1 / 68

IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN. Festa ta’ San Mikiel. SAN MIKIEL. Kustodju u Difensur tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija. Tislima lil San Mikiel u l-Anġli San Mikiel Arkanġlu, Difensur Qalbieni,

pink
Télécharger la présentation

IT-TAJJEB v s IL- ĦAŻIN

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. IT-TAJJEB vs IL-ĦAŻIN Festa ta’San Mikiel

  2. SAN MIKIEL Kustodju u Difensur tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija

  3. Tislima lil San Mikiel u l-Anġli San Mikiel Arkanġlu, Difensur Qalbieni, Kenn u ħarsien tagħna, Itlob ’l Alla għalina.

  4. Lill-anġli ta’ Alla, kull ġieħ u glorja, għax lilu jaqdu u jagħtu qima: kull ġieħ u glorja.

  5. Unur u glorja lilek, o ħelu San Mikiel Arkanġlu tagħna. Kbir hu tassew ismek kullimkien. Għal ismek jifirħu s-smewwiet titqawwa l-Knisja Militanti; jitfarraġ il-Purgatorju, u jitriegħed l-Infern b’rogħda ta’ biża’ antik għall-vittorja li int għamilt fuq l-għedewwa ta’ Alla li qatt u qatt ma tintesa’.

  6. Episodju 1L-IRVELL fis-SEMA

  7. San Mikiel Arkanġlu jirrakkonta: Alla fi tjubitu ħalaqna, lilna l-Anġli. Il-paċi, il-ferħ ul-ġustizzja huma s-saltna tagħna. Aħna qaddejja fil-preżenza tas-Sid tas-Sema. F’ħin bla waqt ġriet fis-sema għajta ta’ ingratitudni kontra dan l-iżjed Għoli: “Ma nservix! Nitla’ u nkun bħall-iżjed Għoli!”

  8. Għall-inġurja ta’ Satana ħarġet minn qalbi, b’ħeġġa u bi stqarrija sinċiera, il-kelma “Michael”, li bil-Lhudi tfisser “Min hu bħal Alla?” Kulħadd għadu jagħrafni b’dan l-isem li jferraħ lill-anġli kollha, li jfarraġ il-Purgatorju, li jqawwi bil-faraġ u bil-kuraġġ lill-Knisja.

  9. Episodju 2 L-INNU tar- REBĦA

  10. San Mikiel Arkanġlu jirrakkonta: Ħadd ma jista’ jagħder il-kobor tas-suppervja u tal-ħażen ta’ Satana u sħabu. Alla, li hu tant tajjeb u ħanin, fil-għerf bla qies tiegħu kellu jagħmel ġustizzja. Wara, mela, li missier il-gidba bi sħabu ma kellhomx iżjed post fil-ġenna, il-kori kollha tal-anġli kantajna l-qawwa ta’ Alla setgħani.

  11. O x’ġenn li ħadd ma jista’ jfisser li tqum u teħodha kontra Alla li biss l-opri ta’ subgħajh iriegħdu kull moħħ li jaħseb sew dwarhom! Kantajna ferħanin, persważi li ebda qawwa maħluqa ma tista’ qatt titfi l-glorja eterna t’Alla. “Min hu bħall-Mulej Alla tagħna ... li jitfa’ għajnejh lejn min hu umli u li jżomm iebes kontra min ikun supperv?

  12. Episodju 3 Il-QADDEJJA BATTALA

  13. San Mikiel Arkanġlu jirrakkonta: Il-Ħallieq irid fedeltà lejh mill-ħlejjaq tiegħu u dan bi dritt assolut. Lilkom bnedmin takom il-prova għall-fedeltà tagħkom lejn il-liġi mqaddsa tiegħu eterna u li ma titbiddilx, magħmula biex biha tgħixu fil-paċi u tidħlu fil-wirt tat-tgawdija ta’ dejjem.

  14. O kemm hi magħġuba f’għajnejn l-Iktar Għoli l-umiltà, li t-talba ta’ l-umli titla’ quddiem it-tron divin, tieqaf, u ma titwarrabx qabel ma Huwa jagħti widen! Kemm hi magħġuba quddiem Alla l-umiltà li huwa jifhem, jgħolli lill-umli u jbaxxi s-suppervi! Kbir hu l-Mulej, u biss mill-umli hu mogħti kull ġieħ.

  15. Episodju 4 L-INKURUN-AZZJONI ta’ SAN MIKIEL ARKANĠLU

  16. San Mikiel Arkanġlu jirrakkonta: Bit-tkeċċija l-iżjed ġusta tal-anġli ribelli, li tkeċċew biħlas tas-suppervja tagħhom, bosta troni fis-saltna t’Alla baqgħu vojta. Allura Alla fl-għerf tiegħu qatagħha li jimliehom kollha bi kreaturi oħra maħluqin għax-xbieha tiegħu, kapaċi tal-grazzja divina, biex jieħdu sehem fil-hena eterna.

