1 / 29

Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 42, 15-26

Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 42, 15-26. B ’sebħ il-Mulej hu mimli xogħlu. Sa nfakkar issa l-għemejjel tal-Mulej, u nitkellem fuq dak li rajt. Bi kliem il-Mulej saru l-għemejjel tiegħu. Ix-xemx iddawwal hi u tħares fuq kollox; hekk b’sebħ.

dustin-moon
Télécharger la présentation

Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 42, 15-26

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Qari mill-Ktieb • ta’ • Bin Sirak • Sir 42, 15-26 • B’sebħ il-Mulej hu mimli xogħlu.

  2. Sa nfakkar issa l-għemejjel tal-Mulej, u nitkellem fuq dak li rajt. Bi kliem il-Mulej saru l-għemejjel tiegħu. Ix-xemx iddawwal hi u tħares fuq kollox; hekk b’sebħ

  3. il-Mulej hu mimli xogħlu. Lanqas lill-qaddisin tiegħu ma ta l-Mulej is-setgħa, li jgħoddu u jfissru għeġubijietu, dak li għamel il-Mulej li jista’ kollox biex il-ħolqien kollu jkun

  4. fis-sod fil-glorja tiegħu. Jifli l-abbissi u qlub il-bnedmin, u jagħraf it-triqat imwiegħra tagħhom, għax Alla l-għoli jagħraf kulma jista’ jingħaraf, u jħares lejn

  5. is-sinjali taż-żmien. Iħabbar dak li għadda u dak li għad ikun, u jikxef triqat il-ħwejjeġ mistura. Ma jaħrablu l-ebda ħsieb, u lanqas kelma waħda mhi moħbija minnu. Qassam

  6. bl-ordni l-opri l-kbar ta’ għerfu, u hu minn dejjem u għal dejjem. Xejn ma jiżdiedlu u lanqas jitnaqqaslu, u ma jeħtieġ il-parir ta’ ħadd. X’għaxqa fihom l-għemejjel tiegħu

  7. kollha! U minnhom ma tidhirx ħlief xrara! Kollha jgħixu u jibqgħu għal dejjem kollha meħtieġa, u kollha jisimgħu minnu. Kollox tnejn tnejn, wieħed

  8. il-maqlub tal-ieħor, u m’għamel xejn bin-nieqes. B’wieħed isaħħaħ it-tajjeb tal-ieħor, u min se jixba’ jħares lejn sebħu?

  9. Il-Kelmatal-Mulej. R:/ IrrodduħajrlilAlla

  10. Salm Responsorjali R:/ Bil-kelma tal-Mulej saru s-smewwiet

  11. Faħħru l-Mulej bid-daqq taċ-ċetra; għannulu fuq l-arpa b’għaxar kordi. Għannulu għanja ġdida; doqqulu bis-sengħa u b’leħen qawwi.

  12. R:/ Bil-kelmatal-Mulej saru s-smewwiet

  13. Għax sewwa hi l-kelma tal-Mulej, kollox bil-fedeltà huwa għamel.

  14. Hu jħobb id-dritt u s-sewwa; bit-tieba tal-Mulej mimlija l-art.

  15. R:/ Bil-kelmatal-Mulej saru s-smewwiet

  16. Bil-kelma tal-Mulej saru s-smewwiet, u b’nifs fommu t-tiżjin kollu tagħhom. Bħal f’ġarra l-ilmijiet ġabar, u l-ibħra kbar fi mħażen.

  17. R:/ Bil-kelmatal-Mulej saru s-smewwiet

  18. Ħa tibża’ mill-Mulej l-art kollha; jitbeżża’ minnu kull min jgħammar fid-dinja. Għax hu tkellem, u hi saret; hu ordna, u hi twaqqfet.

  19. R:/ Bil-kelmatal-Mulej saru s-smewwiet

  20. Hallelujah, Hallelujah Hallelujah Jiena d-dawl tad-dinja, jgħid il-Mulej: min jiġi warajja jkollu d-dawl tal-ħajja. Hallelujah, Hallelujah

  21. Qari mill-Evanġelju skont San Mark Mk 10, 46-52 R:/ GlorjalilekMulej Li nerġa’ nara, Rabbuni!

  22. F’dak iż-żmien, waqt li Ġesù kien ħiereġ minn Ġeriko flimkien mad-dixxipli tiegħu u ma’ kotra kbira ta’ nies, kien hemm wieħed tallab agħma, jismu Bartimew,

  23. bin Timew, bilqiegħed mal-ġenb tat-triq. Dan meta sama’ li kien Ġesù ta’ Nazaret, qabad jgħajjat u jgħid: “Ġesù, bin David, ikollok ħniena minni!”

  24. Kien hemm ħafna li bdew jgħajtu miegħu biex jiskot imma hu aktarbedajgħajjat: “Bin David, ikollok ħniena minni!” Ġesù waqaf u qal: “Sejħulu!”

  25. Huma sejħu l-agħma u qalulu: “Agħmel il-qalb! Qum, qiegħed issejjaħlek!” Dak tajjar il-mantar minn fuqu, qabeż fuq riġlejh u mar ħdejn Ġesù.

  26. U Ġesù kellmu u qallu: “Xi tridni nagħmillek?” “Li nerga’ nara, Rabbuni!” wieġbu l-agħma. Qallu Ġesù: “Mur, il-fidi tiegħek fejqitek.”

  27. U minnufih raġa beda jara, u baqa’ miexi warajh fit-triq.

  28. Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu

  29. ĦSIEB

More Related