1 / 23

L-isem u t-titlu tal-kelliem

Tmexxija Maniġerjali fis-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol Kampanja 2012-13 għall-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa. L-isem u t-titlu tal-kelliem. Data | Titlu tal-avveniment.

farhani
Télécharger la présentation

L-isem u t-titlu tal-kelliem

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Tmexxija Maniġerjali fis-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-XogħolKampanja 2012-13 għall-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa L-isem u t-titlu tal-kelliem Data | Titlu tal-avveniment Is-sigurtà u s-saħħa fil-post tax-xogħol jirrigwardaw lil kulħadd.  ajjeb għalik, tajjeb għall-kumpanija.

  2. Skala tal-problema Għalfejn huma importanti s-sigurtàu s-saħħa? • Tajbin għan-negozju, għall-ħaddiema u għas-soċjetà sħiħa • Kull sena, aktar minn 5,500 persuna jitilfu ħajjithom minħabba inċidenti fuq il-post tax-xogħol • 159,000 imutu minħabba mard relatat max-xogħol (stima tal-ILO) • Spiża ta’ € 490 biljun għall-ekonomija tal-UE

  3. Skala tal-problema • Ħafna mill-inċidenti u l-mard fuq il-post tax-xogħol jistgħu jiġu evitati • 1999–2007, l-UE15 tejbu s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (l-imwiet naqsu minn 5,275 għal 3,782 u l-inċidenti mhux fatali naqsu b’900,000) • 2007–2012,l-istrateġija tal-Komunità timmira għal tnaqqis ulterjuri ta’ 25% • Din il-kampanja għandha l-għan li tibni fuq dan is-suċċess IŻDA • Irridu nkomplu bl-isforzi ta’ prevenzjoni, għaliexil-kisbietli stinkajna għalihom malajr jintilfu jekk ‘naqtgħu lura’

  4. Benefiċċji ta’ sigurtà u saħħa tajbin • Jonqsu r-riskji u l-ispejjeż • inqas liv minħabba mard u dawran tal-persunal • inqas inċidenti • inqas spejjeż ta’ assigurazzjoni • Żieda fil-produttività • Tnaqqis fit-theddida ta’ azzjoni legali • Reputazzjoni aħjar fost il-klijenti, il-fornituri u l-investituri

  5. Aħjar prevenzjoni milli kura Il-prevenzjoni hija l-pedament tal-approċċ tal-Ewropa għall-ġestjoni tar-riskji • Inqas riskji • Evalwazzjoni tar-riskji • Ġlieda kontra r-riskji direttament fis-sors • L-għoti ta’ struzzjonijiet xierqa lill-ħaddiema • Adattament tat-tqassim u l-apparat tal-post tax-xogħol għall-ħaddiema • Adattament għall-progress tekniku • Implimentazzjoni ta’ politika ta’ prevenzjoni ġenerali koerenti • L-għoti ta’ prijorità lill-miżuri protettivi għall-forza tax-xogħol sħiħa fuq dawk għall-individwi

  6. Ir-rwol tal-maniġment Ġestjoni ta’ appoġġ għat-titjib tas-sigurtà u s-saħħa • Tmexxija effettiva u b’saħħitha • Involviment attiv tal-ħaddiema • Valutazzjoni u analiżi kontinwi • It-tmexxija tmur id f’id mal-parteċipazzjoni • Mingħajr tmexxija tajba, il-parteċipazzjoni ma tirnexxix • Il-maniġment huwa responsabbli għall-prerekwiżit li jiġu stabbiliti sħubija u parteċipazzjoni

  7. L-ewwel prinċipju tal-ġestjoni: Tmexxija u sigurtà u saħħa (1) Tmexxija effettiva u b’saħħitha fis-sigurtà u s-saħħa hija vitali. Dan ifisser li l-maniġment: • Jimpenja ruħu li jħaddan is-sigurtà u s-saħħa fuq ix-xogħolbħala valur fundamentali tal-organizzazzjoni • Jaf is-sitwazzjoni eżatta tal-profil ta’ riskju tal-organizzazzjoni • Imexxi bl-eżempju u juri integrità • Jiddefinixxi b’mod ċar u jissorvelja r-rwoli u r-responsabbiltajiet • Jipprijoritizza s-sigurtà u s-saħħa fuq ix-xogħolfl-istrateġija ta’ sostenibilità tal-kumpanija u ġewwa l-katina tal-provvista

