360 likes | 1.6k Vues
DUN KARM PSAILA il-poeta Nazzjonali. Twelid u trobbija. Twieled fit-18 t’Ottubru 1871 f’dar numru 18, Triq il-Parroċċa Ħaż-Żebbuġ. Kien id-disa’ wild fost għaxar aħwa li minnhom il-poeta laħaq biss erbgħa għax l-oħrajn mietu żgħar.
E N D
Twelid u trobbija • Twieled fit-18 t’Ottubru 1871 f’dar numru 18, Triq il-Parroċċa Ħaż-Żebbuġ. • Kien id-disa’ wild fost għaxar aħwa li minnhom il-poeta laħaq biss erbgħa għax l-oħrajn mietu żgħar. • Dun Karm jistqarr li kien tifel imqareb ħafna u ħadd ma seta’ jsib tarfu.
L-influwenza ta’ ommu • Ommu, Lunzjata mwielda Pisani, (1831-1909) kienet mara twajba li ħalliet influwenza kbira fuq il-poeta. • Ta’ spiss isemmiha fil-poeżiji tiegħu u jasal biex jagħraf li kellha sehem importanti fl-għażla tal-vokazzjoni tiegħu: “… u fik, anġlu ta’ mħabba, omm għażiża, ftakart li… nissilt f’qalbi x-xewqa ta’ dan il-ħobż…” “... u forsi kienet bidu tal-oħra li wasslitni fil-quċċata tal-artal ma’ Ġesù.”
Ir-relazzjoni ma’ missieru • Filippu Psaila (1828-1892), missier il-poeta, minkejja li kien ġej minn familja tal-bdiewa, intefa’ fuq it-tbaħħir bejn Malta u l-Greċja. • Dan wassal biex il-poeta bena relazzjoni akbar m’ommu milli ma’ missieru. • Biex ifakkar il-mewt ta’ missieru, Dun Karm kiteb is-sunett bit-Taljan, A mio padre morto. • Fil-poeżiji tiegħu, il-poeta ta’ sikwit isemmi l-baħar, ngħidu aħna fil-poeżiji Żagħżugħ ta’ Dejjem, Kewkbet is-Safar u Il-Ġerrejja u Jien.
L-istudji • Wara l-istudji primarji, fil-21 ta’ Settembru 1885, daħal is-Seminarju biex ikompli l-istudji sekondarji. • Fl-1888, meta kellu 18-il sena, beda l-istudji għal saċerdot. • F’din is-sena kiteb l-ewwel poeżija tiegħu bit-Taljan, Del mio genio primizio, iddedikata lill-Isqof Pietru Pace. • Ġie ordnat saċerdot ta’ 23 sena, fis-17 ta’ Mejju 1894.
Il-Poeżija bit-Taljan • Fl-1896 Dun Karm ħareġ l-ewwel ktieb ta’ poeżiji bit-Taljan, Foglie d’alloro. • Fih hemm ġabra ta’ 37 poeżija li kien kiteb bejn is-17-24 sena. • Dik il-ħabta kien jgħallem l-Ingliż, it-Taljan u l-Latin fis-Seminarju.
Barra minn Malta • Bħala qassis żagħżugħ, fl-1901 mar Londra u Pariġi. • Għamel waqfa wkoll f’Tuneż.
Żminijiet iebsa u ta’ solitudni • Fl-1909, ġarrab il-mewt t’ommu Lunzjata fl-età ta’ 78 sena. • Fl-1910, il-Kardinal La Fontaine, wettaq riforma fis-Seminarju u Dun Karm kellu jsib post alternattiv fejn joqgħod. • Kera post numru 52, fi Triq l-Ifran il-belt Valletta. • Għex għal 26 sena waħdu, ’il bogħod minn ħutu u sħabu f’solitudni kbira.