  17. Kien ta’ ferħ, ġieħ u glorja tassew kbar għalija x’ħin Alla fil-kobor bla tarf tal-maestà tiegħu, qalli: “Hekk hu li aħna nqegħduk prinċep tal-armata tas-sema. F’idejk aħna nafdaw dawk il-bnedmin li wara l-provi tal-fedeltà lejna huma ordinati biex ikunu ċittadini tiegħek.”“

  18. Episodju 5 Ir-REBĦA MFAKKRA minn ĠESÙ u MARIJA SANTISSMA

  19. San Mikiel Arkanġlu jirrakkonta: Tabilħaqq li qatt ma tista’ tintesa r-rebħa li aħna bil-qawwa divina ġibna fuq l-għedewwa tal-isem t’Alla. Infatti l-Imgħallem divin tal-bnedmin, li wera bil-kelma u bl-eżempju li l-umilta’ hi l-vera triq waħdanija meħtieġa għall-glorja eterna, semma’ l-valur tat-taqbida u tar-rebħa fuq Satana u sħabu.

  20. Meta t-tnejn u sebgħin dixxiplu tiegħu ġew lura ferħanin u qalulu: “Mulej, ukoll ix-xjaten jintefgħu taħtna f’ismek!” Hu qalilhom: “Jiena kont qiegħed nara ’l Satana jaqa’ bħal sajjetta mis-sema”. Minn dal-kliem min ma jarax is-sebħ li rċieva minna Alla hu u jarana niġġieldu għall-ġieħ tiegħu?

  21. U l-kbira verġni ommu Marija Santissima f’mument ta’ ħeġġa mfawra minn qalbha, veru sakrarju ta’ l-Ispirtu s-Santu u tempju tal-Mulej, qalet: “Hu keċċa lill-imkabbrin minn fuq it-tron, u għolla lill-umli”. Għalhekk tassew ma jitfissirx l-unur tagħna għax qdejna ’l Alla b’vera fedeltà u b’veru radd il-ħajr lejh.

  22. L-iktar għeżież, noqogħdu fuq il-Kalvarju quddiem Kristu Ġesù Msallab ħdejn Marija Santissima Ommu, u nieħdu minnu tagħlim tal-ħajja eterna. Kristu Sultan Imsallab Ejjew naduraw L-iktar għeżież, itfgħu għajnejkom fuq l-Imgħallem Divin tagħkom u aqraw:

  23. Tislima lil San Mikiel u l-Anġli San Mikiel Arkanġlu, Difensur Qalbieni, Kenn u ħarsien tagħna, Itlob ’l Alla għalina.

  24. Lill-anġli ta’ Alla, kull ġieħ u glorja, għax lilu jaqdu u jagħtu qima: kull ġieħ u glorja.

  25. L-UMILTÀ

  26. Infatti Ġesù Kristu, ir-Re tal-glorja, wassal lilu nnifsu fix-xejn billi ndaħal bħal seftur biex imut għall-fidwa tal-bnedmin: ir-re jmut biex jeħles is-seftur, ibaxxi rasu għall-volontà ta’ Missieru u għall-uġigħat tal-bnedmin; il-ġebla li kienet mormija mill-bennejja.

  27. Tagħlim fuq din il-Paġna Umli min hu persważ li kollox hu bil-qawwa ta’Alla u għalhekk lil Alla biss unur u glorja.

  28. Tifel żgħir huwa mqiegħed mis-Sapjenza Divina b’mudell għall-istudju fuq l-umiltà: dan ma jieħu qatt għalih billi majifhimx li hu xi ħaġa.

  29. Il-ħsieb tal-mewt, il-ħmerijiet u d-dnubiet tal-bniedem, l-inċertezza fuq kollox u l-eżempju ta’Kristu jnisslu b’ċerta forzaspirtu umli.

  30. L-umli huwa magħġub quddiem Alla, eżaltat minnu u magħżul biex ikun strument għall-unur tal-isem divin; l-umli huwa għaref u jgħum fil-paċi.

  31. Nipproponu illi spiss niftakru fix- xejn tagħna billi nistqarru li aħna tassew foqra fir-ruħ u fil-ġisem jekk Alla ma jsostniniex f’kollox.

  32. Episodju 6 L-UNUR miċ-ĊITTADINI tas-SEMA lil SAN MIKIEL

  33. San Mikiel Arkanġlu jirrakkonta: Fl-inkurunazzjoni tiegħi, x’ħin ġejt magħżul mexxej ta’ dawk kollha li għandhom jidħlu fil-glorja, x’ħin Alla fada f’idejja l-erwieħ kollha li għandhom ikunu milqugħin, b’tant ħlewwa qegħdli f’idejja ‘Il-ktieb tal-ħajja tal-Ħaruf’. O, kemm ismijiet għeżież!