  8. Tmexxija u sigurtà u saħħa (2) Eżempji prattiċi tat-tmexxija tas-sigurtà u s-saħħa fuq ix-xogħol jinkludu: • Iżżur il-post ta’ fejn jaħdem il-persunal sabiex tikkonsultah dwar is-saħħa u s-sigurtà (il-ħaddiema mhux talli jistgħu jidentifikaw il-problemi, iżda jistgħu jipprovdu soluzzjonijiet ukoll) • Tieħu responsabilità personali u turi li tagħti kas • Tmexxi bl-eżempju • Tqiegħed għad-dispożizzjoni, kemm jista’ jkun possibbli, flus u ħin

  9. Eżempju ta’ prattika tajba (1) Raffinerija taż-żejt, il-Belġju • Ir-raffinerija taż-żejt Total f’Antwerp daħħlet il-kuntratturi SPIE Belgium • Dan irriżulta f’nuqqas ta’ qbil bejn kulturi ta’ negozjar u sigurtà li kellu jiġi solvut • Il-kumpaniji solvew id-differenzi organizzazzjonali ewlenin u wara ffokaw fuq l-imġiba tal-impjegati fuq il-post tax-xogħol • Il-kulturi korporattivi ġew allinjati permezz ta’ konsultazzjoni intensa li fil-parti l-kbira tagħha kienet informali

  10. Eżempju ta’ prattika tajba (2) • It-titjib ikkontribwixxa sabiex ma jkun hemm l-ebda inċident ladarba Total u SPIE qablu fuq l-“aħjar prattiki” Fatturi ta’ suċċess • Parteċipazzjoni u ħila tal-maniġment superjuri • Komunikazzjoni miftuħa • Involviment attiv tal-impjegati

  11. It-tieni prinċipju tal-ġestjoni: Involviment attiv tal-ħaddiema(1) • L-impjegatur huwa responsabbli għall-ġestjoni tar-riskji relatati max-xogħol, iżda l-liġi tal-UE tgħid li l-impjegatur irid jikkonsulta l-ħaddiema tiegħu dwar is-saħħa u s-sigurtà • Uħud mill-impjegaturi jmorru lil hinn minn dan l-obbligu legali sabiex joħolqu proċess ta’ komunikazzjoni bidirezzjonali reali li fih il-ħaddiema jieħdu sehem fit-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar is-saħħa u s-sigurtà

  12. Involviment attiv tal-ħaddiema (2) • Dan joħloq kultura fejn ir-relazzjonijiet bejn l-impjegaturi u l-ħaddiema jkunu bbażati fuq kollaborazzjoni, fiduċja u sejbien ta’ soluzzjonijiet għall-problemi b’mod konġunt IŻDA • Il-parteċipazzjoni diretta tal-ħaddiema ma għandhiex titqies alternattiva għal sistema ta’ rappreżentazzjoni tal-ħaddiema • It-tnejn li huma jistgħu jintużaw b’mod effettiv, skont l-oqfsa nazzjonali u l-karatteristiċi speċifiċi tal-post tax-xogħol

  13. Involviment attiv tal-ħaddiema (3) Il-kontribuzzjoni tal-ħaddiema tkun ta’ valur speċjalment matul: • L-analiżi tar-riskji • L-iżvilupp ta’ politiki u interventi • L-għoti ta’ osservazzjonijiet pertinenti waqt it-taħriġ u l-implimentazzjoni

  14. Involviment attiv tal-ħaddiema (4) Il-benefiċċji tal-involviment attiv tal-ħaddiema jinkludu: • Rati aktar baxxi ta’ inċidenti • Soluzzjonijiet kosteffiċenti • Forza tax-xogħol aktar kuntenta u produttiva • Għarfien u kontroll aħjar tar-riskji fuq il-post tax-xogħol

  15. It-tielet prinċipju tal-ġestjoni: Valutazzjoni u analiżi kontinwi (1) • Il-monitoraġġ u r-rapportar huma għodod vitali għat-titjib tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol • Jistgħu jipprovdu lill-bord tal-kumpanija b’rapporti speċifiċi (eż. b’enfasi fuq l-inċidenti) u ta’ rutina dwar kif sejra l-kumpanija fil-qasam tas-sigurtà u s-saħħa fuq ix-xogħol • Dan jista’ jkun utli sabiex jitqajmu kwistjonijiet, jinxteħet dawl fuq il-problemi u finalment, jitjiebu s-sigurtà u s-saħħa