L-ewwel poeżija bil-Malti • 11 ta’ Jannar 1912 • Dun Karm jitlob l-għajnuna tal-Madonna biex jikteb l-ewwel poeżija bil-Malti. • Dan biex jikkuntenta lill-Mons. Pawl Galea u lis-Sur Ġużè Muscat Azzopardi li tħajru jibdew joħorġu l-perjodiku Il-Ħabib. • Din il-poeżija jisimha “Quddiem Xbiha tal-Madonna.”
Snin tad-deheb Fis-snin ta’ solitudni u niket, Dun Karm ħoloq l-aqwa xogħlijiet poetiċi tiegħu, fosthom: Lill-Kanarin Tiegħi Il-Vjatku Żjara lil Ġesù Il-Jien u Lil Hinn Minnu
L-ewwel pubblikazzjoni bil-Malti Mejju 1914 • Dun Karm jippubblika l-ewwel 15-il poeżija bil-Malti. • Il-ktejjeb semmieh “Ġemgħa tal-poeżiji li chtibt bil-Malti” u kien jifforma n-numru 140 tar-rivista popolari Mogħdija taż-Żmien. • Il-benefattur ewlieni kien Alfons Maria Galea li bi flusu, għen kemm-il darba lil Dun Karm f’ħidmietu.
Membru fl-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti 1920/21 • Titwaqqaf l-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti li bdiet taħdem biex ikun hemm alfabett u ortografija waħda għall-Malti. • Dun Karm intgħażel fil-kumitat tagħha u kien membru wkoll fil-kummissjoni li bdiet taħdem fuq l-alfabett u l-ortografija.
Maħtur Assistent Biblijotekarju 1921 • Dun Karm jinħatar Assistent Biblijotekarju tal-Librerija Nazzjonali tal-Belt. • Żamm din il-kariga għal żmien twil u kien xogħol għal qalbu ferm.
Għajnuna fid-dar • Billi Dun Karm kien jgħix waħdu, kuġinuh Toni Pisani kien jibgħatlu lil bintu Pina biex tnaddaflu darba fil-ġimgħa. • Wara Pina bdiet tmur oħtha Ġannina li baqgħet iddur bih sakemm mardet serjament u mietet fil-15 ta’ Frar 1937. • Dun Karm kien japprezza ħafna xogħol Ġannina u ddedikalha diversi poeżiji.
5 ta’ April 1922 Dun Karm inħatar Monsinjur Onorarju tal-Katidral.
Ħidma Pastorali Dun Karm kien l-ewwel Direttur Spiritwali tal-membri xebbiet tal-Leġjun ta’ Marija.
Ġużè Bonnici joħroġlu “It-Tliet Kotba tal-Għana” • X’Ħabb u x’ħaseb il-Poeta (1939) • X’Emmen il-Poeta (1939) • X’Għamel iżjed il-Poeta (1940)
Poeta Nazzjonali 1935 Laurent Ropa, fl-artiklu “Malta et sa littérature” f’La Grande Revue, isejjaħ lil Dun Karm “Poeta Nazzjonali”. “(Leur auteur, Mgr. Carmelo Psaila alias Dun Karm, fait figure de poète national)”.
Midalja tad-deheb Ġużè Muscat Azzopardi • Dun Karm ingħata dan l-akbar unur bħala apprezzament tal-ħidma kbira tiegħu b’risq il-Malti u l-Letteratura fl-1946. • Kien il-Gvernatur Ingliż Sir Francis Douglas, li ta personalment lil Dun Karm din l-onorifiċenza.
L-Innu MaltiMiktub minn Dun Karm L-Innu Malti ndaqq għall-ewwel darba fis-27 ta’ Diċembru 1922, fit-Teatru Manoel. Fis-27 ta’ Frar 1941saret talba mil-Logutenent Kurunell Roger Strickland biex l-Innu Malti jkun magħruf uffiċjalment mill-Kunsill tal-Gvern bħala l-Innu Nazzjonali. L-Innu Malti huwa mniżżel kemm fil-Kostituzzjoni ta’ Malta tal-1964 kif ukoll tal-1974.
