1 / 28

Taqbiliet Maltin (it-tieni parti) malti.skola.mt

Taqbiliet Maltin (it-tieni parti) http://malti.skola.edu.mt. Anġolin!. - Anġolin! Anġolin! Ġej vapur. - Minn fejn ġej? - Mill-Ħamrun. - Meta jasal taħt il-mina jagħmel, Xiqq! paqq! pumm!. Ċetta Ċettina. Ċetta Ċettina daħlet fil-kċina, kixfet il-borma

varian
Télécharger la présentation

Taqbiliet Maltin (it-tieni parti) malti.skola.mt

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Taqbiliet Maltin(it-tieni parti) http://malti.skola.edu.mt

  2. Anġolin! - Anġolin! Anġolin! Ġej vapur. - Minn fejn ġej? - Mill-Ħamrun. - Meta jasal taħt il-mina jagħmel, Xiqq! paqq! pumm!

  3. Ċetta Ċettina Ċetta Ċettina daħlet fil-kċina, kixfet il-borma u serqet għaġina.

  4. Ċetta Furfiċetta Ċetta furfiċetta l-għarus tagħha parrukkier. Qatgħalha xagħarha kollu U ħallielha nokklu quddiem.

  5. Ġanni l-bidwi Ġanni l-bidwi razzett għandu, fih irabbi l-annimali mogħża u ħmara fih insibu kif ukoll xi sitt majjali. Għandu żiemel abjad kollu, baqra smina u tal-ħalib, tiġieġ, flieles u kelb iswed, li ta’ dawn huwa l-ħabib.

  6. Johnny Ġonta Johnny Ġonta fi mnieħru għandu ponta; Ponta mhux musmar, naqqarhielu d-dundjan!

  7. Katarin Katarin ġibtlek lampuka. Katarin kebbes in-nar. Katarin iftaħ it-tieqa, ħalli joħroġ id-duħħan.

  8. Il-Mara tal-Imdina Kien hemm waħda mara l-Imdina, li għamlet festin f’għeluq sninha. Imma ħbieb ma stidnitx, għax nies ma riditx, u stiednet sittax-il xadina.

  9. Il-Mara tal-Qaqoċċ Naf mara li tħobb il-qaqoċċ tnax tiekol kull kwarta bl-arloġġ, u biex ma taħlix il-qxur ma tarmix imma tħithom u tagħmel papoċċ.

  10. Pawlu Pasparawlu Pawlu Pasparawlu, taħt is-sodda jisparawlu. Sparawlu tliet darbiet u qattgħulu l-qalziet.

  11. Tar-Rizzi Tar-rizzi waqa’ l-baħar Tal-imħar qabeż għalih! Tar-rizzi tela’ jiġri, Tal-imħar baqa’ fil-qiegħ!

  12. Sulfarina Sulfarina mara ċkejkna għandha tfal tnejn u ħamsin. Hija żżommhom ġewwa kaxxa dejjem hemm, dejjem reqdin.

  13. It-Tifla tal-Kampanja Kemm nixtieq li kont reġina, Biex inkun inkurunata. Iżda jiena tifla fqira, fl-għalqa niżra’ l-patata. Do re mi fa fa fa Do re mi fa fa fa Do re mi fa so la si do. Jien tifla tal-kampanja l-iskola ma mmur qatt. Id-dar nilgħab ma’ ħuti, jew fl-għalqa nagħżaq l-art. Do re mi fa fa fa Do re mi fa fa fa Do re mi fa so la si do. Bl-imgħażqa fuq spallejja, b’xi biċċa ħobż f’idejja, maktur marbut ma’ rasi, biex nilqa’ x-xemx għaddejja. Do re mi fa fa fa Do re mi fa fa fa Do re mi fa so la si do.

  14. Toninu Waqt li Toninu, kien qiegħed jaqra, b’qattus ma ġenbu, u kelb daqs naqra, daħlet in-nanna, inkiss inkiss u tatu bewsa, kif kien imiss!

