1 / 23

Kelma tal-Ħajja

Kelma tal-Ħajja. M ejju 2009. "Kull wie ħed minnkom jgħix skond id-don li rċieva u jinqeda bih għall-ġid tal-oħrajn . " (1 Pt 4,10).

hamlin
Télécharger la présentation

Kelma tal-Ħajja

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Kelmatal-Ħajja Mejju 2009

  2. "Kull wieħed minnkom jgħix skond id-don li rċieva u jinqeda bih għall-ġid tal-oħrajn."(1 Pt 4,10).

  3. Edith, għamja mit-twelid,tgħix ma’ persuni oħra għomja f’istitut fejn il-kappillan, li għandu riġlejh paralizzati, ma jistax jiċċelebra l-Quddiesa. Minħabba f’hekk, kien hemm min irid ineħħi ‘l Ġesù Ewkaristija minn dik id-dar!

  4. Edith talbet lill-isqof biex iħallilhom lil Ġesù Ewkaristija fid-dar bħala l-uniku dawl għad-dlam tagħhom. Il-permess ingħatalha u miegħu permess ieħor biex tqarben hija stess lill-kappillan u ‘l sħabha.

  5. Xewqana li tkun ta’ għajnuna għall-oħrajn, Edith tmexxi programm fuq ir-radju li jdum sejjer għal xi sigħat. B’hekk hi tista’ toffri mit-tajjeb li għandha: pariri, ħsibijiet utli, tweġibiet ċari fuq il-morali, eċċ. Bl-esperjenza tagħha hi tgħin lil dawk li qed ibatu.

  6. Edith... nista’ nkompli ngħid aktar dwarha. Hi għamja u t-tbatija dawlitha. Kemm aktar eżempji nista’ nirrakkuntalek! It-tajjeb jeżisti imma ma jagħmilx ħoss.

  7. Edith prattikament tgħix ta’ nisranija: hi taf li kull wieħed minna rċieva kwalitajiet tajba u bihom għandu jaqdi lill-oħrajn.

  8. Iva, għax bil-kelma “don” (jew “kariżma” li ġejja mill-Grieg) ma nifhmux biss dawk il-grazzji li Alla jagħti lill-mexxejja tal-Knisja.

  9. U lanqas ma tfisser biss dawk id-doni mhux tas-soltu li hu jagħti direttament lil xi ħadd mill-fidili għall-ġid ta’ kulħadd, meta jara li l-Knisja tkun teħtieġ tirrimedja għal xi sitwazzjonijiet eċċezzjonali, jew għal xi perikli serji li għalihom l-istituzzjonijiet tal-Knisja ma jkunux biżżejjed.

  10. Dawn id-doni jistgħu jkunu l-għerf, ix-xjenza, id-don tal-mirakli u tal-ilsna, il-kariżma li biha titwaqqaf spiritwalità ġdida fil-Knisja, u doni oħrajn.

  11. Mhux dawn biss huma doni jew kariżmi, imma hemm oħrajn iktar sempliċi li ħafna nies għandhom, u li tinnutahom minħabba l-ġid li jagħmlu. L-Ispirtu s-Santu jaħdem!

  12. Barra minn hekk anki t-talenti naturali jistgħu jissejħu doni jew kariżmi. Għalhekk kulħadd għandu minnhom. Inti wkoll. U kif għandek tużahom? Ara kif tista’ tħaddimhom. Huma ngħatawlek mhux għalik biss, imma għall-ġid ta’ kulħadd.

  13. "Kull wieħed minnkom jgħix skond id-don li rċieva u jinqeda bih għall-ġid tal-oħrajn."(1 Pt 4,10).

  14. Bla għadd hi l-varjetà tad-doni. Kull wieħed għandu d-don tiegħu u għalhekk fil-komunità għandu l-funzjoni speċifika tiegħu.

  15. Imma għidli ħaġa: inti x’don għandek? Għandek xi ċertifikat, diploma, xi lawrja? Qatt ma ħsibt li toffri xi ftit sigħat fil-ġimgħa biex tgħallem ’il min ma jafx, jew ’il min m’għandux il-mezzi biex jistudja?

  16. Għandek qalbek partikolarment ġeneruża? Qatt ħsibt biex tgħaqqad il-forza tiegħek ma’ dik ta’ oħrajn ħalli tgħin ‘il min hu fqir jew imwarrab, u b’hekk tkun qed tpoġġi s-sens tad-dinjità tal-bniedem f’qalb ħafna nies?

  17. Int kapaċi ssabbar lill-oħrajn? Jew tieħu ħsieb id-dar, issajjar, tagħmel ilbies bi ftit flus jew tinqala’ għal xi xogħol tal-idejn? Ħares madwarek u ara min għandu bżonnok.

  18. Inbati meta nara li hawn min qed ifittex u li hawn min jgħallem kif nistgħu nimlew il-ħin liberu. Aħna l-insara M’GĦANDNIEX ĦIN LIBERU, sa ma fid-dinja jibqa’ min hu marid, bil-ġuħ, il-ħabs, injurant, dubjuż, imdejjaq, drogat, iltim, armla...

  19. U ma jidhirlekx li t-talb hu don mill-aqwa li nistgħu nużaw, peress li kull ħin nistgħu nduru lejn Alla li jinsab kullimkien?

  20. "Kull wieħed minnkom jgħix skond id-don li rċieva u jinqeda bih għall-ġid tal-oħrajn."(1 Pt 4,10).

  21. Timmaġinaha Knisja li fiha l-insara kollha, miż-żgħar sal-kbar, jagħmlu kull ma jistgħu biex ipoġġu d-doni tagħhom ħalli jgħinu ‘l-oħrajn?

  22. Kieku l-imħabba ta’ bejnietna tkun daqshekk vera, u qalbna tkun daqshekk kbira, li minn dan kollu nintgħarfu bħala dixxipli ta’ Kristu... Mela, la dan ikun ir-riżultat, għaliex ma tagħmilx dak kollu li tista’ biex dan jitwettaq?

  23. "Kull wieħed minnkom jgħix skond id-don li rċieva u jinqeda bih għall-ġid tal-oħrajn."(1 Pt 4,10). “Kelma tal-Ħajja”, pubblikazzjoni ta’ kull xahar tal-Moviment tal-Fokolari. Kitba ta’ Chiara Lubich, Jannar 1979.Grafika ta’ Anna Lollobis-sehem ta’ Fr. Placido D’Omina (Sqallija - Italja)

More Related