L-Innu MaltiMużika ta’ Robert Samut Prof. Robert Samut speċjalizza fil-mediċina imma minn ċkunitu kien iħobb il-mużika. Meta kien fl-Università ta’ Edinburgh, ħbiebu barranin talbuh ikantalhom l-innu ta’ pajjiżu u minn hawn intebaħ li Malta kienet għadha bla innu nazzjonali. Meta rritorna pajjiżu, Samut ikkompona l-melodija li għaliha Dun Karm kiteb il-versi tal-Innu Malti.
Dun Karm jibqa’ magħruf għall-innijiet li kiteb fosthom l-Innu ta’ Filgħodu u l-Innu ta’ Filgħaxija, Fil-Ħlewwa ta’ Mejju u l-Innu Ewkaristiku li ħa fama internazzjonali. Innijiet li jsaħħru
Mewt u difna • Dun Karm miet fit-13 ta’ Ottubru tal-1961, fl-għomor ta’ 90 sena neqsin ħamest ijiem. • Huwa kien talab u qala’ permess biex jibni kappella personali fiċ-ċimiterju ta’ raħal twelidu fejn jinsab midfun illum.
“Non Omnis Moriar” “Iżda l-għanja ma tmutx; Minn taħt il-għatu Tal-qabar waħdu tibqa’ ħierġa safja Il-mewġa ddoqq li ġewwa qalbi ssawret fil-ħolma ta’ żgħożiti… Hekk il-poeta jgħanni meta tmissu l-id t’Alla: Ħabbar tas-sewwa, mera tas-sbuħija, kelmtu mis-sema, u min fis-sema tnissel la jixjieħ u la jmut. Il-poeta jintemm u l-għanja tibqa’.”
Għażiż għall-pajjiż Bosta persuni u għaqdiet taw ġieħ u baqgħu jfakkru lill-Poeta Nazzjonali wara mewtu. Is-soċjetà tal-kleru Christus Rex ġabret il-fondi biex isir bust tal-bronż għal Dun Karm maħdum mill-iskultur Ġorġ Borg.
Karmen Mikallef Buħaġar Tul ħajjitha, Karmen Mikallef Buħaġar ħadet ħsieb tqiegħed lapidi mal-postijiet marbutin mal-ħajja ta’ Dun Karm u ħarġet il-fondi għall-Konferenza Dun Karm li bdiet fl-1976.
Imfakkar miż-Żebbuġin Fl-1971, fil-mitt sena minn twelidu, il-Kunsill Ċiviku ta’ Ħaż-Żebbuġ waqqaf mafkar f’ġieħu.
Bijografiji u kritika letterarja Prof. Oliver Friggieri ppubblika Il-Poeżiji Miġbura ta’ Dun Karm u Dun Karm – Le Poesie Italiane flimkien ma’ għadd sabiħ ta’ kotba u numru kbir ta’ studji fuq il-Poeta Nazzjonali.
Il-mafkar tal-Poeta Nazzjonali Fis-sena 2000 l-Għaqda tal-Malti (Università) u l-Ministeru tal-Edukazzjoni waqqfu monument lil Dun Karm fil-Furjana. Kull sena, fix-xahar ta’ Ottubru, l-istudenti flimkien mal-għalliema tagħhom ifakkru lill-Poeta Nazzjonali.
“Ħobb, jekk jiswewlek, l-ilsna barranija, iżda le tbarri lil min hu ta’ ġewwa.”
TMIEM Ħajr lil: Marlon Barbara Joseph P. Borg Ina Cutajar Phyllis Debono George Mifsud Claire Zerafa http://schoolnet.gov.mt/dunkarmpsaila http://malti.skola.edu.mt http://www.maltikurja.wordpress.com