  15. Wieħed, tnejn, tlieta... (Ċetta) Wieħed, tnejn, tlieta. Ċetta kemm hi kwieta. Erbgħa, ħamsa, sitta. Ċetta kemm hi fitta. Sebgħa, tmienja, disgħa. Ċetta tħobb il-wisa’. Għaxra, ħdax, tnax, Trid tiġri u ma tistax! Brother Henry

  16. Wieħed, tnejn, tlieta... (Paċikk) Mar għand ir-re, garalu gabarrè. Mar għand ir-reġina, tefgħetlu kuċċarina. Mar għand l-ispiżjar garalu pakkett tajjar. Mar għand it-tabib, garalu bott ħalib. Ħaduh l-isptar, għattewh bil-liżar. Ħallewlu ż-żokkra barra u naqqarhielu d-dundjan! Wieħed, tnejn, tlieta, Paċikk qabeż mit-tieqa. Ġie fuq blata, weġġa’ l-patata. Mar għand ommu, bamblithomlu. Mar għand missieru, kissirlu snienu.

  17. Ix-Xufier Tiri, tiri, tanna, u aħna s’hawn wasalna. Qus, qus, qus u x-xufier kemm hu gustuż. Okkli, okkli, okkli, U x-xufier kemm għandu nokkli. Ana, ana, ana, u x-xufier kemm hu minn tagħna. Qusa, qusa, qusa, u x-xufier għandu l-għarusa.

  18. Iz-Zija ta’ Ħal Lija Darba z-zija ta’Ħal Lija ġiet għalija filgħaxija. Oħti Pija qabdet fija għax iz-zija ferħet bija. Jiena sfart daqs il-lumija, qbadt qasrija tfajtha ’l ħija. Ilqatt iz-zija li din toqgħod numru mija, Triq San Lija, ġo ĦalLija! Ħal Lija

  19. Il-Festi Santa Marija l-Mosta. Il-Vitorja n-Naxxar. Santa Liena Birkirkara. Tal-Grazzja Ħaż-Żabbar.

  20. Lajla lila! Lajla lila, ħudni miegħek. Lajla lila, ħudni d-dar. Teħodnix il-festa miegħek, Għaliex nibża’ mill-isparar.

  21. San Martin (fil-11 ta’ Novembru) Ġewż, lewż, qastan, tin, Kemm inħobbu ’l San Martin!

  22. Ninu Ninu tal-Milied Ninu Ninu tal-Milied, ommu għamlet il-qagħqiet; Il-qagħqiet tal-qastanija Santu Rokku tat-tiġrija. (jew Lesti l-bhejjem għat-tiġrija) Għax għaddew il-festi kollha, baqa’ biss Santa Marija!

  23. Id-Dudu Fis-siegħa twieled dudu. Fis-sagħtejn beda jitwal. Fit-tlieta kellu mara. Fl-erbgħa kellu t-tfal. Fil-ħamsa miet. Fis-sitta ħaduh. Fis-sebgħa difnuh. Fid-disa' qalgħuh. Fl-għaxra sajruh. Fil-ħdax kiluh. F'nofsillejl għadduh.

  24. L-Għasfur L-għasfur minn tal-kampanja, minn siġra għal oħra jtir. Jiekol it-tina l-misjura u n-nejja jħalliha ssir.

  25. Lupu Lupu • Lupu, lupu X’inti tagħmel? - Qed inħaffer ħofra. - Il-ħofra għalfejn? - Biex nagħmel il-misħun. - Il-misħun għalfejn? - Biex insinn is-skieken. - Is-skieken għalfejn? - Biex noqtolkom!

  26. It-Tiġieġa It-tiġieġa biedet bajda, biditha fil-katusa. Ma kellhiex min iġibhielha ġabithielha l-qattusa.

  27. Taqbiliet Maltin oħra ssibhom f’dawn il-kotba: • Maria Grazia Sammut et al (edituri), Taqbil u Għanjiet/Rythm and Rhyme, Il-Kulleġġ San Ġorġ Preca, l-Iskola Primarja tal-Furjana. • Guido Lanfranco, Logħob, Taqbil u Ġugarelli tat-Tfal Maltin sa Nofs is-Seklu Għoxrin, 2006, Wise Owl. • Keith Mayl et al (edituri), Taqbiliet Maltin għall-Kbar u għaż-Żgħar, 2010, Rhymed, Malta. • Bro. Henry, Madwari 2, 1979, Pub.De La Salle. Taf b’xi ktieb ieħor? Ibagħtilna d-dettalji tiegħu ħalli nżiduh mal-lista.

  28. Taqbiliet oħra mmużikati ssibhom fis-sit:http://schoolnet.gov.mt/socialstudies/Rizorsi/inkantaw.htm GRAZZI http://malti.skola.edu.mt

More Related