1 / 30

Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 1, 1-10

Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 1, 1-10. L-għerf kien maħluq qabel kollox. L-għerf kollu ġej mill-Mulej, u qiegħed miegħu għal dejjem. Ramel il-baħar, qtar ix-xita, u jiem l-eternità, min jista’ jgħoddhom? L-għoli tas-smewwiet, il-wisa’.

orsin
Télécharger la présentation

Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 1, 1-10

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Qari mill-Ktieb • ta’ • Bin Sirak • Sir 1, 1-10 • L-għerf • kien maħluq qabel kollox.

  2. L-għerf kollu ġej mill-Mulej, u qiegħed miegħu għal dejjem. Ramel il-baħar, qtar ix-xita, u jiem l-eternità, min jista’ jgħoddhom? L-għoli tas-smewwiet, il-wisa’

  3. tal-art, l-abbiss, u l-għerf, min jista’ jiflihom? L-għerf kien maħluq qabel kollox, u l-għarfien bil-għaqal kien minn dejjem. Għajn ta’għerf hi kelmet Alla fl-għoli tas-smewwiet, u

  4. triqatu huma l-kmandamenti ta’ dejjem. Il-bidu tal-għerf lil min ġie mgħarraf, u l-għeġubijiet tiegħu min jafhom? Lil min intwera tagħlim l-għerf?

  5. U min fehem il-kotra ta’ triqatu? Wieħed hu għaref; u hu ta’ biża’ kbir meta joqgħod fuq it-tron tiegħu, il-Mulej. Il-Mulej innifsu ħalaq l-għerf, rah u qiesu, u xerrdu fuq dak kollu li

  6. għamel. L-għerf qiegħed ma’ kull bniedem skont id-don tiegħu, u qassmu lil dawk li jħobbuh.

  7. Il-Kelmatal-Mulej. R:/ IrrodduħajrlilAlla

  8. Salm Responsorjali R:/ Il-Mulej isaltan, il-kobor libes

  9. Il-Mulej isaltan, il-kobor libes, libes il-Mulej u tħażżem bil-qawwa.

  10. R:/ Il-Mulej isaltan, il-kobor libes

  11. Iżomm sħiħa d-dinja, qatt ma titħarrek. Imwaqqaf it-tron tiegħek fis-sod minn dejjem; minn dejjem ta’dejjem int.

  12. R:/ Il-Mulej isaltan, il-kobor libes

  13. Il-kmandamenti tiegħek ta’ min joqgħod fuqhom; qdusija lil darek tixraq, Mulej, sakemm itul iż-żmien.

  14. R:/ Il-Mulej isaltan, il-kobor libes

  15. Hallelujah, Hallelujah Hallelujah Is-Salvatur tagħna Kristu Gesú qered il-mewt, u dawwal il-ħajja permezz tal-Evanġelju. Hallelujah, Hallelujah

  16. Qari mill-Evanġelju skont San Mark Mk 9, 14-29 R:/ Glorjalilek Mulej Jiena nemmen. Għinni fil-fidi nieqsa tiegħi.

  17. F’dak iż-żmien, Ġesù, Pietru, Ġakbu u Ġwanni, niżlu minn fuq il-muntanja u ġew ħdejn id-dixxipli l-oħra, rawhom b’kotra kbira ta’ nies madwarhom, u xi kittieba

  18. jitlewmu magħhom. In-nies, kif rawh, ilkoll stagħġbu ħafna u ġrew lejh biex isellmulu. U hu staqsiehom: “Fuqiex qegħdin titlewmu magħhom?”

  19. U wieħed mill-kotra qallu: “Mgħallem, ġibtlek lil ibni għax għandu spirtu mbikkem. U kull fejn jaħkmu jsabbtu mal-art u hu joħroġ ir-ragħwa minn ħalqu, jgħażżeż snienu u

  20. jibbies. Għedt lid-dixxipli tiegħek biex ikeċċuh minnu, u ma kellhomx ħila.” Qalilhom Ġesù: “Ja nies bla fidi! Kemm se ndum magħkom? Kemm

  21. se ndum nissaportikom? Ġibuhuli quddiemi.” U ressquhulu quddiemu. L-ispirtu, malli lemaħ lil Ġesù, beda jħabbtu ’l hawn u ’l hemm bir-ragħwa

  22. f’ħalqu. “Xi kemm ilu jagħtih hekk? staqsa Ġesùlil missieru. Qallu: “Minn ċkunitu, u sikwit ġie li tefgħu fin-nar u

  23. fl-ilma biex jeqirdu. Imma int, jekk tista’ tagħmel xi ħaġa, għinna u ħenn għalina.” Qallu Ġesù: “Jekk tista’! Kollox jista’ jkun għal min jemmen.”

  24. Missier it-tifel minnufih beda jgħajjat u jgħidlu: “Jiena nemmen! Għinni fil-fidi nieqsa tiegħi!” Ġesù, meta ra l-kotra tiżdied, hedded bl-aħrax lill-ispirtu ħażin u qallu:

  25. “Ja spirtu mbikkem u trux, jiena nordnalek: oħroġ minnu, u la terġax tidħol fih, qatt iżjed.” U filwaqt li qabad jixher u jħabbtu ħafna, ħareġ minnu, u t-tifel inxteħet

  26. għal mejjet, hekk li l-kotra tan-nies bdiet tgħid: “Miet.” Imma Ġesùqabdu minn idu u qajmu, u hu waqaf fuq saqajh. Meta mbagħad Ġesù raġa’

  27. daħal id-dar, id-dixxipli tiegħu staqsewh rasu u rashom: “Għaliex ma rnexxilniex inkeċċuh?” Qalilhom:

  28. “Spirtu bħal dak, ma jista’ jitkeċċa b’xejn ħlief bit-talb.”

  29. Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu

  30. ĦSIEB

More Related