1 / 34

IS-SALVAZZJONI HI GĦAL KULL MIN JEMMEN 20 Ħadd matul is-sena A

www.ofm.org.mt. IS-SALVAZZJONI HI GĦAL KULL MIN JEMMEN 20 Ħadd matul is-sena A. L-1 QARI Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija Is 56, 1.6-7. Dan jgħid il-Mulej: Ż ommu s-sewwa w agħmlu l-ġustizzja, għax is-salvazzjoni tiegħi għoddha waslet, u l-ġustizzja tiegħi dalwaqt isseħħ.

ashby
Télécharger la présentation

IS-SALVAZZJONI HI GĦAL KULL MIN JEMMEN 20 Ħadd matul is-sena A

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. www.ofm.org.mt IS-SALVAZZJONI HI GĦAL KULL MIN JEMMEN20 Ħadd matul is-sena A

  2. L-1 QARIQari mill-Ktieb tal-Profeta IsaijaIs 56, 1.6-7

  3. Dan jgħid il-Mulej: Żommu s-sewwa w agħmlu l-ġustizzja, għax is-salvazzjoni tiegħi għoddha waslet, u l-ġustizzja tiegħi dalwaqt isseħħ.

  4. Ulied il-frustier li ntrabtu mal-Mulej biex jaqduh, u biex iħobbu isem il-Mulej u jkunu qaddejja tiegħu, kull min iħares is-Sibt

  5. u ma jiksrux u jzomm sħiħ fil-patt tiegħi, lil dawn inwassalhom sal-muntanja mqaddsa tiegħi, u nferraħhom fid-dar tat-talb tiegħi;

  6. il-vittmi maħruqa u s-sagrifiċċji tagħhom ikunu jogħġbuni tiegħla minn fuq l-altar tiegħi, għax dari “dar it-talb” tissejjaħ għall-popli kollha.

  7. Il-Kelma tal-MulejInroddu ħajr lil Alla.

  8. SALM RESPONSORJALISalm 66Ifaħħruk il-popli kollha, o Alla.

  9. Iħenn għalina Alla u jberikna,idawwal wiċċu fuqna!Ħa tingħaraf triqtek fuq l-art,u fost il-ġnus kollha s-salvazzjoni tiegħek.

  10. R/.Ifaħħruk il-popli kollha, o Alla.

  11. Jithennew il-ġnus u jgħajtu bil-ferħ,għax int tagħmel ħaqq mill-popli bis-sewwa,u tmexxi l-ġnus fuq l-art.

  12. R/.Ifaħħruk il-popli kollha, o Alla.

  13. Ifaħħruk il-popli, o Alla,ifaħħruk il-popli kollha.Ħa jberikna Alla,u ħa jibżgħu minnu t-trufijiet kollha ta’ l-art.

  14. R/.Ifaħħruk il-popli kollha, o Alla.

  15. IT-2 QARIQari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lir-RumaniRum 11, 13-15, 29-32

  16. ĦUTI: Ngħid lilkom il-ġnus. Sakemm jiena appostlu tal-ġnus, nibqa’ nagħmel ġieh lill-ministeru tiegħi,

  17. biex forsi nqajjem il-għira ta’ ġensi, u hekk insalva lil xi wħud minnhom.

  18. Għax jekk it-twarrib tagħhom ġieb is-sliem lid-dinja, l-ilqugħ tagħhom mill-ġdid x’ikun ifisser jekk mhux ħajja mill-imwiet?

  19. Alla ma jreġġax lura d-doniu s-sejħa tiegħu.Bħalma fl-imgħoddi intom lil Alla ma kontux tobduh, u issa,

  20. minħabba fid-diżubbidjenza tagħhom, sibtu l-ħniena tiegħu, hekk issa huma,

  21. minħabba fil-ħniena li sibtu intom mingħandu, mhumiex jobduh, ħalli huma wkoll, meta jkun imisshom, isibu l-ħniena.

  22. Għax Alla ħalla ’l kulħadd fil-jasar tad-diżubbidjenza, biex jagħmel ħniena ma’ kulħadd.

  23. Il-Kelma tal-MulejInroddu ħajr lil Alla.

  24. Hallelujah. Halleluljah.Missier Sidna Ġesù Kristuidawlilna l-għajnejn ta’ qalbna,biex nagħarfu x’inhi t-tama tas-sejħa tagħna.Hallelujah.

  25. L-EVANĠELJUQari mill-Evanġelju ta’ San MattewMt 15, 21-28

  26. F’dak iż-żmien: Ġesù telaq lejn Tir u Sidon. U ħarġet waħda mara Kangħanija minn dawk l-inħawi, u qabdet tgħajjat u tgħid:

  27. “Ħenn għalija, Mulej, Bin David: binti għandha fiha xitan, u magħdura ħafna.” Iżda hu ma weġibhiex kelma.

  28. Resqu lejh id-dixxipli tiegħu, jitolbuh u jgħidulu: “Eħles minnha, għax ġejja tgħajjat warajna.”

  29. Imma hu qalilhom: “Ma ġejtx mibgħut ħlief għan-ngħaġ li ntilfu mid-dar ta’ Israel.”

  30. Iżda hi resqet, nxteħtet quddiemu u qaltlu: “Għinni, Mulej!” Hu weġibha: “Mhux sewwa tieħu l-ħobż ta’ l-ulied u tixħtu lill-ġriewi.”

  31. “Hekk hu, Mulej,” qaltlu; “iżda l-ġriewi wkoll jieklu l-frak li jaqa’ minn fuq il-mejda ta’ sidienhom!”

  32. Imbagħad wieġeb Ġesù u qalilha: “Mara, il-fidi tiegħek kbira! Ħa jsirlek kif tixtieq.” U minn dak il-ħin stess bintha fieqet.”

  33. Il-Kelmatal-MulejIt-Tifħir Lilek Kristu

  34. www.ofm.org.mt IS-SALVAZZJONI HI GĦAL KULL MIN JEMMEN20 Ħadd matul is-sena A

More Related