1 / 24

Ħ a ninżlu u nħabblulhom ilsienhom.

Qari mill- Ktieb tal - Ġ enesi Ġ en 11 , 1- 9. Ħ a ninżlu u nħabblulhom ilsienhom. L-art kollha kienet ilsien wieħed u kliem wieħed. Meta l-bnedmin telqu mil-Lvant sabu wita f’art Singħar u baqgħu hemm. U qalu wieħed lil ieħor: “Ejjew nagħmlu l-madum. u naħmuh sewwa!”

Télécharger la présentation

Ħ a ninżlu u nħabblulhom ilsienhom.

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Qari mill-Ktiebtal-Ġenesi Ġen 11, 1-9 Ħa ninżlu u nħabblulhom ilsienhom.

  2. L-art kollha kienet ilsien wieħed u kliem wieħed. Meta l-bnedmin telqu mil-Lvant sabu wita f’art Singħar u baqgħu hemm. U qalu wieħed lil ieħor: “Ejjew nagħmlu l-madum

  3. u naħmuh sewwa!” U l-madum kienu jużawh flok il-ġebel, u qatran flok it-tajn. U reġgħu qalu: “Ejjew nibnu belt għalina, u torri, bil-quċċata tiegħu tilħaq is-smewwiet,

  4. u nagħmlu isem għalina, ħalli ma nixterdux mal-wiċċ kollu tal-art.” U l-Mulej niżel jara l-belt u t-torri li kienu qegħdin jibnu l-bnedmin. U l-Mulej qal:

  5. “Arahom, poplu wieħed u lsien wieħed għalihom ilkoll. U dan għadu l-bidu ta’ xogħolhom; issa kulma jiġihom f’rashom xejn ma jaqtgħalhom qalbhom! Ejja, ħa ninżlu u

  6. nħabblulhom ilsienhom, ħalli ma jifhmux ilsien xulxin.” U l-Mulej xerridhom minn hemm għal fuq wiċċ l-art kollha, u waqfu mill-bini tal-belt. Għalhekk bdew

  7. isejħulha Babel, għax hemm ħawwad il-Mulej ilsien l-art, u minn hemm xerridhom il-Mulej mal-wiċċ kollu tal-art.

  8. Il-Kelmatal-Mulej. R:/ IrrodduħajrlilAlla

  9. Salm Responsorjali R:/ Hieni l-poplu li hu għażel b’wirtu

  10. Il-Mulej ixejjen il-fehmiet tal-ġnus, ifixkel il-ħsibijiet tal-popli. Imma l-fehma tal-Mulej tibqa’ għal dejjem, minn żmien għal żmien il-ħsibijiet ta’ moħħu.

  11. R:/ Hieni l-poplu li hu għażel b’wirtu

  12. Hieni l-ġens li l-Mulej hu Alla tiegħu, il-poplu li hu għażel b’wirtu. Mill-għoli tas-smewwiet iħares il-Mulej, u jara l-bnedmin kollha.

  13. R:/ Hieni l-poplu li hu għażel b’wirtu

  14. Mill-post fejn jgħammar jistħarreġ fuq dawk kollha li jgħixu fuq l-art. Hu jsawwar il-qalb ta’ kull wieħed, u jagħraf għemilhom kollu.

  15. R:/ Hieni l-poplu li hu għażel b’wirtu

  16. Hallelujah, Hallelujah Hallelujah Sejjaħtilkom ħbieb, jgħid il-Mulej,għaliex kulma smajt mingħand Missieri jiena għarrafthulkom. Hallelujah, Hallelujah

  17. Qari mill-Evanġelju skont San Mark Mk 8, 34-9,1 R:/ Glorjalilek Mulej Min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi u tal-Evanġelju, isalvaha.

  18. F’dak iż-żmien, Ġesù sejjaħ lejh in-nies flimkien mad-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu,

  19. u jimxi warajja. Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha; imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi u tal-Evanġelju, isalvaha. Għax x’jiswielu l-bniedem

  20. jekk jikseb id-dinja kollha u mbagħad jitlef ħajtu? Xi prezz jista’ jagħti l-bniedem biex isalva ħajtu? Għax jekk xi ħadd, minn dan in-nisel żieni u

  21. midneb tal-lum, għad jistħi minni u minn kliemi, Bin il-bniedem ukoll għad jistħi minnu meta jiġi fil-glorja ta’ Missieru flimkien mal-anġli mqaddsa.”

  22. Qalilhom ukoll: “Tassew ngħidilkom, li hawnxi wħud minnkom li qegħdin hawn, li żgur ma jġarrbux il-mewt qabel ma jaraw il-wasla tas-Saltna ta’ Alla, mogħnija bil-qawwa.”

  23. Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu

  24. ĦSIEB

More Related