1 / 35

Qari mill-ktieb tal-Eżodu Eżodu 3 3 , 7-11;34,5b-9.28 Il-Mulej kien ikellem lil Mos è

Qari mill-ktieb tal-Eżodu Eżodu 3 3 , 7-11;34,5b-9.28 Il-Mulej kien ikellem lil Mos è wiċċ imb wiċċ. F’dak iż-żmien, Mosè kien jieħu tinda u jwaqqafha barra l-kamp, u ’l bogħod mill-kamp, u semmieha: “It-Tinda tal-laqgħa”. Kull min kien ifittex

rafal
Télécharger la présentation

Qari mill-ktieb tal-Eżodu Eżodu 3 3 , 7-11;34,5b-9.28 Il-Mulej kien ikellem lil Mos è

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Qari mill-ktieb tal-Eżodu Eżodu 33,7-11;34,5b-9.28 Il-Mulej kien ikellem lil Mosè wiċċ imb wiċċ.

  2. F’dak iż-żmien, Mosè kien jieħu tinda u jwaqqafha barra l-kamp, u ’l bogħod mill-kamp, u semmieha: “It-Tinda tal-laqgħa”.

  3. Kull min kien ifittex il-Mulej, kien joħrog lejn it-tinda tal-laqgħa, li kienet barra l-kamp. Kull meta Mosè kien joħroġ lejn it-tinda kien iqum il-poplu kollu u

  4. kull wieħed kien joqgħod wieqaf quddiem it-tinda, u jħarsu lejn Mosè sa ma jidħol fit-tinda. Kull meta Mosè kien jidħol fit-tinda kienet tinżel kolonna ta’

  5. sħab, u tieqaf fil-bieb, u titkellem ma’ Mosè. Il-poplu kollu kien jara din il-kolonna ta’ sħab wieqfa fil-bieb tat-tinda, u kien iqum il-poplu kollu, u jmilu ujinżlu wiċċhom

  6. fl-art, kullħadd quddiem il-bieb tat-tinda tiegħu. Il-Mulej kien ikellem lil Mosè wiċċ imb wiċċ, bħalma bniedem ikellem lil ħabibu; imbagħad

  7. Mosè kien jerga’ lura lejn il-kamp; imma Ġożwè bin Nun, żagħżugħ, ma kienx joħrog mit-tinda. Imbagħad il-Mulej niżel fi sħaba u waqaf hemm

  8. maġenbu; u xandar l-isem tal-Mulej. U l-Mulej għadda minn quddiemu u għajjat: “Jahweh! Jahweh! Alla li jagħder u jħenn; tqil biex jagħdab u kbir

  9. fit-tjieba u l-fedeltà. Iħares it-tieba għal elf ġenerazzjoni u jaħfer il-ħażen, id-dnub u l-ħtija; imma ma jħalli xejn għaddej; jikkastiga l-ħażen tal-missirijiet

  10. f’uliedhom u f’ulied uliedhom sat-tielet u r-raba’ ġenerazzjoni” Mosè minnufih inxteħet għal wiċċu fl-art, ta qima u qal: “Jekk jien tassew sibt

  11. ħniena quddiemek, Sidi, ħa jiġi Sidi ġo nofsna, nitolbok; għax dan hu poplu rasu iebsa. Aħfrilna ħżunietna u ħtijietna, u ħudna b’wirt għalik”

  12. Mosè baqa’ mal-Mulej • erbgħin jum u erbagħin lejl, mingħajr ma kiel ħobż jew xorob ilma. U kiteb fuq it-twavel il-kliem • tal-patt, l-għaxar kelmiet.

  13. Il-Kelmatal-Mulej. R:/ IrrodduħajrlilAlla

  14. Salm Responsorjali R:/ Ħanin u twajjeb il-Mulej

  15. Il-Mulej jagħmel is-sewwa, u l- ħaqq mal-maħqurin kollha.

  16. Hu għarraf lil Mosè l-ħsieb tiegħu, l-għemejjel tiegħu lil ulied Iżrael.

  17. R:/ Ħanin u twajjeb il-Mulej

  18. Ħanin u twajjeb il-Mulej, idum ma jagħdab u kollu mogħdrija. Ma joqgħodx jitlewwem magħna, u anqas jinkorla għal dejjem.

  19. R:/ Ħanin u twajjeb il-Mulej

  20. Ma mexiex magħna skont ma ħaqqhom ħtijietna; ma ħallasniex skont ma ħaqqha ħzunitna.

  21. Daqskemm huma is-smewwiet ’il fuq mill-art, hekk hi kbira tjubitu ma’ min jibża minnu.

  22. R:/ Ħanin u twajjeb il-Mulej

  23. Daqskemm hu mbiegħed il-Lvant mill-Punent, hekk hu jbiegħed minna ħtijietna.

  24. Bħalma jħenn il-missier għal uliedu, hekk iħenn il-Mulej għal min għandu l-bizá tiegħu.

  25. R:/ Ħanin u twajjeb il-Mulej

  26. Hallelujah, Hallelujah Iż-żerriegħa hi l-kelma ta’ Alla, dak li jiżra ż-żerriegħa huwa Kristu:kull min isibu, għandu l-ħajja ta’ dejjem. Hallelujah, Hallelujah

  27. Qari mill-Evanġelju skont San Mattew Mt 13, 36-43 R:/ GlorjalilekMulej Bħalma s-sikrana jiġbruha u jaħarquha fin-nar, hekk isir fi tmiem id-dinja.

  28. F’dak iż-żmien, Ġesù ħalla n-nies u mar id-dar. Resqu lejh id-dixxipli tiegħu u qalulu: “Fissirhielna l-parabbola tas-sikrana fl-għalqa.”

  29. U wegibhom: “Dak li jiżra’ iż-żerriegħa t-tajba huma Bin il-bniedem. L-għalqa hija id-dinja; iż-żerriegħa t-tajba huma wlied is-Saltna; is-sikrana huma

  30. wlied il-Ħazin , u l-għadu li żeragħha huwa x-Xitan. Il-ħsad ifisser tmiem id-dinja, u l-ħassada l-anġli. Mela bħalma is-sikrana jiġbruha u jaħarquha

  31. fin-nar, hekk isir fi tmiem id-dinja. Bin l-bniedem jibgħat l-angli tiegħu, u huma jiġbru barra mis-Saltna tiegħu kulma jġib it-tfixkil u kull min

  32. jagħmel il-ħażen,u jixħtuhom fil-ħuġġieġa tan-nar; hemmhekk ikun hemm il-biki u t-tgħażżiż tas-snien. Imbagħad il-ġusti jsiru jiddu bħax-xemx

  33. fis-Saltna ta’ Missierhom. Min għandu widnejn, ħa jisma’!”

  34. Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu

  35. ĦSIEB

More Related