1 / 15

Il-Qattus

Il-Qattus. Paul Callus Poeżiji li ma jmutu qatt - m i nn Id -Denfil tar-4 Sena , 1974. Nieħdu pjaċir nitgħallmu l-Malti bil-poeżiji. X’għandu l-qattus?. il-pil. i l - musta ċċi. id-denb id-dnub. id-dwiefer id-difer. Il-Qattus. Paul Callus. Id-dar g ħandi qattus ċkejken

luther
Télécharger la présentation

Il-Qattus

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Il-Qattus Paul Callus Poeżiji li ma jmutu qatt - minn Id-Denfil tar-4 Sena, 1974 Nieħdu pjaċir nitgħallmu l-Malti bil-poeżiji

  2. X’għandu l-qattus?

  3. il-pil

  4. il-mustaċċi

  5. id-denbid-dnub

  6. id-dwieferid-difer

  7. Il-Qattus Paul Callus

  8. Id-dar għandi qattus ċkejken bil-mustaċċi, denbu twil, rasu tonda, għajnejh ħodor, tant hu ħelu u fidil.

  9. Meta norqod jiġi ħdejja fuq is-sodda biex jistrieħ, idur kobba u jitgeddes, ma jkollix qalb inkeċċih.

  10. Xi daqqiet ikun imqareb meta jżarrat il-liżar, jew tapit jew il-pultruna, u l-purtieri ta’ ġod-dar.

  11. Ġieli jitla’ fuq il-mejda qisu dieħel ġo ħanut, jibda jxomm, ifittex, jiekol kemm il-laħam, kemm il-ħut.

  12. Trid tarah jaqbeż fil-bitħa u jiġġebbed għad-dubbien, ma’ xi zokk isinn id-dwiefer u jħokk dahru mal-bibien.

  13. Il-qattus u jien ħbieb sewwa, aħna t-tnejn għadna ftit żgħar, mhux ta’ b’xejn illi jsejħulna il-fessudi ta’ did-dar!

  14. Il-Qattusta’ Paul Callus Ġieli jitla’ fuq il-mejda qisu dieħel ġo ħanut, jibda jxomm, ifittex, jiekol kemm il-laħam, kemm il-ħut. Id-dar għandi qattus ċkejken bil-mustaċċi, denbu twil, rasu tonda, għajnejh ħodor, tant hu ħelu u fidil. Meta norqod jiġi ħdejja fuq is-sodda biex jistrieħ, idur kobba u jitgeddes, ma jkollix qalb inkeċċih. Il-qattus u jien ħbieb sewwa, aħna t-tnejn għadna ftit żgħar, mhux ta’ b’xejn illi jsejħulna il-fessudi ta’ did-dar! Xi daqqiet ikun imqareb meta jżarrat il-liżar, jew tapit jew il-pultruna, u l-purtieri ta’ ġod-dar. Ġieli jitla’ fuq il-mejda qisu dieħel ġo ħanut, jibda jxomm, ifittex, jiekol kemm il-laħam, kemm il-ħut. http://malti.skola.edu.mt

  15. Mjaw! http://malti.skola.edu.mt

More Related