1 / 28

Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 5, 1-10

Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 5, 1-10. Toqgħodx tistenna biex iddur lejn il-Mulej. Isserraħx fuq il-ġid li għandek, u tgħidx: “Dan biżżejjed għalija.” Tħallix il-ġibdiet u saħħtek imexxuk huma , biex timxi wara dak li tixtieq qalbek. U tgħidx:. “ Min jista’ għalija ?”

moral
Télécharger la présentation

Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 5, 1-10

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Qari mill-Ktieb • ta’ • Bin Sirak • Sir 5, 1-10 • Toqgħodx tistenna • biex iddur lejn il-Mulej.

  2. Isserraħx fuq il-ġid li għandek, u tgħidx: “Dan biżżejjed għalija.” Tħallix il-ġibdiet u saħħtek imexxuk huma, biex timxi wara dak li tixtieq qalbek. U tgħidx:

  3. “Min jista’ għalija?” Għax il-Mulej żgur jitħallas minnek. Tgħidx: “Dnibt! B’daqshekk xi ġrali?” għax il-Mulej idum biex jagħdab. La sserraħx rasek

  4. mill-maħfra, hekk li żżid dnub fuq ieħor. U tgħidx: “Il-ħniena tiegħu kbira; jaħfirli l-kotra ta’ dnubiet”; għax kemm il-ħniena u kemm l-għadab huma

  5. tiegħu, imma fuq il-midinbin iniżżel l-għadab. Toqgħodx tistenna biex iddur lejn il-Mulej, u tħallix minn jum għal ieħor, għax ħin bla waqt jasal għadab

  6. il-Mulej, u meta jiġi biex jitħallas minnek, tintilef għalkollox. Isserraħx fuq ġid li qlajt bil-qerq, għax xejn ma jkun jiswielek fi żmien l-għawġ.

  7. Il-Kelmatal-Mulej. R:/ IrrodduħajrlilAlla

  8. Salm Responsorjali R:/ Hieni l-bniedem li jqiegħed fil-Mulej it-tama tiegħu

  9. Hieni l-bniedem li ma jimxix fuq il-pariri tal-ħżiena, li ma jiqafx fi triq il-ħatjin,

  10. li ma joqgħodx fil-laqgħat taż-żeblieħa; imma fil-liġi tal-Mulej hi l-għaxqa tiegħu, lejl u nhar jaħseb fil-liġi tiegħu.

  11. R:/ Hieni l-bniedem li jqiegħedfil-Mulej it-tama tiegħu

  12. Hu bħal siġra mħawla ħdejn nixxigħat tal-ilma li tagħmel il-frott fi żmienha,

  13. u l-weraq tagħha ma jidbielx; hu jirnexxi f’kulma jagħmel.

  14. R:/ Hieni l-bniedem li jqiegħedfil-Mulej it-tama tiegħu

  15. Mhux hekk il-ħżiena, mhux hekk; iżda huma bħal tibna li jtajjarha r-riħ.

  16. Għax triq it-tajbin il-Mulej jafha; imma triq il-ħżiena tintemm fix-xejn.

  17. R:/ Hieni l-bniedem li jqiegħedfil-Mulej it-tama tiegħu

  18. Hallelujah, Hallelujah Hallelujah Ilqgħu l-kelma ta’ Alla, mhux bħala kelma ta’ bniedem, iżda bħala kelma ta’ Alla, kif tassew hi. Hallelujah, Hallelujah

  19. Qari mill-Evanġelju skont San Mark Mk 9, 41-50 R:/ GlorjalilekMulej Jaħbatlek aħjar li tidħol b’id waħda fil-ħajja, milli tmur b’idejk it-tnejn fl-infern.

  20. F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Min jagħtikom tazza ilma x’tixorbu għax intom tal-Messija, ngħidilkom is-sewwa li ma tibqax mingħajr il-ħlas tiegħu.

  21. Imma min jagħti skandlu lil wieħed minn dawn iċ-ċkejknin li jemmnu fija, ikun jaqbillu jekk jorbtulu ma’ għonqu ġebla tat-tħin minn dawk li jdawru l-ħmir u jixħtuh fil-baħar.

  22. U jekk idek hija għalik okkażjoni ta’ dnub, aqtagħha barra; jaħbatlek aħjar li tidħol b’id waħda fil-ħajja, milli tmur b’idejk it-tnejn fl-infern, fin-nar li ma jintefiex.

  23. U jekk riġlek hu għalik okkażjoni ta’ dnub, aqtgħu barra; jaħbatlek aħjar li tidħol b’riġel wieħed fil-ħajja, milli tinxteħet b’riġlejk it-tnejn fl-infern. U jekk għajnek

  24. hi għalik okkażjoni ta’ dnub, aqlagħha barra; jaħbatlek aħjar li tidħol b’għajn waħda fis-Saltna ta’ Alla milli tinxteħet b’għajnejk it-tnejn fl-infern, fejn id-dud

  25. tagħhom ma jmutx u fejn in-nar ma jintefiex. Għax kulħadd ikun immellaħ bin-nar. Tajjeb il-melħ; iżda jekk il-melħ jaqta’, biex terġgħu tagħtuh it-togħma tiegħu?

  26. Fittxu li jkollkom melħ fikom infuskom u li tgħixu fis-sliem bejnietkom.”

  27. Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu

  28. ĦSIEB

More Related