1 / 27

Annimali fir-razzett

Annimali fir-razzett. Dan il- kelb huwa Ruby. Ruby se je ħ odna dawra fir- razzett. Fir-razzett hemm ħ afna annimali u Ruby joqg ħ od g ħ assa tag ħ hom. Dan huwa serduk. Is- serduk jidden kmieni kuljum. Din ti ġ ie ġ a bajda u ħ amra. Hija tbid il-bajd.

kirima
Télécharger la présentation

Annimali fir-razzett

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Annimali fir-razzett

  2. Dan il-kelb huwa Ruby. Ruby se jeħodna dawra fir-razzett. Fir-razzett hemm ħafna annimali u Ruby joqgħod għassa tagħhom.

  3. Dan huwa serduk. Is-serduk jidden kmieni kuljum. Din tiġieġa bajda u ħamra. Hija tbid il-bajd.

  4. Fir-razzetthemm qattus sabiħ. Tgħidx kemm iħobb jorqod fix-xemx. Ġieli jaqbad xi ġurdien!

  5. Fir-razzetthemm fenek qisu kobba suf. U hemm ħanżir roża. Dan jagħtina l-laħam tal-majjal u l-perżut!

  6. Dan x’ħoss hu? Ersqu għax ġej il-barri. U xi qrun kbir għandu! Il-barri jagħtina ċ-ċanga. Din il-baqra. Il-baqra tagħtina l-ħalib.

  7. Din x’inhi tfal? Din stalla mimlija silla. Fl-istalla hemm żiemel sabiħħafna. Tgħidx kemm jiġri!

  8. Fl-istalla hemm ħmar sabiħ ukoll. Tgħidx kemm għandu widnejh twal!

  9. Ara dak il-bodbod kemm hu gustuż. Kemm għandu daqna twila. U din mogħża. Il-mogħżatagħtina l-ħalib.

  10. Ara dik in-nagħġa. Kemm għandha suf. In-nagħġatagħtina l-ħalib. Kontu tafu li mill-ħalib nagħmlu l-ġobon!

  11. Kemm qabadni għatx. Imxu miegħi sal-vaska! Ara dik il-papra! Kemm tħobb iċċafċaf fl-ilma! Aħjar noqgħod il-bogħod mill-papra għax nixxarrab!

  12. Kemm huma sbieħ dawn l-annimali! Imma baqa’ l-għasfur! Kemm jaf isaffar. Taħqrux l-annimali! Aħna nħobbukom!

  13. Tiftakar min jien? Inkun għassa fir-razzett. • Jien... • qattus • kelb • ġeru

  14. Tiftakar min jien? Nidden kmieni kuljum. • Jien... • serduk • kelb • qattus

  15. Tiftakar min jien? Inbid il-bajd. • Jien... • tiġieġa • barri • ġeru

  16. Tiftakar min jien? Inħobb niġri wara xi ġurdien. • Jien... • żiemel • qattus • ħmar

  17. Tiftakar min jien? Għandi widnejja twal u qisni kobba suf. • Jien... • fenek • tiġieġa • papra

  18. Tiftakar min jien? Jien roża u nagħtik il-perżut • Jien... • ġurdien • ħanżir • baqra

  19. Tiftakar min jien? Għandi l-qrun u l-mara tiegħi baqra. • Jien... • barri • qattus • kelb

  20. Tiftakar min jien? Nagħtik il-ħalib. • Jien... • baqra • żiemel • ġurdien

  21. Tiftakar min jien? Ngħix ġol-istalla. • Jien... • żiemel • ħanżir • qattus

  22. Tiftakar min jien? Ngħix fl-istalla u ninħaq. • Jien... • mogħża • barri • ħmar

  23. Tiftakar min jien? Għandi daqna twila. • Jien... • bodbod • nagħġa • qattus

  24. Tiftakar min jien? Nagħtik il-ħalib u s-suf. • Jien... • fenek • bodbod • nagħġa

  25. Tiftakar min jien? Inħobb inċafċaf fl-ilma. • Jien... • papra • ġurdien • nagħġa

  26. Tiftakar min jien? Inħobb insaffar u ngħix ġo bejta. • Jien... • baqra • għasfur • fenek

  27. Kemm intom tfal bravi!

More Related