baħar. Huma rawh miexi fuq il-baħar u twerwru.

  29. “Dan xi fantasma!” qalu; u qabdu jgħajtu bil-biża’.Iżda hu minnufih kellimhom u qalilhom:

  30. “Agħmlu l-qalb, jiena hu, tibżgħu xejn!” Wieġbu Pietru u qallu: “Mulej, jekk huwa int, ordnali niġi ħdejk fuq l-ilma.”

  31. “Ejja”, qallu Ġesù. Pietru niżel mid-dgħajsa u qabad jimxi fuq l-ilma u jersaq lejn Ġesù.

  32. Iżda meta ra li r-riħ kien qawwi, beża’, ħabat jegħreq, u beda jgħajjat u jgħid: “Salvani Mulej!”

  33. Malajr Ġesù medd idu u qabdu: “Bniedem ta’ fidi żgħira,” qallu, “għaliex iddubitajt?”

  34. Meta mbagħad it-tnejn telgħu fid-dgħajsa, ir-riħ waqaf. Dawk li kienu fid-dgħajsa xteħtu quddiemu u qalulu: “Tassew, int Bin Alla!”

  35. Il-Kelma tal-MulejIt-Tifħir Lilek Kristu.

  36. www.ofm.org.mt DIFFIKULTAJIET FIL-ĦAJJA NISRANIJA19-il Ħadd matul is-sena A

More Related