1 / 18

Form 1 Lejn il- Ħ ajja 1 Insibu t-Triq – Ġ esù Revi ż joni fuq Units 1 – 4.

Form 1 Lejn il- Ħ ajja 1 Insibu t-Triq – Ġ esù Revi ż joni fuq Units 1 – 4. Unit 1 : Irridu Nikbru. Liema huma l-aspetti differenti li fihom qeg ħ din nikbru ?. Fil- ġ isem u fis-sa ħħ a Fil-mod kif na ħ sbu F’dak li n ħ ossu Fil-mod kif in ġ ibu ru ħ na.

reed
Télécharger la présentation

Form 1 Lejn il- Ħ ajja 1 Insibu t-Triq – Ġ esù Revi ż joni fuq Units 1 – 4.

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Form 1 Lejn il-Ħajja 1 Insibu t-Triq – Ġesù Reviżjoni fuq Units 1 – 4.

  2. Unit 1: Irridu Nikbru • Liema huma l-aspetti differenti li fihom qegħdin nikbru? • Fil-ġisem u fis-saħħa • Fil-mod kif naħsbu • F’dak li nħossu • Fil-mod kif inġibu ruħna

  3. Għaliex huwa Ġesù l-aħjar persuna biex jgħinna nimxu ’l quddiem fit-triq tal-ħajja? • Ġesù hu Alla li jista’ kollox u jaf kollox. • Ġesù hu veru bniedem bħalna li din it-triq mxieha diġà u ħallielna l-eżempju biex nimxu warajh.

  4. Unit 2: F’Pajjiż Nisrani • Liema ħwejjeġ juru li Malta hi pajjiż Nisrani? • Toroq b’ismijiet marbuta mar-reliġjon. • Niċeċ u statwi ta’ Ġesù, il-Madonna u l-qaddisin. • Knejjes, kunventi, postijiet tad-duttrina, eċċ. • Ħafna postijiet storiċi b’rabta reliġjuża. • Ħafna festi reliġjużi u drawwiet marbuta magħhom. • L-importanza li nagħtu lir-reliġjon fil-ħajja personali tagħna.

  5. F’ liema ktieb tal-Bibbja nsibu li Malta saret Nisranija? Fl-Atti tal-Appostli. • X’jismu l-Papa li żar Malta fl-1990 u sejjaħ lill-poplu Malti “poplu Kattoliku tajjeb”? Il-Papa Ġwanni Pawlu II.

  6. Unit 3: Ġesù f’ Pajjiżu • Liema huma t-tliet reġjuni prinċipali tal-Palestina ta’ ]mien Ġesù? • Il-Galilija • Is-Samarija • Il-Lhudija

  7. Kafarnahum Galilija Lhudija Samarija Lhudija Galilija Lhudija Lhudija Galilija Galilija • F’ liema reġjun tal-Palestina nsibu dawn l-irħula jew bliet? • Kana • Ġerusalemm • Sikar • Betanja • Nażaret • Emmaws • Ġeriko • Najn • Kafarnahum

  8. Suldat Ruman Awgustu Ċesari Ir-Rumani • Min kienu l-ħakkiema barranin tal-Palestina fi żmien Ġesù? • Min kien l-Imperatur fiż-żmien li fih twieled Ġesù? Awgustu • F’idejn min kienet il-Palestina f’dan iż-żmien? Erodi l-Kbir

  9. Ponzju Pilatu Tiberju Ċesari • Min kien l-Imperatur Ruman fi żmien il-mewt ta’ Ġesù? • Min kien imexxi l-Palestina f’isem Tiberju? Ponzju Pilatu • F’idejn min kienet it-tmexxija tar-reliġjon tal-Lhud? Is-Sinedriju

  10. Għal-liema grupp jew partit tal-Lhud japplika dan it-tagħrif li ġej? Kien moħħhom biex iħarsu l-irqaqat tal-Liġi — Il-Fariżej Kienu l-partit tas-sinjuri u n-nobbli — Is-Sadduċej Ma kinux jemmnu fil-ħajja ta’ wara l-mewt — Is-Sadduċej Kienu jiġbru t-taxxi għar-Rumani — Il-pubblikani Kienu kontra kull min jaħdem mar-Rumani — Il-Fariżej Kienu magħrufin bħala ħallelin — Il-pubblikani Il-qassis il-kbir kien ikun wieħed minnhom — Is-Sadduċej