  34. Fl-ewwel paġna hu mqiegħed l-ewlieni fost il-predestinat għall-glorja: Kristu Ġesù. Imbagħad il-kbira Ommu, u f’din l-ewwel paġna hemm iddikjarat li kull min għandu ismu fil-”Ktieb tal-Ħajja” matul ħajtu jeħtieġ li jagħti, qima u barka lil Marija Santissima.

  35. Episodju 7 Il-KALVARJU

  36. San Mikiel Arkanġlu jirrakkonta: Ħaġa tassew tal-akbar għaġeb li Alla jsir bniedem u jmut għall-kreaturi tiegħu! Jiena u sieħbi Gabrijel konna maġenb Ġesu’, wieħed kull naħa tas-Salib fuq il-Kalvarju, naraw u naduraw it-tjubija ul-ġustizzja t’Alla lejkom il-bnedmin, x’ħin biex jifdikom, qiegħed għall-mewt lil Ibnu.

  37. Rajna u stagħġibna fuq il-ġustizzja ta’Alla x’ħin ir-Re tal-glorja, miksi bid-dnubiet tad-dinja kollha, smajnieh igħajjat mis-salib: “Alla tiegħi, Alla tiegħi. għaliex tlaqtni?” U meta Kristu qal: “Huwa mitmum!” rajna r-renju ta’ satana fuq l-art jiġġarraf għal dejjem.

  38. Malli l-Feddej tagħkom li xtrakom bid-demm prezzjuż divin tiegħu mejjel rasu u miet, aħna rajna tiela’ bħal inċens maħruq fin-nar, li kontinwament kien u jibqa’ jgħajjat quddiem it-tron tas-Santissima Trinità: “Paċi, maħfra u saħħa.

  39. Inti ġejt Feddej, lilek radd il-ħajr bil-kbir, għax vittma oħra ma setgħetx tasal biex tħallas b’mod xieraq u denn lill- Ġustizzja divina, u tneħħi d-dnub tad-dinja!”

  40. Episodju 9. KRISTU FIL-LEMIN T’ALLA L-MISSIER Episodju 8 KRISTU fil-LEMIN ta’ALLA l-MISSIER

  41. San Mikiel Arkanġlu jirrakkonta: “Għajn ta’ bniedem qatt ma rat, widna ta’ bniedem qatt ma semgħet, lanqas qatt daħal f’qalb ta’ bniedem x’lesta Alla għal dawk li jħobbuh”.

  42. Kif immela bniedem jista’ jifhem il-kobor tar-rebħa ta’ Kristu x’ħin hu rċieva mingħand Alla l-Missier l-unur u l-glorja bi ħlas tal-umiljazzjonijiet li ġarrab fid-dinja biex jagħti sebħ lill-Missier!

  43. Jista’ forsi bniedem jifhem il-ferħ ta’ qlubna x’ħin aħna l-anġli rajna fil-lemin t’Alla l-Missier lil Kristu, imqiegħed avukat u saċerdot għall-maħfra u ħniena lejn il-bnedmin, bi tpattija ta’ l-offiżi kollha tagħhom?

  44. Minn tant deni li Satana, malizzjuż u qattiel, fehem jikkaġuna lill-bnedmin, ġibed fil-fatt fuqhom ilkoll l-aqwa ġid, l-akbar unur li aħna l-anġli f’kull dinjità tagħna ma jistax ikollna: jiġifieri li jissejħu wlied Alla.

  45. Alla nnifsu lanqas ma staħa jissejjaħ wieħed mill-aħwa tal-bnedmin. Għalhekk hi vleġġa terribli għall-misħutin dimonji s-sentenza Verbum Dei caro factum est, għax permezz ta’ Kristu, kull ħila, kull forza ntfietlu lix-xitan għal dejjem.

  46. Qima u radd il-ħajr mill-bnedmin kollha lis-Sinjur Ġesu’ Kristu, unur u glorja għal dejjem. Jistqarr kull ilsien li s-Sinjur Ġesù Kristu huwa fil-glorja t’Alla l-Missier.

  47. Episodju 9. KRISTU FIL-LEMIN T’ALLA L-MISSIER Episodju 9 L-INKURUNAZZJONI ta’ MARIJA SANTISSIMA

  48. San Mikiel Arkanġlu jirrakkonta: Wara d-daħla ta’ Kristu fis-sema rebbieħ bil-kbir fuq il-mewt, fuq Satana u fuq id-dinja, aħna b’ħerqa kbira konna nistennew l-omm tiegħu biex tissieħeb fil-glorja wara li tant kellha sehem fit-tbatijiet miegħu.

  49. Kien għalina tassew kbir l-unur x’ħin Kristu tana l-ordni sabiex b’idejna ndaħħlu fostna, bir-ruħ u bil-ġisem, lil dil-kreatura l-iżjed ipprevileġġata. Min fost il-bnedmin jista’ jifhemil-laqgħa glorjuża li kellha, b’mod speċjali mill-Iben divin tagħha?

More Related