1 / 37

Qari mill-Ktieb t al- Profeta Danjel Dan 2 ,3 1 -4 5

Qari mill-Ktieb t al- Profeta Danjel Dan 2 ,3 1 -4 5. Alla tas-sema jqajjem saltna li ma tinqered qatt, u li l-ħakma tagħha ma tgħaddix għal poplu ieħor. F’dak iż-żmien, Danjel qal lil Nabukodonosor: “Sultan, int kellek din

kalare
Télécharger la présentation

Qari mill-Ktieb t al- Profeta Danjel Dan 2 ,3 1 -4 5

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Qari mill-Ktieb tal-ProfetaDanjel Dan 2,31-45 Alla tas-sema jqajjem saltna li ma tinqered qatt, u li l-ħakma tagħha ma tgħaddix għal poplu ieħor

  2. F’dak iż-żmien, Danjel qal lil Nabukodonosor: “Sultan, int kellek din id-dehra: kien hemm statwa, statwa kbira tassew u tleqq tal-għaġeb; kienet wieqfa quddiemek,

  3. u d-dehra tagħha kienet tal-biża’. Ras din l-istatwa kienet tad-deheb, sidirha u dirgħajha tal-fidda, żaqqha u kuxxtejha tal-bronż, riġlejha tal-ħadid, u saqajha biċċa

  4. tal-ħadid u biċċa tat-tafal. Inti u tħares inqatgħet ġebla, bla ma messha ħadd, laqtet l-istatwa f’saqajha tal-ħadid u t-tafal, u għamlithomlha frak. Imbagħad tfarrku

  5. f’daqqa waħda l-ħadid, it-tafal, il-bronż, il-fidda u d-deheb, u saru qishom il-karfa li tittajjar minn fuq il-qiegħa fis-sajf. U r-riħ ġarrhom miegħu, u ebda ħjiel tagħhom ma

  6. baqa’. U l-ġebla li laqtet l-istatwa saret muntanja kbira li mliet l-art kollha. Din hija l-ħolma; issa ħa ngħidu wkoll it-tifsira tagħha quddiem is-sultan. Int, sultan tas-slaten, li

  7. lilek Alla tas-sema tak is-saltna, is-setgħa, il-qawwa u l-glorja, u li ħallielek f’idejk lil ulied il-bnedmin, il-bhejjem tar-raba’ u l-għasafar tal-ajru kull fejn jinsabu,

  8. u qiegħdek taħkem fuqhom kollha, inti huwa r-ras tad-deheb. Warajk għad tqum saltna oħra, inqas minnek; u mbagħad saltna oħra, it-tielet waħda, tal-bronż, li tkun

  9. taħkem fuq l-art kollha. Ikun hemm ukoll ir-raba’ saltna qawwija daqs il-ħadid, u ladarba l-ħadid ifarrak u jisħaq kollox, hekk din is-saltna tkisser u tfarrak lill-oħrajn

  10. kollha. U billi s-saqajn u s-swaba’ rajthom biċċa tafal tal-fuħħari u biċċa tal-ħadid, is-saltna tkun maqsuma, u jkollha fiha mill-qawwa tal-ħadid, ladarba mat-tafal kien

  11. hemm imħallat il-ħadid. U kif is-swaba’ tas-saqajn kienu biċċa tal-ħadid u biċċa tat-tafal, hekk is-saltna tkun biċċa qawwija u biċċa dgħajfa. U bħalma int rajt il-ħadid

  12. imħallat mat-tafal, hekk huma jitħalltu bejniethom bi żwigijiet imma ma jingħaqdux waħda mal-oħra, l-istess kif il-ħadid ma jingħaqadx mat-tafal.

  13. Imbagħad, fi żmien dawn is-slaten, Alla tas-sema jqajjem saltna li ma tinqered qatt, u li l-ħakma tagħha ma tgħaddix għal poplu ieħor. Hija tfarrak u ttemm is-saltniet l-oħra

  14. kollha, waqt li hi tibqa’ wieqfa għal dejjem. Kien għalhekk li int rajt mill-muntanja tinqata’ ġebla bla ma messha ħadd, u farrket il-ħadid, il-bronż, it-tafal, il-fidda u d-deheb.

  15. Il-kbir Alla għarraf lis-sultan b’dak li għad jiġri ’l quddiem. Il-ħolma hija minnha, u t-tifsira tagħha ta’ min jemminha.”

  16. Il-Kelmatal-Mulej. R:/ IrrodduħajrlilAlla

  17. Salm Responsorjali R:/ Faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem

  18. Bierku, għemejjel kollha tal-Mulej, il-Mulej.

  19. R:/ Faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem

  20. Bierku, anġli tal-Mulej, il-Mulej.

  21. R:/ Faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem

  22. Bierku, smewwiet, il-Mulej.

  23. R:/ Faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem

  24. Bierku, ilmijiet kollha ta’ fuq is-sema, il-Mulej.

  25. R:/ Faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem

  26. Bierku, setgħat kollha, il-Mulej.

  27. R:/ Faħħruh u għolluh fuq kollox għal dejjem

  28. Hallelujah, Hallelujah Hallelujah Ibqa’ fidil sal-mewt, jgħid il-Mulej u jien nagħtik il-kuruna tal-ħajja. Hallelujah, Hallelujah

  29. Qari • Mill-Evanġelju • skontSan Luqa • Lq21, 5-11 • R:/ GlorjalilekMulej Ma tibqax ġebla fuq oħra.

  30. F’dak iż-żmien, kien hemm xi wħud li bdew jgħidu fuq kemm it-tempju kien imżejjen b’ġebel sabiħ u għotjiet; iżda Ġesù qalilhom: “Kulma qegħdin taraw,

  31. għad jiġi żmien li ma tibqax ġebla fuq oħra minnu li ma tiġġarrafx.” U huma staqsewh u qalulu: “Mgħallem, issa dan meta għad jiġri? U x’se jkun

  32. is-sinjal li dawn il-ħwejjeġ ikunu waslu biex iseħħu?” Qalilhom: “Araw li ma titqarrqux. Għax għad jiġu ħafna f’ismi u jgħidu: <Jien hu,>u: <Iż-żmien wasal.>

  33. Tmorrux warajhom! Meta tisimgħu min jitkellem fuq gwerer u taqlib fil-pajjiżi, tinħasdux għax jeħtieg li l-ewwel jiġri dan, iżda t-tmien ma jasalx minnufih.”

  34. Imbagħad qalilhom: “Għad iqum ġens kontra ġens u saltna kontra saltna, l-art titheżżeż bil-kbir, f’ħafna bnadi jkun hemm il-ġuħ u mard

  35. li jittieħed, u fis-sema jidhru ħwejjeġ tal-biża’ u sinjali tal-għaġeb.”

  36. Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu

  37. ĦSIEB

More Related