  16. It-tielet prinċipju tal-ġestjoni: Valutazzjoni u reviżjoni kontinwi (2) • Sistema tajba ta’ valutazzjoni u analiżi għandha tinkludi: • Proċeduri għar-rapportar ta’ nuqqasijiet kbar fis-saħħa u s-sigurtà lill-membri tal-bord u lis-sidien tal-kumpaniji malajr kemm jista’ jkun • Sistemi għall-kisba u r-rapportar ta’ dejta bħar-rati ta’ inċidenti u mard • Arranġamenti sabiex jiġu inklużi l-fehmiet u l-esperjenzi tal-ħaddiema • Aħna ngħinu sabiex jinħolqu postijiet tax-xogħol aktar siguri u li jkomplu dejjem aktar iġibu s-saħħa ’l quddiem għall-benefiċċju ta’ kulħadd –iżda dan ma nistgħux nagħmluh waħedna

  17. Kampanji bbażati fuq in-netwerks 17 Saħħa ewlenija: punti ċentrali nazzjonali u netwerks tripartiti Iżda anki … l-involviment ta’ partijiet interessati/imsieħba oħrajn • Imsieħba uffiċjali tal-kampanja (organizzazzjonijiet Pan-Ewropej) inklużi msieħba soċjali, NGOs, federazzjonijiet u netwerks settorjali, kumpaniji privati • Istituzzjonijiet tal-UE inklużi l-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament tal-UE, ir-rappreżentazzjonijiet tal-UE, l-aġenziji tal-UE, in-Netwerk Ewropa tal-Intrapriżi

  18. Kif tieħu sehem? 18 • Il-kampanja hija miftuħa għall-individwi u l-organizzazzjonijiet kollha. Tista’ tieħu sehem billi: • Tqassam informazzjoni u materjali dwar il-kampanja • Tipparteċipa f’wieħed mill-ħafna avvenimenti, konferenzi, kompetizzjonijiet, kampanji ta’ reklamar – li jsiru matul il-kampanja • Torganizza l-attivitajiet tiegħek stess

  19. Offerta ta’ sħubija fil-kampanja 19 Anki l-organizzazzjonijiet Pan-Ewropej jistgħu japplikaw sabiex isiru imsieħba tal-kampanja. L-Aġenzija toffri: • Ċertifikat ta’ sħubija • Pakkett sabiex tagħti merħba • Promozzjoni fil-livell tal-UE u fil-midja • Pjattaforma ta’ Komunikazzjoni Online • Sezzjoni fuq il-web għall-imsieħba

  20. Premji Ewropej għall-Aħjar Prattiki 20 • Jirrikonoxxu l-kontribuzzjonijiet straordinarji u innovattivi • Iħeġġu lill-maniġers u lill-ħaddiema sabiex jaħdmu flimkien • Itejbu s-sigurtà u s-saħħa fuq ix-xogħol • L-Istati Membri tal-UE, iż-ŻEE, il-Balkani tal-Punent u t-Turkija • Żewġ kategoriji: • Il-postijiet tax-xogħol li jħaddmu inqas minn 100 ruħ • Dawk b’100 ħaddiem jew aktar • Ir-rebbieħa magħżula mill-applikazzjonijiet sottomessi mill-punti ċentrali nazzjonali http://osha.europa.eu/mt/campaigns/competitions

  21. Riżorsi 21 • Gwida dwar il-Kampanja • Gwidi prattiċi għall-ħaddiema u l-maniġers • Eżempji tal-aħjar prattika • Aħbarijiet dwar avvenimenti tal-kampanja • Preżentazzjonijiet u vidjos animati • Kollha disponibbli f’24 lingwa www.healthy-workplaces.eu

  22. Dati importanti 22 • Tnedija tal-Kampanja 18 ta’ April 2012 • Ġimgħat Ewropej għas-Sigurtàu s-Saħħa fuq ix-XogħolOttubru 2012 u 2013 • Ċeremonja tal-Premji għall-PrattikiTajbin April 2013 • Summit dwar il-Postijiet tax-Xogħolli Jġibu ’l Quddiem is-SaħħaNovembru 2013

  23. Aktar informazzjoni 23 • Żur il-websajt tal-kampanjawww.healthy-workplaces.eu • Sabiex issir taf aktar dwar avvenimenti u attivitajiet f’pajjiżek, ikkuntattja l-punt ċentrali nazzjonali tiegħek www.healthy-workplaces.eu/fops

More Related