1 / 69

ĠESỪ: ID-DAWL TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan Sena A

www.ofm.org.mt. ĠESỪ: ID-DAWL TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan Sena A. L- EWWEL QARI Qari mill-Ewwel Ktieb ta’ Samwel 1Sam 16, 1b, 6-7, 10-13.

kuper
Télécharger la présentation

ĠESỪ: ID-DAWL TA’ ĦAJJITNA 4 Ħadd Randan Sena A

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. www.ofm.org.mt ĠESỪ: ID-DAWL TA’ ĦAJJITNA4 Ħadd Randan Sena A

  2. L-EWWEL QARIQari mill-Ewwel Ktieb ta’ Samwel1Sam 16, 1b, 6-7, 10-13

  3. F’dak iż-żmien: il-Mulej qal lil Samwel: “Imla l-qarn biż-żejt u itlaq. Jien se nibgħatek għand Ġesse ta’ Betlehem, għax minn fost uliedu jien għażilt għalija sultan.”

  4. Ġara li, malli waslu wlied Ġesse, Samwel ra lil Eljab u qal: “Tgħid hawn quddiemi l-midluk tal-Mulej?” U l-Mulej qal lil Samwel:

  5. “Tħarisx lejn is-sura tiegħu jew it-tul ta’ persuntu, għax jiena ġa warrabtu. Għax il-Mulej ma jarax bħalma jara l-bniedem, dak biss li jidher fil-għajn, imma l-qalb.”

  6. Ġesse ressaq quddiem Samwel sebgħa minn uliedu; imma Samwel qallu: “Il-Mulej ma ħatar ’il ħadd minn dawn.’

  7. U Samwel issokta jgħid lil Ġesse: “Dawn huma t-tfal kollha?” “Għad fadal iż-żgħir,” wieġbu Ġesse; “ara, qiegħed jirgħa n-ngħaġ.”

  8. U Samwel qal lil Ġesse: “Ibgħat għalih u ġibu, għax ma noqogħdux fuq il-mejda qabel ma jiġi hawn.”

  9. U bagħat għalih u ġiebu: kien żagħżugħ ħamrani, għajnejh ħelwin, u sabiħ fis-sura tiegħu.U l-Mulej qal lil Samwel: “Qum u idilku, għax dan hu.”

  10. Samwel ħa f’idejh il-qarn biż-żejt u dilku quddiem ħutu. Minn dak in-nhar ’il quddiem niżel fuq David l-Ispirtu tal-Mulej.

  11. Il-Kelma tal-MulejInroddu ħajr lil Alla

  12. Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi, xejn ma jonqosni. SALM RESPONSORJALISalm 22

  13. Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi, xejn ma jonqosni,f’mergħat kollhom ħdura jqegħedni,ħdejn l-ilma, fejn nistrieħ, jeħodni;hu jrejjaqni.

  14. R/. Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi, xejn ma jonqosni.

  15. Imexxini fit-triq tas-sewwa minħabba f’ismu.Imqar jekk nimxi f’wied mudlam,ma nibżax mill-ħsara, għax inti miegħi.Il-ħatar tiegħek u l-għasluġ tiegħek huma jwennsuni.

  16. R/. Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi, xejn ma jonqosni.

  17. Int thejji mejda għalija quddiem l-egħdewwa tiegħi;biż-żejt tidlikli rasi,u l-kalċi tiegħi tfawwarli.

  18. R/. Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi, xejn ma jonqosni.

  19. Iva, it-tjieba u l-ħniena jimxu miegħiil-jiem kollha ta’ ħajti;u ngħammar f’dar il-Mulejmatul iż-żminijiet.

  20. R/. Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi, xejn ma jonqosni.

  21. IT-TIENI QARIQari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-EfesinEf. 5, 8-14

  22. Ħuti: Intom kontu darba dlam, imma issa intom dawl fil-Mulej; imxu ta’ wlied id-dawl li intom.

  23. Frott id-dawl jinsab f’kull ma hu tjieba, f’kull ma hu ġustizzja, f’kull ma hu sewwa.

  24. Fittxu li tagħmlu dak li jogħġob lill-Mulej, u tisseħbux fl-egħmejjel tad-dlam bla frott, imma anzi xandruhom fil-beraħ.

  25. Għax dak li qegħdin jagħmlu huma fil-moħbi, tistħi mqar jekk issemmih;

  26. imma jekk wieħed ixandru fil-beraħ, id-dawl jikxef kollox; għax kull ma jidher hu dawl.