  11. Ma’ liema festa tal-Lhud hu marbut dan it-tagħrif? Fiha jfakkru l-ħruġ mill-Eġittu — L-Għid Fiha jfakkru meta Alla straħ wara li ħalaq id-dinja — Is-Sibt Fiha ssir l-ikla tal-ħobż ażżmu u l-ħaruf mixwi — L-Għid Fiha ssir it-tifkira tal-40 sena fid-deżert — Il-Festa tat-Tined Fiha jfakkru l-Patt tas-Sinaj — Għid il-Ħamsin Fiha jmorru jitolbu u jitgħallmu fis-sinagoga — Is-Sibt

  12. L-Evanġelji ssawru fuq tliet perijodi. Liema huma? • Meta Ġesù għex u għallem fil-Palestina. • Meta l-Appostli wasslu bil-fomm dak li għamel u għallem Ġesù. • Meta saret il-kitba.

  13. Unit 4: Milja ta’ Storja Sħiħa • F’liema żewġ okkażjonijiet kbar tidher l-aktar il-fidi ta’ Abraham? • Meta, biex jobdi lil Alla, telaq minn artu bla ma kien jaf fejn sejjer. • Meta, biex jobdi lil Alla, kien lest li joffri lil ibnu Iżakk li fih kien qed jara t-tama tiegħu. • X’kien il-kliem tal-wegħda speċjali li Alla għamel lil Abraham u li seħħet f’ Ġesù? “B’nislek jitbierku l-ġnus kollha tal-art.”

  14. Mosè ħeles lil-Lhud mill-jasar tal-E;ittu. • Qabbel dawn il-ġrajjiet mill-ħajja ta’ Mosè ma’ ġrajjiet mill-ħajja ta’ Ġesù: Ġesù ħeles lill-bnedmin kollha mill-jasar tad-dnub. Mosè lil-Lhud tahom il-manna – ikel għall-ħajja ta’ issa. Ġesù lilna jtina l-Ewkaristija – ikel tal-ħajja ta’ dejjem. Mosè għolla s-serp tal-bronż biex min iħares lejh jgħix ftit iktar. Ġesù miet fuq is-salib u rebaħ fuq il-mewt biex aħna ngħixu għal dejjem. Mosè wassal il-Kelma ta’ Alla fil-kmandamenti. Ġesù hu l-Iben ta’ Alla nnifsu li ġie biex iwassalna għand Missieru.

  15. Għaliex baqa’ magħruf l-iżjed David fost il-poplu Lhudi? • 1. Kien sultan kbir u qawwi li • ġab l-għaqda fost il-poplu. • għażel lil Ġerusalemm bħala l-belt kapitali. • rebaħ l-għedewwa kollha tal-poplu u ġab żmien ta’ paċi u ġid. • 2. Lilu kienet saret il-wegħda li min-nisel tiegħu għad joħroġ sultan li jibqa’ jsaltan għal dejjem.

  16. Bniedem li jitkellem f’isem Alla. • Xi tfisser il-kelma “profeta”? • Għaliex Ġesù hu ferm aqwa mill-profeti kollha f’daqqa? Il-profeti wasslu l-Kelma ta’ Alla. Ġesù hu Alla nnifsu li ġie jkellimna.

  17. Il-Bibbja Kemm fiha kotba l-Bibbja? 73. Liema huma ż-żewġ taqsimiet prinċipali tal-Bibbja? It-Testment il-Qadim u t-Testment il-:did. X’tissejjaħ l-ewwel taqsima tat-Testment il-Qadim? Il-Pentatewku. X’insibu fil-Kotba Storiċi? L-istorja tal-poplu Lhudi minn Ġożwè sal-Makkabin. X’insibu fl-Atti tal-Appostli? Il-ġrajja tal-bidu u t-tixrid tal-Knisja wara l-Qawmien mill-mewt ta’ Ġesù.

  18. Tmiem

More Related