1 / 23

Qari mill- Ktieb tal-Profeta Żakkarija Zak 2, 5-9.14 - 15a

Qari mill- Ktieb tal-Profeta Żakkarija Zak 2, 5-9.14 - 15a. Ġej biex ngħammar f’nofsok. Erfajt għajnejja u ħarist, u ara kien hemm raġel li f’idu kellu ħabel biex iqis. U jien għedtlu: “Fejn inti sejjer?” U hu weġibni: “Sejjer inqis ’il.

corine
Télécharger la présentation

Qari mill- Ktieb tal-Profeta Żakkarija Zak 2, 5-9.14 - 15a

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Qari mill-Ktieb tal-ProfetaŻakkarija Zak 2, 5-9.14-15a Ġej biex ngħammar f’nofsok.

  2. Erfajt għajnejja u ħarist, u ara kien hemm raġel li f’idu kellu ħabel biex iqis. U jien għedtlu: “Fejn inti sejjer?” U hu weġibni: “Sejjer inqis ’il

  3. Ġerusalemm, biex nara kemm hu l-wisa’ tagħha u kemm hu t-tul tagħha.” U ara, l-anġlu li kien kellimni waqaf u anġlu ieħor resaq jiltaqa’ miegħu. U dak qallu:

  4. “Iġri, kellem lil dak iż-żagħżugh u għidlu: <Ġerusalemm tkun mgħammra bħal bliet mingħajr swar, daqs kemm ikun hemm nies u bhejjem ġo fiha.

  5. U jien inkun għaliha, oraklu tal-Mulej, ħajt tan-nar madwarha, u nkun is-sebħ tagħha f’nofsha.> Għajjat bil-ferħ u infexx fl-hena, bint Sijon, għaliex arani ġej biex

  6. ngħammar f’nofsok. Oraklu tal-Mulej. U kotra kbira ta’ ġnus jingħaqdu dakinhar mal-Mulej; u huma jkunu l-poplu tiegħi. U jiena ngħammar f’nofsok.”

  7. Il-Kelmatal-Mulej. R:/ IrrodduħajrlilAlla

  8. Salm Responsorjali R:/ Il-Mulej iħarisna kif ragħaj iħares il-merħla tiegħu

  9. Isimgħu, ġnus, kelmet il-Mulej, xandruha ’l bogħod fil-gżejjer u għidu: “Dak li xerred lil Iżrael jiġbru, u jħarsu kif ragħaj iħares il-merħla tiegħu.”

  10. R:/ Il-Mulejiħarisnakifragħajiħaresil-merħlatiegħu

  11. Għax il-Mulej feda lil Ġakobb, ħelsu minn id wieħed aqwa minnu.

  12. Għad jiġu u jgħannu fuq l-għolja ta’ Sijon, u wiċċhom jiddi minħabba t-tieba tal-Mulej.

  13. R:/ Il-Mulejiħarisnakifragħajiħaresil-merħlatiegħu

  14. Imbagħad jifirħu x-xbejbiet biż-żfin, jifirħu ż-żgħażagħ u x-xjuħ.

  15. “Jiena nbiddel il-vistu tagħhom f’hena, infarraġhom u nferraħhom wara l-hemm tagħhom.”

  16. R:/ Il-Mulejiħarisnakifragħajiħaresil-merħlatiegħu

  17. Hallelujah, Hallelujah Hallelujah Is-Salvatur tagħna Kristu Ġesù qered il-mewt, u dawwal il-ħajja permezz tal-Evanġelju. Hallelujah, Hallelujah

  18. Qari • Mill-Evanġelju • skontSan Luqa • Lq9, 43b-45 • R:/ GlorjalilekMulej Bin il-bniedem għandu jkun mogħti f’idejn il-bnedmin. Huma beżgħu jistaqsuh dwar dak li kien qal.

  19. F’dak iż-żmien, waqt li kulħadd kien imnixxef bil-għaġeb quddiem dan il-kobor liema bħalu ta’ Alla, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Iftħu widnejkom sewwa

  20. għal dawn il-kelmiet: Bin il-bniedem għandu jkun mogħti f’idejn il-bnedmin.” Iżda huma ma fehmuhx dan il-kliem, u baqa’ mistur għalihom hekk li

  21. ma qabdu xejn minnu, u beżgħu jistaqsuh dwar dak li kien qal.

  22. Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu

  23. ĦSIEB

More Related