1 / 28

Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2 Kor 9, 6-11

Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2 Kor 9, 6-11. Alla jħobb lil min jagħti bil-ferħ. Ħuti, jien dan ngħid: min jiżra ftit, jaħsad ftit; u min jiżra’ ħafna, jaħsad ħafna. Kull wieħed għandu jagħti skont ma jidhirlu hu minn rajh, mhux fuq il-qalb jew bilfors;.

sharne
Télécharger la présentation

Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2 Kor 9, 6-11

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2 Kor 9, 6-11 Alla jħobb lil min jagħti bil-ferħ

  2. Ħuti, jien dan ngħid: min jiżra ftit, jaħsad ftit; u min jiżra’ ħafna, jaħsad ħafna. Kull wieħed għandu jagħti skont ma jidhirlu hu minn rajh, mhux fuq il-qalb jew bilfors;

  3. għax Alla jħobb lil min jagħti bil-ferħ. Alla mbagħad għandu l-ħila jfawwarkom b’kull xorta ta’ barka, hekk li dejjem u f’kollox ikollkom kulma hu biżżejjed

  4. għalikom, u jibqagħalkom ukoll għal kull opra tajba. Bħalma hu miktub: “Huwa qassam bil-kotra u ta lill-fqar;il-ġustizzja tiegħu tibqa’ għaldejjem.”

  5. Dak li, lil min jiżra’ jagħtih iż-żerriegħa u l-ħobż għall-ikel, jgħati u jkattar iż-żerriegħa lilkom ukoll, u jżid il-frott tal-ġustizzja tagħkom. U intom tistagħnu b’kullġid,

  6. ħalli turu kull xorta ta’ ġenerożità li biha, permezz tagħna, jitla’ innu ta’ radd il-ħajr quddiem Alla.

  7. Il-Kelma tal-Mulej. R:/ Irroddu ħajr lil Alla

  8. Salm Responsorjali R:/ Ħieni l-bniedem li jibża’ mill-Mulej

  9. Ħieni l-bniedem li jibża’ mill-Mulej, li jitgħaxxaq ħafna bil-kmandamenti tiegħu!

  10. Setgħan fuq l-art ikun nislu; nisel it-tajbin ikun imbierek.

  11. R:/ Ħieni l-bniedem li jibża’ mill-Mulej

  12. Ġid u għana jkunu f’daru; għal dejjem tibqa’ l-ġustiżżja tiegħu. Dawl fid-dlam ifeġġ għat-tajbin; twajjeb u ħanin il-bniedem sewwa.

  13. R:/ Ħieni l-bniedem li jibża’ mill-Mulej

  14. Iqassam u jagħti lill-foqra; għal dejjem tibqa’ l-ġustizzja tiegħu; rasu merfugħa bil-ġieħ.

  15. R:/ Ħieni l-bniedem li jibża’ mill-Mulej

  16. Hallelujah Hallelujah Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti, jgħid il-Mulej, u Missieri jħobbu, u aħna niġu għandu. Hallelujah. Hallelujah

  17. Qari mill-Evanġelju skont San Mattew Mt 6, 1-6.16-18 R:/ GlorjalilekMulej Missierek, li jara dak li hu fil-moħbi, iroddlok hu

  18. F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu; “Qisu li l-għemil tajjeb tagħkom ma tagħmluhx għal wiċċ in-nies biex tidhru quddiemhom,għax

  19. inkella ma jkollkomx ħlas mingħand Missierkom li hu fis-smewwiet. Mela meta tagħmel karità, tmurx iddoqq it-trombi quddiemek, kif jagħmlu dawk ta’ wiċċb’ieħor

  20. fis-sinagogi u fit-triqat, biex in-nies tfaħħarhom. Tassew, ngħidilkom, li l-ħlas tagħhom ġa ħaduh. Iżda int, meta tagħmel karità, idek ix-xellugija m’għandiex tkun taf x’inhi

  21. tagħmel il-leminija, biex hekk il-karità tiegħek issir fil-moħbi, u Missierek, li jara dak li hu moħbi, iroddlok hu. U meta titolbu, tkunux bħal dawk ta’ wiċċ b’ieħor,

  22. għax dawk iħobbu joqogħdu jitolbu bilwwieqfa fis-sinagogi u f’salib it-toroq, biex jidhru quddiem in-nies.Tassew, ngħidilkom, li l-ħlas tagħhom ġa ħaduh.

  23. Iżda int, meta titlob, idħol fil-kamra tiegħek ta’ ġewwa, agħlaq il-bieb warajk, u itlob lil Missierekli hu fil-moħbi;u Missierek, li jara dak li hu fil-moħbi, iroddlok hu.

  24. Meta ssumuu tqarrsux wiċċkom, bħalma jagħmlu dawk ta’ wiċċ b’ieħor, għax dawnikkerhu wiċċhom biex quddiem in-nies jidhru li huma sajmin. Tassew,

  25. ngħidilkom,li l-ħlas tagħhom ġa ħaduh. Iżdaint, meta tkunsajjem, idlekxagħreku aħselwiċċek, biexmhux quddiem in-nies tidher li tkun sajjem, imma

  26. quddiem Missierek li hu fil-moħbi; U Missierek, li jara dak li hu fil-moħbi, iroddlok hu.”

  27. Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu

  28. ĦSIEB

More Related