  27. Għalhekk tgħid l-Iskrittura, ‘Stenbaħ int, li rieqed, u qum mill-imwiet, ħa jiddi fuqek Kristu.’

  28. Il-Kelma tal-MulejInroddu ħajr lil Alla

  29. Glorja u tifħir lilek, Kristu!Jiena d-dawl tad-dinja, igħid il-Mulej;min jimxi warajja jkollu d-dawl tal-ħajja.Glorja u tifħir lilek, Kristu!

  30. L-EVANĠELJUQari mill-Evanġelju ta’ San ĠwannĠw 9, 1-41

  31. F’dak iż-żmien: Ġesù, kif kien għaddej lemaħ raġel agħma minn twelidu,u d-dixxipli tiegħu staqsewh,

  32. “Rabbi, dan twieled agħma għax dineb hu stess, jew għax dinbu l-ġenituri tiegħu?”

  33. Ġesù wieġeb: “La hu ma dineb u anqas il-ġenituri tiegħu, imma ġralu hekk biex l-id ta’ Alla tidher fih.

  34. Sakemm għadna bin-nhar, jeħtieġli nagħmel ix-xogħol ta’ dak li bagħatni; għax jasal il-lejl meta ħadd ma jkun jista’ jaħdem.

  35. Sakemm indum fid-dinja, jiena hu d-dawl tad-dinja.” Kif qal dan,beżaq fl-art, għamel minnu qisu tajn, u dilek bih għajnejn ir-raġel agħma.

  36. U qallu: “Mur inħasel fl-għadira ta’ Siloam.” (Din tfisser “il-mibgħut”.) Mela dak mar, inħasel, u ġie jara.

  37. Il-qraba u dawk li fl-imgħoddi kienu mdorrija jarawh, għax hu kien tallab, qalu: “Dan mhuwiex dak li kien joqgħod bilqiegħda jitlob il-karità?”

  38. Xi wħud qalu: “Iva, hu.” Oħrajn qalu: “Le, imma jixbħu.” Iżda hu qalilhom: “Jiena hu.”

  39. Qalulu: “Mela kif infetħulek għajnejk?” Weġibhom: “Wieħed raġel, igħidulu Ġesù, għamel ftit tajn, dilikli għajnejja bih, u qalli,

  40. ‘Mur fil-Siloam u nħasel hemm.’ Mort, inħsilt, u ġejt nara.” Qalulu: “Fejn hu dak ir-raġel?” Qalilhom: “Ma nafx.”

  41. Lil dak li fl-imgħoddi kien agħma ħaduh għand il-Fariżej. Issa dak in-nhar li Ġesù għamel it-tajn u fetaħ għajnejn l-agħma inzerta kien is-Sibt.

  42. Il-Fariżej ukoll staqsew mill-ġdid lill-agħma kif sar jara. U hu qalilhom: “Qegħedli ftit tajn fuq għajnejja, mort ninħasel, u issa qiegħed nara.”

  43. Xi wħud mill-Fariżej qalulu: “Dan il-bniedem mhux ġej minn għand Alla, għax ma jħarisx is-Sibt.”

  44. Iżda oħrajn qalu “Kif jista’ wieħed midneb jagħmel sinjali bħal dawn?” U ma qablux bejniethom.

  45. U reġgħu qalu lill-agħma: “Int x’jidhirlek minnu, billi fetaħlek għajnejk?” Qalilhom: “Dak profeta.”

  46. Il-Lhud ma ridux jemmnuh li hu kien agħma u ħa d-dawl qabel ma bagħtu għall-ġenituri tiegħu, ta’ dak li sar jara, u staqsewhom:

  47. “Dan, li intom tgħidu li twieled agħma, dan binkom? Mela issa kif ġie jara?” Il-ġenituri tiegħu wieġbu u qalulhom:

  48. “Nafu li dan hu t-tifel tagħna u li twieled agħma; imma kif issa ġie jara, dan ma nafuhx, u anqas ma nafu min fetaħlu għajnejh.

  49. Staqsu lilu: żmien għandu: jitkellem hu għalih innifsu.” Il-ġenituri tiegħu wieġbu hekk għaliex beżgħu mil-Lhud,

  50. għax il-Lhud kienu ġa ftiehmu bejniethom li, jekk xi ħadd ikun stqarr li Ġesù hu l-Messija, jitkeċċa ’l barra mis-sinagoga.

More Related